This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32018R1794
Commission Implementing Regulation (EU) 2018/1794 of 20 November 2018 amending Implementing Regulation (EU) 2015/220 laying down rules for the application of Council Regulation (EC) No 1217/2009 setting up a network for the collection of accountancy data on the incomes and business operation of agricultural holdings in the European Union
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1794 tal-20 ta' Novembru 2018 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/220 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1217/2009 li jistabbilixxi netwerk għall-ġbir ta' informazzjoni tal-kontabbiltà dwar id-dħul u l-operazzjoni kummerċjali ta' azjendi agrikoli fl-Unjoni Ewropea
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1794 tal-20 ta' Novembru 2018 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/220 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1217/2009 li jistabbilixxi netwerk għall-ġbir ta' informazzjoni tal-kontabbiltà dwar id-dħul u l-operazzjoni kummerċjali ta' azjendi agrikoli fl-Unjoni Ewropea
C/2018/7560
ĠU L 294, 21.11.2018, pp. 3–4
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2024; Impliċitament imħassar minn 32024R2746
|
21.11.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 294/3 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1794
tal-20 ta' Novembru 2018
li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/220 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1217/2009 li jistabbilixxi netwerk għall-ġbir ta' informazzjoni tal-kontabbiltà dwar id-dħul u l-operazzjoni kummerċjali ta' azjendi agrikoli fl-Unjoni Ewropea
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1217/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi netwerk għall-ġbir ta' informazzjoni tal-kontabilità dwar id-dħul u l-operazzjoni kummerċjali ta' azjendi agrikoli fl-Unjoni Ewropea (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 5a(2) u l-Artikolu 19(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 12 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/220 (2) jistabbilixxi l-għadd totali ta' prospetti tal-biedja mimlijin kif suppost u ppreżentati għal kull Stat Membru li huma eliġibbli għall-pagament tal-miżata standard. L-Artikolu 19(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1217/2009 jipprevedi tnaqqis tal-miżata standard għal 80 % meta l-għadd totali ta' prospetti tal-biedja mimlijin kif suppost u ppreżentati fir-rigward ta' taqsima tal-FADN jew ta' Stat Membru jkun inqas minn 80 % tal-għadd ta' azjendi prospettanti stabbilit għal dik it-taqsima tal-FADN jew għall-Istat Membru kkonċernat. Sabiex ikun żgurat li dik id-dispożizzjoni tiġi applikata b'mod ġust, jenħtieġ li ma jkunx jista' jingħata kumpens għall-prospetti tal-biedja li ma jiġux ippreżentati fit-taqsima tal-FADN li għaliha l-Istat Membru jkun ippreżenta inqas minn 80 % tal-għadd ta' azjendi prospettanti stabbilit għal dik it-taqsima tal-FADN. |
|
(2) |
L-Artikolu 14(4) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/220 jistabbilixxi skadenza ta' xahrejn biex jiġu vvalidati l-prospetti tal-biedja ppreżentati b'rabta mal-eliġibbiltà potenzjali tagħhom għall-pagament tal-miżata standard miżjuda. Sabiex jiġi ċċarat iktar it-tul ta' żmien ta' dak il-perjodu, jenħtieġ li dan jingħata f'jiem tax-xogħol fl-Istat Membru kkonċernat. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha l-possibbiltà ttawwal dak il-perjodu f'każijiet eċċezzjonali gġustifikati kif xieraq. |
|
(3) |
Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/220 jiġi emendat kif xieraq. |
|
(4) |
Minħabba n-natura tal-emendi, huwa xieraq li dawn jibdew japplikaw mis-sena tal-kontabbiltà tal-2018. |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għan-Network ta' Informazzjoni tal-Kontabilità Agrikola, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/220 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 12 jiżdied il-paragrafu li ġej: “Madankollu, il-prospetti tal-biedja minn taqsima tal-FADN b'għadd ikbar ta' prospetti tal-biedja ppreżentati minn dak stabbilit għal dik it-taqsima tal-FADN fl-Anness II ma għandhomx jitqiesu bħala eliġibbli għall-pagament tal-miżata standard fit-taqsima tal-FADN li għaliha l-Istat Membru jkun ippreżenta inqas minn 80 % tal-għadd ta' azjendi prospettanti meħtieġ.”; |
|
(2) |
l-Artikolu 14(4) huwa sostitwit b'dan li ġej: “4. Meta l-Kummissjoni tkun ivverifikat l-informazzjoni tal-kontabbiltà skont il-punt (b) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 13 ta' dan ir-Regolament u din l-informazzjoni titqies li hija kompluta kif dovut skont l-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 1217/2009 jew fil-mument tal-preżentazzjoni tagħha lill-Kummissjoni jew fi żmien 40 jum tax-xogħol mid-data li fiha l-Kummissjoni tkun għarrfet lill-Istat Membru li ppreżentaha li l-informazzjoni tal-kontabbiltà ppreżentata mhix kompluta kif dovut, maż-żieda tal-miżata standard skont il-punti (a) u (b) tal-paragrafu 3 jistgħu jiżdiedu EUR 2 għas-sena tal-kontabbiltà 2018 u EUR 5 mis-sena tal-kontabbiltà 2019 'il quddiem. F'każijiet eċċezzjonali gġustifikati kif xieraq, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li ttawwal dak il-perjodu għal 40 jum tax-xogħol. Il-Kummissjoni u l-aġenzija ta' kollegament tal-Istat Membru kkonċernat għandhom jikkonfermaw bejniethom, bil-miktub, id-data ta' tmiem il-perjodu ta' 40 jum tax-xogħol, jew ta' kull titwil tiegħu.”. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu jibda japplika mis-sena tal-kontabbiltà tal-2018.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Novembru 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 328, 15.12.2009, p. 27.
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/220 tat-3 ta' Frar 2015 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1217/2009 li jistabbilixxi netwerk għall-ġbir ta' informazzjoni tal-kontabbiltà dwar id-dħul u l-operazzjoni kummerċjali ta' azjendi agrikoli fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 46, 19.2.2015, p. 1).