This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32019D0853
Council Decision (EU) 2019/853 of 21 May 2019 determining the composition of the European Economic and Social Committee
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/853 tal-21 ta' Mejju 2019 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/853 tal-21 ta' Mejju 2019 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
ST/8937/2019/INIT
ĠU L 139, 27.5.2019, p. 15–16
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
27.5.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 139/15 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/853
tal-21 ta' Mejju 2019
li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 301 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 300 tat-Trattat jistabbilixxi r-regoli għall-kompożizzjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. |
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1157 (1) adattat il-kompożizzjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew wara l-adeżjoni tal-Kroazja. L-għadd tal-membri għall-Estonja, għal Ċipru u għal-Lussemburgu tnaqqas b'wieħed sabiex tiġi indirizzata d-diskrepanza bejn l-għadd massimu ta' membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew stabbilit fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 301 tat-Trattat u l-għadd tal-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew wara l-adeżjoni tal-Kroazja. |
(3) |
Skont il-preambolu għad-Deċiżjoni (UE) 2015/1157, dik id-Deċiżjoni għandha tiġi riveduta fi żmien adegwat għall-mandat tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew li jibda fl-2020. |
(4) |
Fit-18 ta' Settembru 2018, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni u lill-Kunsill dwar il-kompożizzjoni futura tiegħu. |
(5) |
Jenħtieġ li l-bilanċ attwali fil-kompożizzjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, sa fejn hu possibbli, jinżamm peress li huwa r-riżultat ta' Konferenzi Intergovernattivi suċċessivi. |
(6) |
Il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni jwassal għal 24 siġġu vakanti fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. Għaldaqstant, jenħtieġ li jerġa' jintlaħaq il-bilanċ fl-allokazzjoni tas-siġġijiet li kien jeżisti qabel l-adozzjoni tad-Deċiżjoni (UE) 2015/1157, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. L-għadd tal-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għandu jkun kif ġej:
Belġju |
12 |
Bulgarija |
12 |
Ċekja |
12 |
Danimarka |
9 |
Ġermanja |
24 |
Estonja |
7 |
Irlanda |
9 |
Greċja |
12 |
Spanja |
21 |
Franza |
24 |
Kroazja |
9 |
Italja |
24 |
Ċipru |
6 |
Latvja |
7 |
Litwanja |
9 |
Lussemburgu |
6 |
Ungerija |
12 |
Malta |
5 |
Netherlands |
12 |
Awstrija |
12 |
Polonja |
21 |
Portugall |
12 |
Rumanija |
15 |
Slovenja |
7 |
Slovakkja |
9 |
Finlandja |
9 |
Żvezja |
12. |
2. Fl-eventwalità li r-Renju Unit ikun għadu Stat Membru tal-Unjoni fid-data tal-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni, l-għadd tal-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għandu jkun dak previst fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni (UE) 2015/1157 sa meta l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni jsir legalment effettiv. Mid-data li l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni jsir legalment effettiv, l-għadd tal-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għandu jkun dak previst fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandha tapplika mill-21 ta' Settembru 2020.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta' Mejju 2019.
Għall-Kunsill
Il-President
G. CIAMBA
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1157 tal-14 ta' Lulju 2015 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (ĠU L 187, 15.7.2015, p. 28).