Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018R0012

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/12 tat-8 ta' Jannar 2018 li jimplimenta r-Regolament (UE) 2017/1509 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

ĠU L 4, 9.1.2018, pp. 1–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2018/12/oj

9.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 4/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/12

tat-8 ta' Jannar 2018

li jimplimenta r-Regolament (UE) 2017/1509 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1509 tat-30 ta' Awwissu 2017 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 329/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 47(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-30 ta' Awwissu 2017, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2017/1509.

(2)

Fit-22 ta' Diċembru 2017, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta r-Riżoluzzjoni 2397(2017) li żiedet sittax-il persuna u entità mal-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi.

(3)

L-Anness XIII għar-Regolament (UE) 2017/1509 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness XIII għar-Regolament (UE) 2017/1509 huwa b'dan emendat kif jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Jannar 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

E. KRALEVA


(1)   ĠU L 224, 31.8.2017, p. 1.


ANNESS

Il-persuni u l-entità li ġejjin jiżdiedu mal-lista ta' persuni u entitajiet imsemmija fl-Artikolu 34(1) u 34(3) kif stabbilit fl-Anness XIII tar-Regolament (UE) 2017/1509:

(a)   Persuni fiżiċi

 

Isem

Magħruf ukoll bħala

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Data tad-deżinjazzjoni min-NU

Dikjarazzjoni tar-Raġunijiet

64.

CH'OE SO'K MIN

 

Data tat-twelid: 25.7.1978

Ċittadinanza: RDPK

Sess: Raġel

22.12.2017

Ch'oe So'k-min huwa rappreżentant barrani tal-Foreign Trade Bank. Fl-2016, Ch'oe So'k-min kien il-viċi rappreżentant tal-uffiċċju tal-fergħa tal-Foreign Trade Bank f'dik il-lokalità barranija. Huwa kien assoċjat ma' trasferimenti ta' flus kontanti minn dak l-uffiċċju barrani tal-Foreign Trade Bank lejn banek affiljati ma' organizzazzjonijiet speċjali tal-Korea ta' Fuq u operattivi tar-Reconnaissance General Bureau f'lokalitajiet barranin fi sforz sabiex jiġu evitati sanzjonijiet.

65.

CHU HYO'K

Ju Hyok

Data tat-twelid: 23.11.1986

Nru tal-passaport 836420186 maħruġ fit-28.10.2016, jiskadi fit-28.10.2021.

Ċittadinanza: RDPK

Sess: Raġel

22.12.2017

Chu Hyo'k huwa ċittadin Nord Korean li huwa rappreżentant barrani tal-Foreign Trade Bank.

66.

KIM JONG SIK

Kim Cho'ng-sik

Sena tat-twelid: 1967-1969.

Ċittadinanza: RDPK

Sess: Raġel

Indirizz: RDPK

22.12.2017

Uffiċjal ewlieni li jiggwida l-isforzi ta' żvilupp tal-AQM tar-RDPK. Iservi bħala Viċi Direttur tal-Partit tal-Ħaddiema tad-Dipartiment tal-Industrija tal-Munizzjonijiet tal-Korea.

67.

KIM KYONG IL

Kim Kyo'ng-il

Lokalità: il-Libja

Data tat-twelid: 1.8.1979

Nru tal-passaport 836210029.

Ċittadinanza: RDPK.

Sess: Raġel

22.12.2017

Kim Kyong Il huwa l-viċi kap rappreżentant tal-Foreign Trade Bank fil-Libja.

68.

KIM TONG CHOL

Kim Tong-ch'o'l

Data tat-twelid:28.1.1966

Ċittadinanza: RDPK

Sess: Raġel

22.12.2017

Kim Tong Chol huwa rappreżentant barrani tal-Foreign Trade Bank.

69.

KO CHOL MAN

Ko Ch'o'l-man

Data tat-twelid: 30.9.1967

Nru tal-passaport 472420180

Ċittadinanza: RDPK

Sess: Raġel

22.12.2017

Ko Chol Man huwa rappreżentant barrani tal-Foreign Trade Bank.

70.

KU JA HYONG

Ku Cha-hyo'ng

Lokalità: il-Libja

Data tat-twelid: 8.9.1957

Ċittadinanza: RDPK

Sess: Raġel

22.12.2017

Ku Ja Hyong huwa l-kap rappreżentant tal-Foreign Trade Bank fil-Libja.

71.

MUN KYONG HWAN

Mun Kyo'ng-hwan

Data tat-twelid: 22.8.1967

Nru tal-passaport 381120660, jiskadi fil-25.3.2016.

Ċittadinanza: RDPK

Sess: Raġel

22.12.2017

Mun Kyong Hwan huwa rappreżentant barrani tal-Bank of East Land.

72.

PAE WON UK

Pae Wo'n-uk

Data tat-twelid: 22.8.1969

Ċittadinanza: RDPK

Nru tal-passaport 472120208, jiskadi fit-22.2.2017

Sess: Raġel

22.12.2017

Pae Won Uk huwa rappreżentant barrani tal-Bank Daesong.

73.

PAK BONG NAM

Lui Wai Ming;

Pak Pong Nam;

Pak Pong-nam

Data tat-twelid: 6.5.1969.

Ċittadinanza: RDPK

Sess: Raġel

22.12.2017

Pak Bong Nam huwa rappreżentant barrani tal-Ilsim International Bank.

74.

PAK MUN IL

Pak Mun-il

Data tat-twelid 1.1.1965

Nru tal-passaport 563335509, jiskadi fis-27.8.2018.

Ċittadinanza: RDPK

Sess: Raġel

22.12.2017

Pak Mun Il huwa uffiċjal barrani tal-Korea Daesong Bank.

75.

RI CHUN HWAN

Ri Ch'un-hwan

Data tat-twelid: 20.8.1965

Nru tal-passaport 563233049, jiskadi fil-11.3.2019.

Ċittadinanza: RDPK

Sess: Raġel

22.12.2017

Ri Chun Hwan huwa rappreżentant barrani tal-Foreign Trade Bank.

76.

RI CHUN SONG

Ri Ch'un-so'ng

Data tat-twelid: 30.10.1965

Nru tal-passaport 654133553, jiskadi fil-11.3.2019.

Ċittadinanza: RDPK

Sess: Raġel

22.12.2017

Ri Chun Song huwa rappreżentant barrani tal-Foreign Trade Bank.

77.

RI PYONG CHUL

Ri Pyo'ng-ch'o'l

Sena tat-twelid: 1948

Ċittadinanza: RDPK

Sess: Raġel

Indirizz: RDPK

22.12.2017

Membru supplenti tal-Bureau Politiku tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea u l-Ewwel Viċi Direttur tad-Dipartiment tal-Industrija tal-Munizzjon

78.

RI SONG HYOK

Li Cheng He

Data tat-twelid: 19.3.1965

Ċittadinanza: RDPK

Sess: Raġel

22.12.2017

Ri Song Hyok huwa rappreżentant barrani għall-Koryo Bank u Koryo Credit Development Bank u ġie rrapurtat li stabbilixxa kumpanniji tal-isem biex jakkwista oġġetti u jwettaq transazzjonijiet finanzjarji f'isem il-Korea ta' Fuq.

79.

RI U'N SO'NG

Ri Eun Song;

Ri Un Song

Data tat-twelid: 23.7.1969

Ċittadinanza: RDPK

Sess: Raġel

22.12.2017

Ri U'n-so'ng huwa rappreżentant barrani tal-Korea Unification Development Bank.

(b)   Persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi

 

Isem

Magħruf ukoll bħala

Lokalità

Data tad-deżinjazzjoni min-NU

Informazzjoni oħra

54.

MINISTERU GĦALL-FORZI ARMATI TAL-POPLU (MPAF)

 

Pyongyang, RDPK

22.12.2017

Il-Ministeru għall-Forzi Armati tal-Poplu jimmaniġġja l-ħtiġijiet amministrattivi u loġistiċi ġenerali tal-Armata tal-Poplu Korean.


Top