EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018D1884

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1884 tat-3 ta' Diċembru 2018 li testendi u temenda d-Deċiżjoni 2010/452/PESK dwar il-Missjoni ta' Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Georgia, EUMM Georgia

ST/12776/2018/INIT

ĠU L 308, 4.12.2018, p. 41–42 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2018/1884/oj

4.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 308/41


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/1884

tat-3 ta' Diċembru 2018

li testendi u temenda d-Deċiżjoni 2010/452/PESK dwar il-Missjoni ta' Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Georgia, EUMM Georgia

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 42(4) u 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-12 ta' Awwissu 2010 l-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/452/PESK (1), li estendiet il-Missjoni ta' Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Georgia (EUMM Georgia), stabbilita permezz tal-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/736/PESK (2).

(2)

Fit-12 ta' Diċembru 2016 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/2238 (3), li testendi l-mandat ta' EUMM Georgia sal-14 ta' Diċembru 2018 u li tipprevedi ammont ta' referenza finanzjarja sal-14 ta' Diċembru 2017.

(3)

Fis-7 ta' Diċembru 2017 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2017/2263 (4), li tipprevedi ammont ta' referenza finanzjarja sal-14 ta' Diċembru 2018.

(4)

Wara r-rieżami strateġiku tal-2018, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà rrakkomanda li l-mandat ta' EUMM Georgia jiġi estiż sal-14 ta' Diċembru 2020.

(5)

Id-Deċiżjoni 2010/452/PESK jenħtieġ li tiġi emendata skont dan.

(6)

EUMM Georgia ser titmexxa fil-kuntest ta' sitwazzjoni li tista' tiddeterjora u li tista' xxekkel il-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 21 tat-Trattat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2010/452/PESK hija emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 14(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa marbuta mal-Missjoni bejn il-15 ta' Diċembru 2018 u l-14 ta' Diċembru 2020 għandu jkun ta' EUR 38 200 000.”.

(2)

fl-Artikolu 18, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Hija għandha tiskadi fl-14 ta' Diċembru 2020.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Hija għandha tapplika mill-15 ta' Diċembru 2018.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta' Diċembru 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

N. HOFER


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/452/PESK tat-12 ta' Awwissu 2010 dwar il-Missjoni ta' Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Ġeorġja, EUMM Georgia (ĠU L 213, 13.8.2010, p. 43).

(2)  L-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/736/PESK tal-15 ta' Settembru 2008 dwar il-Missjoni ta' Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Ġeorġja, EUMM Georgia (ĠU L 248, 17.9.2008, p. 26).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/2238 tat-12 ta' Diċembru 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2010/452/PESK dwar il-Missjoni ta' Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Ġeorġja, EUMM Georgia (ĠU L 337, 13.12.2016, p. 15).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2263 tas-7 ta' Diċembru 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2010/452/PESK dwar il-Missjoni ta' Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Georgia, EUMM Georgia (ĠU L 324, 8.12.2017, p. 51).


Top