This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015R1991
Commission Implementing Regulation (EU) 2015/1991 of 5 November 2015 amending Regulation (EC) No 555/2008 laying down detailed rules for implementing Council Regulation (EC) No 479/2008 on the common organisation of the market in wine as regards support programmes, trade with third countries, production potential and on controls in the wine sector
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1991 tal-5 ta' Novembru 2015 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 555/2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid fir-rigward ta' programmi ta' appoġġ, kummerċ ma' pajjiżi terzi, potenzjal tal-produzzjoni u kontrolli fis-settur tal-inbid
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1991 tal-5 ta' Novembru 2015 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 555/2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid fir-rigward ta' programmi ta' appoġġ, kummerċ ma' pajjiżi terzi, potenzjal tal-produzzjoni u kontrolli fis-settur tal-inbid
ĠU L 290, 6.11.2015, pp. 9–11
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
6.11.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 290/9 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1991
tal-5 ta' Novembru 2015
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 555/2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid fir-rigward ta' programmi ta' appoġġ, kummerċ ma' pajjiżi terzi, potenzjal tal-produzzjoni u kontrolli fis-settur tal-inbid
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 u l-Artikolu 145(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-Kapitolu III tat-Titolu I tal-Parti II tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jistabbilixxi regoli dwar it-tul ta' żmien, il-ġestjoni u l-kontroll tal-iskema ta' awtorizzazzjonijiet għat-taħwil ta' dwieli li jieħdu post ir-reġim tranżizzjonali tad-dritt għat-taħwil stabbilit fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (2). Dan jinkludi wkoll dispożizzjonijiet li jagħtu s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta atti ta' implimentazzjoni dwar il-ġestjoni u l-kontroll ta' dik l-iskema. Madankollu, skont l-Artikolu 230(1)(b)(ii) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, ir-reġim tranżizzjonali tad-dritt għat-taħwil stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jibqa' japplika sal-31 ta' Diċembru 2015. |
|
(2) |
Il-Kapitolu II tat-Titolu IV tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 555/2008 (3) jinkludi regoli dwar ir-reġim tranżizzjonali tad-dritt għat-taħwil u jispeċifika l-obbligi tal-komunikazzjoni tal-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni tar-reġim. Fid-dawl tal-applikazzjoni tal-iskema ta' awtorizzazzjonijiet għat-taħwil ta' dwieli li se tibda tapplika mill-1 ta' Jannar 2016 u l-obbligi ta' notifika dwar dik l-iskema l-ġdida stabbiliti fl-Artikolu 11 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/561 (4), jenħtieġ li jiġi speċifikat liema huma l-obbligi ta' komunikazzjoni stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 555/2008 li se jibqgħu japplikaw fl-2016. Barra minn hekk, biex jiġi żgurat li l-Kummissjoni tirċievi l-informazzjoni kollha dwar l-implimentazzjoni tar-reġim tranżizzjonali tad-dritt għat-taħwil bejn l-1 ta' Awwissu 2014 u l-31 ta' Diċembru 2015 u biex sal-31 ta' Diċembru 2015 tkun infurmata bl-inventarju tad-drittijiet għat-taħwil għall-kontrollabbiltà tal-Artikolu 68 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, jenħtieġ ukoll li jiġu emendati d-dati ta' referenza u li tiġi stabbilita d-data finali għal ċerti obbligi ta' komunikazzjoni. |
|
(3) |
L-Artikolu 61 u 65(5) tar-Regolament (KE) Nru 555/2008 jistabbilixxu dettalji dwar l-obbligi annwali ta' komunikazzjoni relatati mad-drittijiet il-ġodda ta' taħwil u mad-drittijiet ta' taħwil fir-riżervi. Jenħtieġ li dawk id-dispożizzjonijiet jiġu emendati biex jistabbilixxu l-iskadenza sa meta jridu jsiru l-komunikazzjonijiet għall-aħħar darba u l-perjodu ta' referenza li jrid jitqies għal dawk il-komunikazzjonijiet finali. |
|
(4) |
Skont l-Artikolu 230(1)(b)(i) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1234/2007 dwar it-taħwil illegali jibqgħu japplikaw sakemm jinqalgħu d-dwieli mill-erjas ikkonċernati. Għalhekk, anke l-Kapitolu I tat-Titolu IV tar-Regolament (KE) Nru 555/2008 dwar it-taħwil illegali għandu jibqa' japplika wara l-1 ta' Jannar 2016 għal dak it-taħwil illegali identifikat qabel il-31 ta' Diċembru 2015 ladarba sa dik id-data jkunu għadhom ma nqalgħux id-dwieli u sakemm jinqalgħu d-dwieli minn dawk l-erjas. Madankollu, biex jiġu eliminati l-obbligi ta' komunikazzjoni li ma għadhomx rilevanti, u biex jiġu kkjarifikati l-kundizzjonijiet li skonthom l-Istati Membri jistgħu ma jkunux aktar obbligati li jippreżentaw komunikazzjonijiet annwali dwar it-taħwil illegali, jenħtieġ li jiġi emendat l-Artikolu 58 tar-Regolament (KE) Nru 555/2008. |
|
(5) |
Il-Kapitolu IV tat-Titolu IV tar-Regolament (KE) Nru 555/2008 jinkludi regoli dwar l-inventarju u l-kejl tal-erja mħawla. L-Artikolu 74 jistabbilixxi dettalji dwar l-obbligi annwali ta' komunikazzjoni relatati mal-inventarju tal-erjas tal-vinikultura u tad-drittijiet ta' taħwil. Din id-dispożizzjoni trid tiġi emendata biex tistabbilixxi l-iskadenza sa meta jridu jsiru għall-aħħar darba l-komunikazzjonijiet dwar l-inventarju tad-drittijiet ta' taħwil u l-inventarju tal-varjetajiet ewlenin tal-għeneb tal-inbid, u d-data ta' referenza li trid titqies għal dawk il-komunikazzjonijiet finali. Biex tinkiseb l-informazzjoni dwar it-total ta' drittijiet ta' taħwil li wara l-1 ta' Jannar 2016 jistgħu jinbidlu f'awtorizzazzjonijiet skont l-Artikolu 68 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, dik id-data ta' referenza għandha tkun l-aħħar data ta' tħaddim tar-reġim ta' dritt għat-taħwil, jiġifieri l-31 ta' Diċembru 2015. Barra minn hekk, dawn il-komunikazzjonijiet finali ma għandhomx jinkludu l-informazzjoni dwar l-inventarju tal-erjas tal-vinikultura, peress li l-komunikazzjoni dwar dak is-suġġett se tinbidel mill-1 ta' Jannar 2016 bil-komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 11(1)(a) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/561. |
|
(6) |
Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 555/2008 għandu jiġi emendat skont dan. |
|
(7) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emenda tar-Regolament (KE) Nru 555/2008
Ir-Regolament (KE) Nru 555/2008 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 58 jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 58 Komunikazzjonijiet 1. Sal-1 ta' Marzu ta' kull sena, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-erjas li għalihom tkun tħallset penali u l-ammont tal-penali li attwalment kienet imposta fil-formola indikata fit-Tabella 1 tal-Anness XIII. Dawn għandhom jikkomunikaw ukoll lill-Kummissjoni l-liġijiet tagħhom relatati ma' dawn il-penalitajiet. Dan l-obbligu ma għandux japplika aktar għal dawk l-Istati Membri fejn ikunu diġà nqalgħu d-dwieli mħawla b'mod illegali. 2. Bla ħsara għal dak indikat mod ieħor fit-tabelli rilevanti tal-Anness XIII ta' dan ir-Regolament, il-komunikazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 85c(3), l-Artikolu 188a(1) u l-Artikolu 188a(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandhom jirreferu għas-sena tal-inbid preċedenti. Il-komunikazzjonijiet annwali għandhom isiru skont il-formoli indikati fit-Tabelli 3 u 7 tal-Anness XIII ta' dan ir-Regolament. 3. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu jekk, fil-komunikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2, jinkludux jew le d-dettalji relatati mar-reġjuni.” |
|
(2) |
L-Artikolu 61 jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 61 Obbligi ta' komunikazzjoni tal-Istati Membri relatati ma' drittijiet ġodda ta' taħwil Sal-1 ta' Marzu 2016, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-informazzjoni li ġejja dwar il-perjodu ta' bejn l-1 ta' Awwissu 2014 u l-31 ta' Diċembru 2015:
Il-komunikazzjoni għandha ssir bil-formola stabbilita fit-Tabella 8 tal-Anness XIII ta' dan ir-Regolament. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu jekk fil-komunikazzjoni jinkludux jew le d-dettalji relatati mar-reġjuni.” |
|
(3) |
Il-paragrafu 5 tal-Artikolu 65 jinbidel b'dan li ġej: “5. Sal-1 ta' Marzu 2016, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, permezz tal-formola stabbilita fit-Tabella 9 tal-Anness XIII, l-informazzjoni li ġejja dwar il-perjodu ta' bejn l-1 ta' Awwissu 2014 u l-31 ta' Diċembru 2015:
|
|
(4) |
L-Artikolu 74 jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 74 Inventarju Id-dejta kkomunikata fl-inventarju sal-1 ta' Marzu 2016 skont l-Artikolu 145(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandha tirreferi għall-31 ta' Diċembru 2015. Din għandha tinkludi l-informazzjoni speċifikata fit-Tabelli 15 u 16 tal-Anness XIII ta' dan ir-Regolament. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu jekk fil-komunikazzjoni jinkludux jew le d-dettalji relatati mar-reġjuni.” |
|
(5) |
Titħassar it-Tabella 14 tal-Anness XIII. |
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan japplika mill-1 ta' Jannar 2016.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Novembru 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 555/2008 tas-27 ta' Ġunju 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid fir-rigward ta' programmi ta' appoġġ, kummerċ ma' pajjiżi terzi, potenzjal tal-produzzjoni u kontrolli fis-settur tal-inbid (ĠU L 170, 30.6.2008, p. 1).
(4) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/561 tas-7 ta' April 2015 li jistipula regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-iskema ta' awtorizzazzjonijiet għat-taħwil ta' dwieli (ĠU L 93, 9.4.2015, p. 12).