This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32018D0340
Council Decision (CFSP) 2018/340 of 6 March 2018 establishing the list of projects to be developed under PESCO
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/340 tas-6 ta' Marzu 2018 li tistabbilixxi l-lista ta' proġetti li għandhom jiġu żviluppati taħt il-PESCO
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/340 tas-6 ta' Marzu 2018 li tistabbilixxi l-lista ta' proġetti li għandhom jiġu żviluppati taħt il-PESCO
ĠU L 65, 8.3.2018, p. 24–27
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 15/07/2024
8.3.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 65/24 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/340
tas-6 ta' Marzu 2018
li tistabbilixxi l-lista ta' proġetti li għandhom jiġu żviluppati taħt il-PESCO
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikolu 46(6) tiegħu;
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2315 tal-11 ta' Diċembru 2017 li tistabbilixxi kooperazzjoni strutturata permanenti (PESCO) u li tiddetermina l-lista ta' Stati Membri parteċipanti (1),
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Renju ta' Spanja, ir-Repubblika Franċiża u r-Repubblika Taljana,
Billi:
(1) |
Fil-11 ta' Diċembru 2017, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2017/2315. |
(2) |
L-Artikolu 4(2)(e) ta' dik id-Deċiżjoni tipprevedi li l-Kunsill għandu jadotta deċiżjoni jew rakkomandazzjoni li tistabbilixxi l-lista ta' proġetti li għandhom jiġu żviluppati taħt il- kooperazzjoni strutturata permanenti (PESCO), li jirriflettu kemm l-appoġġ għall-iżvilupp tal-kapaċitajiet kif ukoll il-forniment ta' appoġġ sostanzjali skont il-mezzi u l-kapaċitajiet għal operazzjonijiet u missjonijiet tal-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni. |
(3) |
Fil-11 ta' Diċembru 2017, l-Istati Membri li jipparteċipaw fil-PESCO adottaw dikjarazzjoni li tidentifika lista inizjali ta' 17-il proġett li għandhom jitwettqu taħt il-PESCO, ibbażata fuq proposti ta' proġetti li kienu ġew ippreżentati. Dik id-dikjarazzjoni ġiet adottata bil-ħsieb ta' deċiżjoni formali li għandha tittieħed mill-Kunsill kmieni fl-2018 f'konformità mal-Artikolu 46(6) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/2315. |
(4) |
It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/2315 jipprevedi li l-lista tal-membri ta' proġett ta' kull proġett individwali għandha tinhemeż mad-deċiżjoni tal-Kunsill imsemmija fl-Artikolu 4(2)(e). |
(5) |
Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza, l-implimentazzjoni tal-proġetti kollha tal-PESCO ser tkun ibbażata fuq is-sett komuni ta' regoli ta' governanza għall-proġetti, inkluż inter alia regoli dwar ir-rwol ta' osservaturi jekk xieraq, li għandu jiġi adottat skont l-Artikolu 4(2)(f) tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/2315, u li l-Istati Membri parteċipanti li jieħdu sehem fi proġett individwali jistgħu jadottaw kif neċessarju għal dak il-proġett. |
(6) |
Għaldaqstant jenħtieġ li l-Kunsill jadotta deċiżjoni li tistabbilixxi l-lista ta' proġetti li għandhom jiġu żviluppati taħt il-PESCO, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-proġetti li ġejjin għandhom jiġu żviluppati taħt il-PESCO:
1. |
Kmand Mediku Ewropew; |
2. |
Radju definit b'Software Sigur Ewropew (ESSOR); |
3. |
Netwerk ta' Ċentri Loġistiċi fl-Ewropa u Appoġġ għall-Operazzjonijiet; |
4. |
Mobbiltà Militari; |
5. |
Ċentru ta' Kompetenza għall-Missjoni ta' Taħriġ tal-Unjoni Ewropea (EUTM CC); |
6. |
Ċentru Ewropew ta' Ċertifikazzjoni tat-Taħriġ għall-Armati Ewropej; |
7. |
Funzjoni Operazzjonali tal-Enerġija (EOF); |
8. |
Pakkett dwar il-Kapaċità Militari li tista' tiġi Skjerata għal Għajnuna f'Każ ta' Diżastru; |
9. |
Sistemi Marittimi (semi) Awtonomi għal Kontromiżuri kontra l-Mini (MAS MCM); |
10. |
Sorveljanza u Protezzjoni tal-Port u Marittima (HARMSPRO); |
11. |
Titjib tas-Sorveljanza Marittima; |
12. |
Pjattaforma għall-Kondiviżjoni tal-Informazzjoni dwar it-Theddid Ċibernetiku u r-Rispons għall-Inċidenti; |
13. |
Timijiet ta' Rispons Rapidu Ċibernetiku u Assistenza Reċiproka fis-Sigurtà Ċibernetika; |
14. |
Sistema Strateġika ta' Kmand u Kontroll (C2) għall-Missjonijiet u l-Operazzjonijiet tal-PSDK; |
15. |
Vettura Armata għall-Ġlied tal-Infanterija/Vettura Amfibja tal-Attakk/Vettura Ħafifa Armata; |
16. |
Appoġġ Indirett tal-Artillerija (EuroArtillery); |
17. |
Grupp Ristrett li Jħaddem ir-Rispons għall-Kriżijiet tal-EUFOR (EUFOR CROC). |
Artikolu 2
Il-lista tal-membri tal-proġett ta' kull proġett individwali għandha tkun kif indikat fl-Anness.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Marzu 2018.
Għall-Kunsill
Il-President
F. MOGHERINI
(1) ĠU L 331, 14.12.2017, p. 57.
ANNESS
Lista ta' membri tal-proġett għal kull proġett individwali
Proġett |
Membri tal-proġett |
||
|
Il-Ġermanja, ir-Repubblika Ċeka, Spanja, Franza, l-Italja, in-Netherlands, ir-Rumanija, is-Slovakkja, l-Iżvezja |
||
|
Franza, il-Belġju, il-Ġermanja, l-Italja, in-Netherlands, il-Polonja, il-Portugall, il-Finlandja |
||
|
Il-Ġermanja, il-Belġju, il-Bulgarija, il-Greċja, Spanja, Franza, il-Kroazja, l-Italja, Ċipru, l-Ungerija, in-Netherlands, is-Slovenja, is-Slovakkja |
||
|
In-Netherlands, il-Belġju, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, il-Ġermanja, l-Estonja, il-Greċja, Spanja, Franza, il-Kroazja, l-Italja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja, is-Slovakkja, il-Finlandja, l-Iżvezja |
||
|
Il-Ġermanja, il-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, l-Irlanda, Spanja, Franza, l-Italja, Ċipru, il-Lussemburgu, in-Netherlands, l-Awstrija, ir-Rumanija, l-Iżvezja |
||
|
L-Italja, il-Greċja |
||
|
Franza, il-Belġju, Spanja, l-Italja |
||
|
L-Italja, il-Greċja, Spanja, il-Kroazja, l-Awstrija |
||
|
Il-Belġju, il-Greċja, il-Latvja, in-Netherlands, il-Portugall, ir-Rumanija |
||
|
L-Italja, il-Greċja, Spanja, il-Portugall |
||
|
Il-Greċja, il-Bulgarija, l-Irlanda, Spanja, il-Kroazja, l-Italja, Ċipru |
||
|
Il-Greċja, Spanja, l-Italja, Ċipru, l-Ungerija, l-Awstrija, il-Portugall |
||
|
Il-Litwanja Spanja, Franza, il-Kroazja, in-Netherlands, ir-Rumanija, il-Finlandja |
||
|
Spanja, il-Ġermanja, l-Italja, il-Portugall |
||
|
L-Italja, il-Greċja, is-Slovakkja |
||
|
Is-Slovakkja, l-Italja |
||
|
Il-Ġermanja, Spanja, Franza, l-Italja, Ċipru |