Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015R1374

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1374 tas-7 ta' Awwissu 2015 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2368/2002 li jimplimenta l-iskema ta' ċertifikazzjoni tal-Kimberley Process fil-kummerċ internazzjonali ta' djamanti mhux maħduma

ĠU L 212, 11.8.2015, p. 3–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2015/1374/oj

11.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 212/3


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1374

tas-7 ta' Awwissu 2015

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2368/2002 li jimplimenta l-iskema ta' ċertifikazzjoni tal-Kimberley Process fil-kummerċ internazzjonali ta' djamanti mhux maħduma

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2368/2002 tal-20 ta' Diċembru 2002 li jimplimenta l-iskema ta' ċertifikazzjoni tal-Kimberley Process fil-kummerċ internazzjonali ta' djamanti mhux maħduma (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 2368/2002 jistipula li għandha tinżamm mill-Kummissjoni lista tal-awtoritajiet tal-Komunità fl-Anness III;

(2)

Il-Portugall innomina awtorità tal-Komunità u informa lill-Kummissjoni biha. Il-Kummissjoni kkonkludiet li kienet ingħatat evidenza suffiċjenti li din l-awtorità tal-Kommunità tista' twettaq b'mod kredibbli, fil-ħin, effettiv u suffiċjenti l-kompiti stabbiliti mill-Kapitoli II, III u V tar-Regolament (KE) Nru 2368/2002.

(3)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 2368/2002,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 2368/2002 huwa hawnhekk sostitwit bl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Awwissu 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Cecilia MALMSTRÖM

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 28.


ANNESS

“ANNESS III

Lista tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-kompiti tagħhom kif imsemmija fl-Artikoli 2 u 19

IL-BELĠJU

Federale Overheidsdienst Economie, KMO, Middenstand en Energie, Dienst Vergunningen

Service Public Fédéral Economie, PME, Classes moyennes et Energie, Service Licence

Italiëlei 124, bus 71

B-2000 Antwerpen

Tel. +32 22775459

Faks: +32 22775461

Posta elettronika: kpcs-belgiumdiamonds@economie.fgov.be

Fil-Belġju, il-kontrolli tal-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet ta' djamanti mhux maħduma meħtieġa minn dan ir-Regolament u t-trattament doganali jsiru biss fl-uffiċċju segwenti:

The Diamond Office,

Hovenierstraat 22

B-2018 Antwerpen

IL-BULGARIJA

Ministry of Finance

International Financial Institutions and Cooperation Directorate

102 G. Rakovski str.

Sofia, 1040

Bulgaria

Tel. +359 298592400/98592401

Faks: +359 298592402

Posta elettronika: ific@minfin.bg

IR-REPUBBLIKA ĊEKA

Fir-Repubblika Ċeka, il-kontrolli tal-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet ta' djamanti mhux maħduma meħtieġa minn dan ir-Regolament u t-trattament doganali jsiru biss fl-uffiċċju segwenti:

Generální ředitelství cel

Budějovická 7

140 96 Praha 4

Česká republika

Tel. (420-2) 61 33 38 41, (420-2) 61 33 35 41, cell (420-737) 213 793

Faks (420-2) 61 33 38 70

Posta elettronika: diamond@cs.mfcr.cz

Servizz permanenti fl-uffiċċju doganali magħżul — Praha Ruzyně

Tel. +420 2220113788

Tel. +420 2220119678

IL-ĠERMANJA

Fil-Ġermanja, il-kontrolli tal-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet ta' djamanti mhux maħduma meħtieġa minn dan ir-Regolament, inkluż il-ħruġ ta' ċertifikati tal-UE, isiru biss fl-awtorità li ġejja:

Hauptzollamt Koblenz

Zollamt Idar-Oberstein

Zertifizierungsstelle für Rohdiamanten

Hauptstraße 197

D-55743 Idar-Oberstein Tel.

Tel. +49 67815627-0

Faks: +49 67815627-19

Posta elettronika: poststelle.za-idar-oberstein@zoll.bund.de

Għall-finijiet tal-Artikoli 5(3), 6, 9, 10, 14(3), 15 u 17 ta' dan ir-Regolament, b'mod partikolari fir-rigward tal-obbligi ta' rappurtar lill-Kummissjoni, l-awtorità li ġejja taġixxi bħala l-awtorità Ġermaniża kompetenti:

Bundesfinanzdirektion Südost

Krelingstraβe 50

D-90408 Nürnberg

Tel. +49 9113763754

Faks: +49 9113762273

Posta elettronika: diamond.cert.bfd-suedost@zoll.bund.de

IL-PORTUGALL

Autoridade Tributária e Aduaneira

Direção de Serviços de Regulação Aduaneira

R. da Alfândega, 5

1149-006 Lisboa

Tel. +351 218813888/9

Faks: +351 218813941

Posta elettronika: dsra@at.gov.pt

Fil-Portugall, il-kontrolli tal-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet ta' djamanti mhux maħduma meħtieġa minn dan ir-Regolament u t-trattament doganali jsiru biss fl-uffiċċju segwenti:

Alfândega do Aeroporto de Lisboa

Aeroporto de Lisboa,

Terminal de Carga, Edifício 134

1750-364 Lisboa

Tel. +351 210030080

Faks: +351 210037777

Indirizz tal-posta elettronika: aalisboa-kimberley@at.gov.pt

IR-RUMANIJA

Autoritatea Națională pentru Protecția Consumatorilor

(L-Awtorità Nazzjonali għall-Ħarsien tal-Konsumatur)

1 Bd. Aviatorilor Nr. 72, sectorul 1 București, România

(72 Aviatorilor Bvd., settur 1, Bucharest, ir-Rumanija)

Cod postal (Kodiċi postali) 011865

Tel. +40 213184635/3129890/3121275

Faks: +40 213184635/3143462

www.anpc.ro

IR-RENJU UNIT

Government Diamond Office

Conflict Department

Room WH1.214

Foreign and Commonwealth Office

King Charles Street

London

SW1 A 2AH

Tel. +44 2070086903/5797

Faks: +44 2070083905

KPUK@fco.gov.uk”


Top