Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015L2366R(05)

    Rettifika tad-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 dwar is-servizzi ta' pagament fis-suq intern, li temenda d-Direttivi 2002/65/KE, 2009/110/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010, u li tħassar id-Direttiva 2007/64/KE (ĠU L 337, 23.12.2015)

    ĠU L 102, 23.4.2018, p. 97–98 (BG, ES, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 102, 23.4.2018, p. 97–100 (CS)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2015/2366/corrigendum/2018-04-23/oj

    23.4.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 102/97


    Rettifika tad-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 dwar is-servizzi ta' pagament fis-suq intern, li temenda d-Direttivi 2002/65/KE, 2009/110/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010, u li tħassar id-Direttiva 2007/64/KE

    ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 337 tat-23 ta' Diċembru 2015 )

    Fil-paġna 42, il-premessa (47), it-tielet sentenza,

    minflok:

    “… Tali approċċ huwa konformi mar-raġunament tar-Rakkomandazzjoni Speċjali VI tat-Task Force ta' Azzjoni Finanzjarja dwar il-Ħasil tal-Flus li tipprevedi għal mekkaniżmu meta fornituri ta' servizzi ta' pagament li ma jkunux jistgħu jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha stabbiliti f'dik ir-Rakkomandazzjoni jkunu jistgħu madankollu jiġu ttrattati bħala istituzzjonijiet ta' pagament. …”,

    aqra:

    “… Tali approċċ huwa konformi mar-raġunament tar-Rakkomandazzjoni 14 tat-Task Force ta' Azzjoni Finanzjarja dwar il-Ħasil tal-Flus li tipprevedi għal mekkaniżmu meta fornituri ta' servizzi ta' pagament li ma jkunux jistgħu jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha stabbiliti f'dik ir-Rakkomandazzjoni jkunu jistgħu madankollu jiġu ttrattati bħala istituzzjonijiet ta' pagament.”;

    Fil-paġna 62, l-Artikolu 5(2),

    minflok:

    “… responsabbiltajiet tagħhom kif speċifikati fl-Artikoli 73, 89, 90 u 92.”,

    aqra:

    “… responsabbiltajiet tagħhom kif speċifikati fl-Artikoli 73, 90 u 92.”;

    Fil-paġna 86, Artikolu 52, il-punt (5)(f),

    minflok:

    “… tranżazzjonijiet ta' pagament skont l-Artikolu 89;”,

    aqra:

    “… tranżazzjonijiet ta' pagament skont l-Artikoli 89 u 90;”;

    Fil-paġna 89, l-Artikolu 61(1), l-ewwel sentenza,

    minflok:

    “… fornitur ta' servizzi ta' pagament jistgħu jaqblu li l-Artikoli 62(1), l-Artikolu 64(3), u l-Artikoli 72, 74, 76, 77, 80 u 89…”,

    aqra:

    “… fornitur ta' servizzi ta' pagament jistgħu jaqblu li l-Artikolu 62(1), l-Artikolu 64(3), u l-Artikoli 72, 74, 76, 77, 80, 89 u 90…”;

    Fil-paġna 89, l-Artikolu 62(1), l-ewwel sentenza,

    minflok:

    “… għajr jekk speċifikat mod ieħor fl-Artikolu 79(1), l-Artikolu 80(5) u l-Artikolu 88(2).”,

    aqra:

    “… għajr jekk speċifikat mod ieħor fl-Artikolu 79(1), l-Artikolu 80(5) u l-Artikolu 88(4).”;

    Fil-paġna 97, Artikolu 76(1), ir-raba' subparagrafu,

    minflok:

    “Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, minbarra d-dritt imsemmi fil-paragrafu 1, għal debiti diretti kif imsemmijin fl-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) Nru 260/2012, il-pagatur ikollu dritt mingħajr kundizzjonijiet għal rimborż fil-limiti ta' żmien stabbiliti fl-Artikolu 77 ta' din id-Direttiva.”,

    aqra:

    “Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, minbarra d-dritt imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, għal debiti diretti kif imsemmijin fl-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) Nru 260/2012, il-pagatur ikollu dritt mingħajr kundizzjonijiet għal rimborż fil-limiti ta' żmien stabbiliti fl-Artikolu 77 ta' din id-Direttiva.”;

    Fil-paġna 103, l-Artikolu 89(2), ir-raba' subparagrafu, l-ewwel sentenza,

    minflok:

    “Fil-każ ta' tranżazzjoni ta' pagament li ma tkunx ġiet esegwita jew li tkun ġiet esegwita b'mod difettuż li għaliha l-fornitur ta' servizzi ta' pagament tal-benefiċjarju mhuwiex responsabbli skont l-ewwel u t-tieni subparagrafi, il-fornitur ta' servizzi ta' pagament tal-pagatur għandu jkun responsabbli lejn il-pagatur. …”,

    aqra:

    “Fil-każ ta' tranżazzjoni ta' pagament li ma tkunx ġiet esegwita jew li tkun ġiet esegwita b'mod difettuż li għaliha l-fornitur ta' servizzi ta' pagament tal-benefiċjarju mhuwiex responsabbli skont l-ewwel u t-tielet subparagrafu, il-fornitur ta' servizzi ta' pagament tal-pagatur għandu jkun responsabbli lejn il-pagatur. …”;

    Fil-paġna 103, l-Artikolu 92(1), l-ewwel sentenza,

    minflok:

    “1.   Meta r-responsabbiltà ta' fornitur ta' servizzi ta' pagament skont l-Artikoli 73 u 89 tkun attribwibbli għal fornitur ieħor ta' servizzi ta' pagament jew għal intermedjarju, dak il-fornitur ta' servizzi ta' pagament jew intermedjarju għandu jikkumpensa lill-ewwel fornitur ta' servizzi ta' pagament għal kwalunkwe telf imġarrab jew somom imħallsa skont l-Artikoli 73 u 89…”,

    aqra:

    “1.   Meta r-responsabbiltà ta' fornitur ta' servizzi ta' pagament skont l-Artikoli 73, 89 u 90 tkun attribwibbli għal fornitur ieħor ta' servizzi ta' pagament jew għal intermedjarju, dak il-fornitur ta' servizzi ta' pagament jew intermedjarju għandu jikkumpensa lill-ewwel fornitur ta' servizzi ta' pagament għal kwalunkwe telf imġarrab jew somom imħallsa skont l-Artikoli 73, 89 u 90…”;

    Fil-paġna 107, l-Artikolu 99(1),

    minflok:

    “1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġu stabbiliti proċeduri li jippermettu lill-utenti tas-servizzi ta' pagament u partijiet interessati oħra, inklużi assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi, biex jippreżentaw ilmenti lill-awtoritajiet kompetenti fir-rigward ta' ksur allegat ta' din id-Direttiva mill-fornituri ta' servizzi ta' pagament.”,

    aqra:

    “1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġu stabbiliti proċeduri li jippermettu lill-utenti tas-servizzi ta' pagament u partijiet interessati oħra, inklużi assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi, biex jippreżentaw ilmenti lill-awtoritajiet kompetenti fir-rigward ta' ksur allegat mill-fornituri ta' servizzi ta' pagament, tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jimplimentaw id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva.”;

    Fil-paġna 109, l-Artikolu 102(1), it-tieni sentenza,

    minflok:

    “… L-Istati Membri għandhom jiżguraw li proċeduri ta' ADR ikunu applikabbli għall-fornituri ta' servizzi ta' pagament u li jkopru wkoll l-attivitajiet tar-rappreżentanti maħtura.”,

    aqra:

    “… L-Istati Membri għandhom jiżguraw li proċeduri ta' ADR ikunu applikabbli għall-fornituri ta' servizzi ta' pagament.”;

    Fil-paġna 110, l-Artikolu 107(1),

    minflok:

    “… it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 74(1)…”,

    aqra:

    “… ir-raba' subparagrafu tal-Artikolu 74(1)…”.


    Top