Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018R0814

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/814 tal-1 ta' Ġunju 2018 li jimplimenta r-Regolament (UE) 2017/1509 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

ST/9395/2018/INIT

ĠU L 137, 4.6.2018, pp. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2018/814/oj

4.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 137/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/814

tal-1 ta' Ġunju 2018

li jimplimenta r-Regolament (UE) 2017/1509 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1509 tat-30 ta' Awwissu 2017 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 329/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 47(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-30 ta' Awwissu 2017, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2017/1509.

(2)

Fit-23 ta' Mejju 2018, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (“KSNU”) stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni 1718 (2006) tal-KSNU emenda l-elenkar ta' entità soġġetta għal miżuri restrittivi.

(3)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness XIII għar-Regolament (UE) 2017/1509 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness XIII għar-Regolament (UE) 2017/1509 huwa emendat kif imniżżel fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta' Ġunju 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

E. ZAHARIEVA


(1)   ĠU L 224, 31.8.2017, p. 1.


ANNESS

Fl-Anness XIII għar-Regolament (UE) 2017/1509, l-entrata 74 taħt l-intestatura “(b) Persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi” hija sostitwita b'dan li ġej:

“74.

WEIHAI WORLD-SHIPPING FREIGHT

 

419-201, Tongyi Lu, Huancui Qu, Weihai, Shandong 264200, China

30.3.2018

Maniġer kummerċjali u tal-vapur ta' XIN GUANG HAI, bastiment li għabba faħam f'Taean, ir-RDPK fis-27 ta' Ottubru 2017 u kellu Valutazzjoni Teknika Ewropea fl-14 ta' Novembru 2017 għal Cam Pha, il-Vjetnam, iżda ma wasalx.”


Top