Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016R1414

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1414 tal-24 ta' Awwissu 2016 li japprova s-sustanza attiva ċjantraniliprol, b'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    C/2016/5372

    ĠU L 230, 25.8.2016, p. 16–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2016/1414/oj

    25.8.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 230/16


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1414

    tal-24 ta' Awwissu 2016

    li japprova s-sustanza attiva ċjantraniliprol, b'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 13(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    B'konformità mal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, fid-29 ta' Ġunju 2011 ir-Renju Unit irċieva applikazzjoni mingħand l-impriżi DuPont Crop Protection u Syngenta Crop Protection għall-approvazzjoni tas-sustanza attiva ċjantraniliprol. B'konformità mal-Artikolu 9(3) ta' dak ir-Regolament, ir-Renju Unit, bħala l-Istat Membru relatur, fl-10 ta' Awwissu 2011 innotifika lill-applikant, lill-Istati Membri l-oħra, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn 'il quddiem “l-Awtorità”) dwar l-ammissibbiltà tal-applikazzjoni.

    (2)

    Fil-31 ta' Mejju 2013, l-Istat Membru relatur issottometta abbozz ta' rapport ta' valutazzjoni lill-Kummissjoni, b'kopja lill-Awtorità, li fih ġie vvalutat jekk dik is-sustanza attiva hix mistennija li tissodisfa l-kriterji ta' approvazzjoni previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

    (3)

    L-Awtorità kkonformat mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. B'konformità mal-Artikolu 12(3) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, l-Awtorità talbet lill-applikant biex jipprovdi informazzjoni addizzjonali lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità. Il-valutazzjoni tal-informazzjoni addizzjonali mill-Istat Membru relatur ġiet sottomessa quddiem l-Awtorità fit-12 ta' Ġunju 2014 fil-format ta' abbozz aġġornat tar-rapport ta' valutazzjoni.

    (4)

    Fit-18 ta' Awwissu 2014 l-Awtorità kkomunikat lill-applikant, lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni l-konklużjoni tagħha dwar jekk is-sustanza attiva ċjantraniliprol tistax tkun mistennija tissodisfa l-kriterji tal-approvazzjoni previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 (2). L-Awtorità għamlet il-konklużjonijiet tagħha disponibbli għall-pubbliku. Verżjoni riveduta ta' din il-konklużjoni ġiet ippubblikata fil-11 ta' Novembru 2014 u fit-28 ta' Mejju 2015 (3).

    (5)

    Fit-13 ta' Lulju 2015, il-Kummissjoni ppreżentat ir-rapport ta' reviżjoni għaċ-ċjantraniliprol lill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, kif ukoll abbozz ta' Regolament li jistipula li s-sustanza attiva ċjantraniliprol hija approvata.

    (6)

    L-applikant ingħata l-possibbiltà li jressaq il-kummenti dwar ir-rapport ta' reviżjoni.

    (7)

    Ġie stabbilit li l-kriterji ta' approvazzjoni previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 huma ssodisfati fir-rigward ta' użu rappreżentattiv wieħed jew aktar, ta' mill-anqas prodott wieħed għall-protezzjoni tal-pjanti li fih is-sustanza attiva, u b'mod partikolari l-użi li ġew eżaminati u spjegati fir-rapport ta' reviżjoni. Għaldaqstant, jixraq li s-sustanza attiva ċjantraniliprol tiġi approvata.

    (8)

    Madankollu, skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, flimkien mal-Artikolu 6 tiegħu, u fid-dawl tal-għarfien xjentifiku u tekniku attwali, jinħtieġ li jiġu inklużi ċerti kundizzjonijiet u restrizzjonijiet. B'mod partikolari, jixraq li tintalab aktar informazzjoni konfermatorja.

    (9)

    B'konformità mal-Artikolu 13(4) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (4) għandu jiġi emendat skont dan.

    (10)

    Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Approvazzjoni ta' sustanza attiva

    Is-sustanza attiva ċjantraniliprol, kif inhu speċifikat fl-Anness I, hija approvata soġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.

    Artikolu 2

    Emenda għar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011

    L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat b'konformità mal-Anness II ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 3

    Dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Awwissu 2016.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER


    (1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

    (2)  The EFSA Journal 2014;12(9):3814. Jinsab fuq: www.efsa.europa.eu

    (3)  The EFSA Journal 2014;12(9):3814. Jinsab fuq: www.efsa.europa.eu

    (4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-lista ta' sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).


    ANNESS I

    Isem Komuni, Numri ta' Identifikazzjoni

    Isem IUPAC

    Purità (1)

    Data tal-approvazzjoni

    Skadenza tal-approvazzjoni

    Dispożizzjonijiet speċifiċi

    Ċjantraniliprol

    Nru CAS:

    736994-63-1

    Nru CIPAC: Mhux assenjat.

    3-bromo-1-(3-kloro-2-piridil)-4′-ċjano-2′-metil-6′-(metilkarbamojl)pirażol-5-karbossanilid

    ≥ 940 g/kg

    IN-Q6S09 massimu ta' 1 mg/kg

    IN-RYA13 massimu ta' 20 mg/kg

    aċidu metanesulfoniku, massimu ta' 2 g/kg

    aċetonitril massimu ta' 2 g/kg

    ettan massimu ta' 7 g/kg

    3-pikolina massimu ta' 3 g/kg.

    l-14 ta' Settembru 2016

    l-14 ta' Settembru 2026

    Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar iċ-ċjantraniliprol, u b'mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu.

    F'din il-valutazzjoni kumplessiva, l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari għal:

    (a)

    ir-riskju għall-operaturi;

    (b)

    ir-riskju għall-organiżmi akkwatiċi, in-naħal u artropodi oħra mhux fil-mira;

    (c)

    ir-riskju għan-naħal u għal naħal bagħli li jiġi rilaxxat għad-dakkir, meta s-sustanza attiva tintuża fis-serer;

    (d)

    il-protezzjoni tal-ilma ta' taħt l-art, meta s-sustanza attiva tiġi applikata f'reġjuni b'ħamrija u/jew kundizzjonijiet ta' klima vulnerabbli.

    Fejn xieraq, il-kundizzjonijiet tal-użu għandhom jinkludu miżuri għall-mitigazzjoni tar-riskju.

    L-applikant għandu jissottometti lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-Awtorità, informazzjoni konfermatorja fir-rigward tal-effett ta' proċessi ta' trattament tal-ilma fuq in-natura tar-residwi preżenti fl-ilma tal-wiċċ u fl-ilma ta' taħt l-art, meta l-ilma tal-wiċċ jew l-ilma ta' taħt l-art jiġi estratt għall-użu bħala ilma tajjeb għax-xorb fi żmien sentejn wara l-adozzjoni ta' dokument ta' gwida dwar l-evalwazzjoni tal-effett tal-proċessi ta' trattament tal-ilma fuq in-natura tar-residwi preżenti fl-ilma tal-wiċċ u fl-ilma ta' taħt l-art.


    (1)  Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport ta' reviżjoni


    ANNESS II

    Fil-Parti B tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, tiżdied l-entrata li ġejja:

    Numru

    Isem Komuni, Numri ta' Identifikazzjoni

    Isem IUPAC

    Purità (*)

    Data tal-approvazzjoni

    Skadenza tal-approvazzjoni

    Dispożizzjonijiet speċifiċi

    “99

    Ċjantraniliprol

    Nru CAS:

    736994-63-1

    Nru CIPAC: Mhux assenjat.

    3-bromo-1-(3-kloro-2-piridil)-4′-ċjano-2′-metil-6′-(metilkarbamojl)pirażol-5-karbossanilid

    ≥ 940 g/kg

    IN-Q6S09 massimu ta' 1 mg/kg

    IN-RYA13 massimu ta' 20 mg/kg

    aċidu metanesulfoniku, massimu ta' 2 g/kg

    aċetonitril massimu ta' 2 g/kg

    ettan massimu ta' 7 g/kg

    3-pikolina massimu ta' 3 g/kg.

    l-14 ta' Settembru 2016

    l-14 ta' Settembru 2026

    Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar iċ-ċjantraniliprol, u b'mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu.

    F'din il-valutazzjoni kumplessiva, l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari għal:

    (a)

    ir-riskju għall-operaturi;

    (b)

    ir-riskju għall-organiżmi akkwatiċi, in-naħal u artropodi oħra mhux fil-mira;

    (c)

    ir-riskju għan-naħal u għal naħal bagħli li jiġi rilaxxat għad-dakkir, meta s-sustanza attiva tintuża fis-serer;

    (d)

    il-protezzjoni tal-ilma ta' taħt l-art, meta s-sustanza attiva tiġi applikata f'reġjuni b'ħamrija u/jew kundizzjonijiet ta' klima vulnerabbli.

    Fejn xieraq, il-kundizzjonijiet tal-użu għandhom jinkludu miżuri għall-mitigazzjoni tar-riskju.

    L-applikant għandu jissottometti lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-Awtorità, informazzjoni konfermatorja fir-rigward tal-effett ta' proċessi ta' trattament tal-ilma fuq in-natura tar-residwi preżenti fl-ilma tal-wiċċ u fl-ilma ta' taħt l-art, meta l-ilma tal-wiċċ jew l-ilma ta' taħt l-art jiġi estratt għall-użu bħala ilma tajjeb għax-xorb fi żmien sentejn wara l-adozzjoni ta' dokument ta' gwida dwar l-evalwazzjoni tal-effett tal-proċessi ta' trattament tal-ilma fuq in-natura tar-residwi preżenti fl-ilma tal-wiċċ u fl-ilma ta' taħt l-art.”


    (*)  Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport ta' reviżjoni


    Top