This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32018R1042
Commission Regulation (EU) 2018/1042 of 23 July 2018 amending Regulation (EU) No 965/2012, as regards technical requirements and administrative procedures related to introducing support programmes, psychological assessment of flight crew, as well as systematic and random testing of psychoactive substances to ensure medical fitness of flight and cabin crew members, and as regards equipping newly manufactured turbine-powered aeroplanes with a maximum certified take-off mass of 5700 kg or less and approved to carry six to nine passengers with a terrain awareness warning system
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/1042 tat-23 ta' Lulju 2018 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 965/2012, fir-rigward tar-rekwiżiti tekniċi u l-proċeduri amministrattivi relatati mal-introduzzjoni ta' programmi ta' appoġġ, mal-valutazzjoni psikoloġika tal-ekwipaġġ tat-titjira, kif ukoll mal-ittestjar aleatorju u sistematiku għas-sustanzi psikoattivi sabiex tiġi żgurata l-idoneità medika tal-membri tal-ekwipaġġ tal-kabina u tat-titjira, u fir-rigward tat-tgħammir tal-ajruplani ġodda li jaħdmu b'magna b'turbina b'massa massima ta' tlugħ iċċertifikata ta' 5700 kg jew inqas approvati biex iġorru minn sitta sa disa' passiġġieri b'sistema ta' twissija u ta' għarfien tat-terren
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/1042 tat-23 ta' Lulju 2018 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 965/2012, fir-rigward tar-rekwiżiti tekniċi u l-proċeduri amministrattivi relatati mal-introduzzjoni ta' programmi ta' appoġġ, mal-valutazzjoni psikoloġika tal-ekwipaġġ tat-titjira, kif ukoll mal-ittestjar aleatorju u sistematiku għas-sustanzi psikoattivi sabiex tiġi żgurata l-idoneità medika tal-membri tal-ekwipaġġ tal-kabina u tat-titjira, u fir-rigward tat-tgħammir tal-ajruplani ġodda li jaħdmu b'magna b'turbina b'massa massima ta' tlugħ iċċertifikata ta' 5700 kg jew inqas approvati biex iġorru minn sitta sa disa' passiġġieri b'sistema ta' twissija u ta' għarfien tat-terren
C/2018/4530
ĠU L 188, 25.7.2018, pp. 3–8
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force: This act has been changed. Current consolidated version:
06/06/2020
|
25.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 188/3 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1042
tat-23 ta' Lulju 2018
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 965/2012, fir-rigward tar-rekwiżiti tekniċi u l-proċeduri amministrattivi relatati mal-introduzzjoni ta' programmi ta' appoġġ, mal-valutazzjoni psikoloġika tal-ekwipaġġ tat-titjira, kif ukoll mal-ittestjar aleatorju u sistematiku għas-sustanzi psikoattivi sabiex tiġi żgurata l-idoneità medika tal-membri tal-ekwipaġġ tal-kabina u tat-titjira, u fir-rigward tat-tgħammir tal-ajruplani ġodda li jaħdmu b'magna b'turbina b'massa massima ta' tlugħ iċċertifikata ta' 5 700 kg jew inqas approvati biex iġorru minn sitta sa disa' passiġġieri b'sistema ta' twissija u ta' għarfien tat-terren
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(6), l-Artikolu 8(5) u l-Artikolu 10(5) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 (2) jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-operazzjonijiet tat-trasport kummerċjali bl-ajru bl-ajruplani u bil-ħelikopters, inklużi l-ispezzjonijiet fir-rampa tal-inġenji tal-ajru tal-operaturi li jkunu taħt is-sorveljanza tas-sikurezza ta' Stat Membru ieħor jew ta' pajjiż terz, meta jinżlu f'ajrudromi li jinsabu fit-territorju soġġett għad-dispożizzjonijiet tat-Trattat. Dak ir-Regolament jistipula wkoll li l-membri tal-ekwipaġġ ma għandhomx iwettqu l-kompiti tagħhom fuq inġenju tal-ajru meta jkunu taħt l-influwenza ta' sustanzi psikoattivi jew meta ma jkunux f'sikkithom minħabba korriment, għeja, medikazzjoni, mard jew kawżi simili oħra. |
|
(2) |
L-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (“l-Aġenzija”) identifikat għadd ta' riskji għas-sikurezza u ħarġet rakkomandazzjonijiet biex dawk ir-riskji jitnaqqsu. L-implimentazzjoni ta' xi wħud minn dawk ir-rakkomandazzjonijiet tirrikjedi bidliet regolatorji fir-rigward tal-valutazzjoni psikoloġika tal-ekwipaġġ tat-titjira qabel ma jwettqu titjira tal-linja, l-implimentazzjoni ta' programm ta' appoġġ għall-ekwipaġġ tat-titjira, it-twettiq ta' ttestjar aleatorju għall-alkoħol fuq il-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira u tal-kabina mill-Istati Membri, u l-ittestjar sistematiku tal-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira u tal-kabina għas-sustanzi psikoattivi mill-operaturi tat-trasport tal-ajru kummerċjali. |
|
(3) |
Fir-rigward tal-ittestjar għas-sustanzi psikoattivi jenħtieġ li jitqies il-Manwal tal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (International Civil Aviation Organization, ICAO) dwar il-Prevenzjoni tal-Użu Problematiku tas-Sustanzi fuq il-Post tax-Xogħol tal-Avjazzjoni (Dok. 9654). |
|
(4) |
Il-programm eżistenti dwar l-ispezzjoni fir-rampa msemmi fis-Subparti RAMP tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 965/2012 diġà jipprovdi qafas għall-ispezzjoni sistematika, strutturata u bbażata fuq ir-riskji tal-operaturi li fih dispożizzjonijiet u salvagwardji estensivi għall-protezzjoni tad-dejta, it-taħriġ tal-ispetturi, it-teħid ta' kampjuni fuq il-bażi tar-riskji, iż-żamma tal-inġenji tal-ajru fl-art u l-prevenzjoni ta' dewmien mhux meħtieġ, fost oħrajn. Għalhekk huwa xieraq li dak il-qafas stabbilit sew jiġi applikat biex jitwettaq ittestjar għall-alkoħol fuq il-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira u tal-ekwipaġġ tal-kabina. Membru tal-ekwipaġġ tat-titjira jew tal-ekwipaġġ tal-kabina li jirrifjuta li jikkoopera matul it-testijiet jew li jkun ġie identifikat li huwa taħt l-influwenza ta' sustanzi psikoattivi wara test pożittiv ikkonfermat ma jridx jitħalla jaħdem. |
|
(5) |
F'xi Stati Membri diġà jitwettqu testijiet aleatorji għas-sustanzi psikoattivi minn uffiċjali oħrajn għajr dawk awtorizzati fis-Subparti RAMP tal-Anness II. Għalhekk, f'ċerti kundizzjonijiet, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jwettqu testijiet għall-alkoħol fuq il-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira u tal-ekwipaġġ tal-kabina barra mill-qafas tal-programm dwar l-ispezzjoni fir-rampa tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 965/2012. |
|
(6) |
Jenħtieġ ukoll li l-Istati Membri jingħataw il-possibbiltà li jwettqu testijiet addizzjonali għall-preżenza tas-sustanzi psikoattivi għajr l-alkoħol. |
|
(7) |
Fil-Parti I u l-Parti II tal-Anness 6 tal-Konvenzjoni ta' Chicago l-ICAO tirrakkomanda li l-ajruplani li jaħdmu b'magna b'turbina b'massa massima ta' tlugħ iċċertifikata (maximum certified take-off mass, MCTOM) ta' 5 700 kg jew inqas u b'konfigurazzjoni massima operattiva ta' bejn sitta u disa' sits tal-passiġġieri jkunu mgħammra b'sistema ta' twissija ta' qrubija lejn l-art. |
|
(8) |
Sabiex jiġi allinjat mal-Istandards u l-Prattiki Rakkomandati tal-ICAO u sabiex jitnaqqsu r-riskji tat-titjiriet ikkontrollati fit-terren, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 965/2012 jiġi emendat kif xieraq. |
|
(9) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma bbażati fuq l-Opinjonijiet Nru 14/2016 u Nru 15/2016 maħruġa mill-Aġenzija skont l-Artikolu 19(1) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008. |
|
(10) |
Il-miżuri stabbiliti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 65 tar-Regolament (KE) Nru 216/2008, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) Nru 965/2012 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 4 jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 4 Spezzjonijiet fir-rampa 1. L-ispezzjonijiet fir-rampa ta' inġenji tal-ajru ta' operaturi li jaqgħu taħt is-sorveljanza tas-sikurezza ta' Stat Membru ieħor jew ta' pajjiż terz għandhom jitwettqu skont is-Subparti msejħa RAMP tal-Anness II. 2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ittestjar għall-alkoħol tal-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira u tal-ekwipaġġ tal-kabina jitwettaq fir-rigward tal-operaturi li jkunu taħt is-sorveljanza tal-Istati Membri stess kif ukoll fir-rigward tal-operaturi li jkunu taħt is-sorveljanza ta' Stat Membru ieħor jew ta' pajjiż terz. It-tali ttestjar għandu jitwettaq mill-ispetturi fir-rampa fil-qafas tal-programm dwar l-ispezzjoni fir-rampa tas-Subparti RAMP tal-Anness II. 3. B'deroga mill-paragrafu 2, l-Istati Membri jistgħu jiżguraw li l-ittestjar għall-alkoħol tal-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira u tal-ekwipaġġ tal-kabina jitwettaq minn uffiċjali awtorizzati oħra u barra mill-qafas tal-programm dwar l-ispezzjoni fir-rampa tas-Subparti RAMP tal-Anness II, sakemm dan l-ittestjar għall-alkoħol jissodisfa l-istess objettivi u jsegwi l-istess prinċipji bħat-testijiet li jitwettqu fil-kamp ta' applikazzjoni tas-Subparti RAMP tal-Anness II. Ir-riżultati tat-tali testijiet għall-alkoħol għandhom jiġu inklużi fil-bażi tad-dejta ċentralizzata skont il-punt (b) tal-ARO.RAMP.145. 4. L-Istati Membri jistgħu jwettqu ttestjar addizzjonali għas-sustanzi psikoattivi oħrajn għajr l-alkoħol. F'dak il-każ, l-Istat Membru għandu jinnotifika lill-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (“l-Aġenzija”) u lill-Kummissjoni.”; |
|
(2) |
L-Artikolu 9b jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 9b Analiżi 1. L-Aġenzija għandha twettaq analiżi kontinwa tal-effikaċja tad-dispożizzjonijiet dwar il-limitazzjonijiet fuq il-ħin tat-titjir u l-ħin tas-servizz u r-rekwiżiti tal-mistrieħ li jinsabu fl-Annessi II u III. L-Aġenzija għandha tipproduċi l-ewwel rapport dwar ir-riżultati ta' din l-analiżi mhux aktar tard mit-18 ta' Frar 2019. Dik l-analiżi għandha tinvolvi għarfien espert xjentifiku u għandha tkun imsejsa fuq dejta operattiva miġbura, bl-għajnuna tal-Istati Membri, fuq bażi ta' perjodu twil ta' żmien wara d-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. L-analiżi għandha tevalwa l-impatt ta' mill-inqas dan li ġej fuq il-viġilanza tal-ekwipaġġ tal-ajru:
2. L-Aġenzija għandha twettaq analiżi kontinwa tal-effikaċja tad-dispożizzjonijiet dwar il-programmi ta' appoġġ, il-valutazzjoni psikoloġika tal-ekwipaġġ tat-titjira u l-ittestjar sistematiku u aleatorju għas-sustanzi psikoattivi sabiex tiġi żgurata l-idoneità medika tal-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira u tal-ekwipaġġ tal-kabina stipulati fl-Annessi II u IV. L-Aġenzija għandha tipproduċi l-ewwel rapport dwar ir-riżultati ta' din l-analiżi mhux aktar tard mis-14 ta' Awwissu 2022. Dik l-analiżi għandha tinvolvi l-għarfien espert rilevanti u għandha tkun imsejsa fuq id-dejta miġbura, bl-għajnuna tal-Istati Membri u l-Aġenzija, fuq bażi ta' perjodu twil ta' żmien.”; |
|
(3) |
L-Annessi I, II, IV, VI, VII u VIII huma emendati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mis-14 ta' Awwissu 2020.
Madankollu, il-punti 3(f) u 6(b) tal-Anness għandhom japplikaw mis-14 ta' Awwissu 2018.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Lulju 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 tal-5 ta' Ottubru 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet bl-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 296, 25.10.2012, p. 1).
ANNESS
L-Annessi I, II, IV, VI, VII u VIII huma emendati kif ġej:
|
(1) |
L-Anness I huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
L-Anness II (il-Parti-ARO) huwa emendat kif ġej:
|
|
(3) |
L-Anness IV (il-Parti-CAT) huwa emendat kif ġej:
|
|
(4) |
L-Anness VI (il-Parti-NCC) huwa emendat kif ġej:
|
|
(5) |
L-Anness VII (il-Parti-NCO) huwa emendat kif ġej:
|
|
(6) |
L-Anness VIII (il-Parti-SPO) huwa emendat kif ġej:
|