This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015D1506
Commission Implementing Decision (EU) 2015/1506 of 8 September 2015 laying down specifications relating to formats of advanced electronic signatures and advanced seals to be recognised by public sector bodies pursuant to Articles 27(5) and 37(5) of Regulation (EU) No 910/2014 of the European Parliament and of the Council on electronic identification and trust services for electronic transactions in the internal market (Text with EEA relevance)
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1506 tat-8 ta' Settembru 2015 li tistabbilixxi speċifikazzjonijiet marbutin mal-formati tal-firem elettroniċi avvanzati u tas-siġilli avvanzati li għandhom jiġu rrikonoxxuti mill-entitajiet tas-settur pubbliku skont l-Artikoli 27(5) u 37(5) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1506 tat-8 ta' Settembru 2015 li tistabbilixxi speċifikazzjonijiet marbutin mal-formati tal-firem elettroniċi avvanzati u tas-siġilli avvanzati li għandhom jiġu rrikonoxxuti mill-entitajiet tas-settur pubbliku skont l-Artikoli 27(5) u 37(5) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 235, 9.9.2015, pp. 37–41
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 22/02/2026; Imħassar b' 32026R0248
|
9.9.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 235/37 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1506
tat-8 ta' Settembru 2015
li tistabbilixxi speċifikazzjonijiet marbutin mal-formati tal-firem elettroniċi avvanzati u tas-siġilli avvanzati li għandhom jiġu rrikonoxxuti mill-entitajiet tas-settur pubbliku skont l-Artikoli 27(5) u 37(5) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 27(5) u 37(5) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Jeħtieġ li l-Istati Membri jimplimentaw il-mezzi tekniċi meħtieġa li jippermettulhom jipproċessaw id-dokumenti ffirmati elettronikament li jkunu mitluba meta wieħed juża servizz onlajn offrut minn entità tas-settur pubbliku jew f'isimha. |
|
(2) |
Lill-Istati Membri li jeħtieġu firma jew siġill elettroniku avvanzat għall-użu ta' servizz onlajn offrut minn entità tas-settur pubbliku jew f'isimha, ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 jobbligahom jirrikonixxu l-firem u s-siġilli elettroniċi avvanzati, il-firem u s-siġilli elettroniċi avvanzati ibbażati fuq ċertifikat ikkwalifikat u l-firem u s-siġilli elettroniċi kkwalifikati f'formati speċifiċi, jew f'formati alternattivi vvalidati skont metodi ta' referenza speċifiċi. |
|
(3) |
Biex jiġu ddefiniti l-formati u l-metodi ta' referenza speċifiċi, għandhom jitqiesu l-prattiki, l-istandards u l-atti legali tal-Unjoni eżistenti. |
|
(4) |
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/148/UE (2) iddefiniet x'uħud mill-formati l-iktar komuni tal-firem elettroniċi avvanzati li l-Istati Membri għandhom jappoġġaw mil-lat tekniku meta jitolbu l-firem elettroniċi avvanzati għal proċedura amministrattiva fuq l-Internet. L-għan tal-istabbiliment tal-formati ta' referenza huwa li jiffaċilita l-validazzjoni transfruntiera tal-firem elettroniċi u li jtejjeb l-interoperabbiltà transfruntiera tal-proċeduri elettroniċi. |
|
(5) |
L-istandards elenkati fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni huma l-istandards eżistenti għall-formati tal-firem elettroniċi avvanzati. Minħabba r-reviżjoni tal-forom arkivjali fit-tul tal-formati referenzjati li qed jagħmlu bħalissal-entitajiet tal-istandardizzazzjoni, l-istandards li jiddettaljaw l-arkivjar fit-tul huma esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni. Meta l-verżjoni l-ġdida tal-istandards referenzjati tkun disponibbli, se jiġu riveduti r-referenzi għall-istandards u l-klawżoli dwar l-arkivjar fit-tul. |
|
(6) |
Il-firem elettroniċi avvanzati u s-siġilli elettroniċi avvanzati huma simili mil-lat tekniku. Għaldaqstant, l-istandards għall-formati tal-firem elettroniċi avvanzati għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-formati għas-siġilli elettroniċi avvanzati. |
|
(7) |
Fejn għall-iffirmar jew għas-siġillar jintużaw formati tal-firem jew tas-siġilli elettroniċi li ma jkunux dawk appoġġjati teknikament b'mod komuni, għandhom jiġu pprovduti mezzi ta' validazzjoni li jippermettu li l-firem jew is-siġilli elettroniċi jiġi vverifikati b'mod transfruntier. Sabiex l-Istati Membri riċevituri jkunu jistgħu jserrħu fuq dawk l-għodod ta' validazzjoni ta' Stat Membru ieħor, jeħtieġ li tiġi pprovduta informazzjoni faċilment aċċessibbli dwar dawk l-għodod ta' validazzjoni billi l-informazzjoni tiġi inkluża fid-dokumenti elettroniċi, fil-firem elettroniċi jew fil-kontenituri tad-dokumenti elettroniċi. |
|
(8) |
Fejn ikunu disponibbli possibbiltajiet ta' validazzjoni ta' firma jew ta' siġill elettroniku xierqa għall-ipproċessar awtomatiku fis-servizzi pubbliċi ta' Stat Membru, it-tali possibbiltajiet ta' validazzjoni għandhom jiġu pprovduti lill-Istat Membru riċevitur u jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tiegħu. Madankollu, din id-Deċiżjoni ma għandhiex tkun ta' xkiel għall-applikazzjoni tal-Artikoli 27(1) u (2) u 37(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 f'każijiet fejn l-ipproċessar awtomatiku tal-possibbiltajiet ta' validazzjoni għal metodi alternattivi ma jkunx possibbli. |
|
(9) |
Sabiex jiġu pprovduti rekwiżiti komparabbli għall-validazzjoni, u sabiex tiżdied il-fiduċja fil-possibbiltajiet ta' validazzjoni fornuti mill-Istati Membri għal formati oħrajn ta' firem jew ta' siġilli elettroniċi li jkunu differenti minn dawk appoġġjati b'mod komuni, ir-rekwiżiti stipulati f'din id-Deċiżjoni għall-għodod ta' validazzjoni huma bbażati fuq ir-rekwiżiti għall-validazzjoni tal-firem u tas-siġilli elettroniċi kkwalifikati msemmija fl-Artikoli 32 u 40 tar-Regolament (UE) Nru 910/2014. |
|
(10) |
Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 48 tar-Regolament (UE) Nru 910/2014, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Istati Membri li jeħtieġu firma elettronika avvanzata jew firma elettronika avvanzata bbażata fuq ċertifikat ikkwalifikat kif stipulat fl-Artikolu 27(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014, għandhom jirrikonoxxu l-firem elettroniċi avvanzati fil-format XML, CMS jew PDF li jkollhom il-livell ta' konformità B, T jew LT jew li jkunu jużaw kontenitur ta' firem assoċjat, meta dawk il-firem ikunu jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi elenkati fl-Anness.
Artikolu 2
1. L-Istati Membri li jeħtieġu firma elettronika avvanzata jew firma elettronika avvanzata bbażata fuq ċertifikat ikkwalifikat kif stipulat fl-Artikolu 27(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014, għandhom jirrikonoxxu formati oħrajn ta' firem elettroniċi li jkunu differenti minn dawk imsemmija fl-Artikolu 1 ta' din id-Deċiżjoni, dejjem jekk l-Istat Membru fejn huwa stabbilit il-fornitur tas-servizz ta' fiduċja użat mill-firmatarju joffri lill-Istati Membri l-oħra possibbiltajiet ta' validazzjoni tal-firem li jkunu xierqa, fejn dan ikun possibbli, għall-ipproċessar awtomatiku.
2. Il-possibbiltajiet ta' validazzjoni tal-firem:
|
(a) |
għandhom jippermettu lill-Istati Membri l-oħra jivvalidaw il-firem elettroniċi rċevuti permezz tal-Internet, mingħajr ħlas u b'mod li jinftiehem mill-kelliema mhux nattivi; |
|
(b) |
għandhom ikunu indikati fid-dokument iffirmat, fil-firma elettronika jew fil-kontenitur tad-dokument elettroniku; u |
|
(c) |
għandhom jikkonfermaw il-validità ta' firma elettronika avvanzata, dejjem jekk:
|
Artikolu 3
L-Istati Membri li jeħtieġu siġill elettroniku avvanzat jew siġill elettroniku avvanzat ibbażat fuq ċertifikat ikkwalifikat kif stipulat fl-Artikolu 37(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014, għandhom jirrikonoxxu s-siġilli elettroniċi avvanzati fil-format XML, CMS jew PDF li jkollhom il-livell ta' konformità B, T jew LT jew li jkunu jużaw kontenitur ta' siġilli assoċjat, meta dawk is-siġilli jkunu jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi elenkati fl-Anness.
Artikolu 4
1. L-Istati Membri li jeħtieġu siġill elettroniku avvanzat jew siġill elettroniku avvanzat ibbażat fuq ċertifikat ikkwalifikat kif stipulat fl-Artikolu 37(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014, għandhom jirrikonoxxu formati oħrajn ta' siġilli elettroniċi li jkunu differenti minn dawk imsemmija fl-Artikolu 3 ta' din id-Deċiżjoni, dejjem jekk l-Istat Membru fejn huwa stabbilit il-fornitur tas-servizz ta' fiduċja użat minn min ħalaq is-siġill joffri lill-Istati Membri l-oħra possibbiltajiet ta' validazzjoni tas-siġilli li jkunu xierqa, fejn dan ikun possibbli, għall-ipproċessar awtomatiku.
2. Il-possibbiltajiet ta' validazzjoni tas-siġilli:
|
(a) |
għandhom jippermettu lill-Istati Membri l-oħra jivvalidaw is-siġilli elettroniċi rċevuti permezz tal-Internet, mingħajr ħlas u b'mod li jinftiehem mill-kelliema mhux nattivi; |
|
(b) |
għandhom ikunu indikati fid-dokument issiġillat, fis-siġill elettroniku jew fil-kontenitur tad-dokument elettroniku; |
|
(c) |
għandhom jikkonfermaw il-validità ta' siġill elettroniku avvanzat, dejjem jekk:
|
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Din id-Deċiżjoni għandha torbot fl-intier tagħha u tapplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Settembru 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 257, 28.8.2014, p. 73.
(2) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/148/UE tas-17 ta' Marzu 2014 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/130/UE li tistabbilixxi rekwiżiti minimi għall-ipproċessar transkonfinali ta' dokumenti ffirmati elettronikament minn awtoritajiet kompetenti skont id-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-servizzi fis-suq intern (ĠU L 80, 19.3.2014, p. 7).
ANNESS
Lista ta' speċifikazzjonijiet tekniċi għall-firem elettroniċi avvanzati fil-format XML, CMS jew PDF u għall-kontenitur tal-firem assoċjat
Il-firem elettroniċi avvanzati msemmija fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni għandhom jikkonformaw ma' waħda mill-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-ETSI li ġejjin, minbarra l-klawżola 9 tagħhom:
|
Profil bażiku XAdES |
ETSI TS 103171 v.2.1.1. (1) |
|
Profil bażiku CAdES |
ETSI TS 103173 v.2.2.1. (2) |
|
Profil bażiku PAdES |
ETSI TS 103172 v.2.2.2. (3) |
Il-kontenitur tal-firem assoċjat imsemmi fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni għandu jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-ETSI li ġejjin:
|
Profil bażiku tal-Kontenitur tal-Firem Assoċjat |
ETSI TS 103174 v.2.2.1 (4) |
Lista ta' speċifikazzjonijiet tekniċi għas-siġilli elettroniċi avvanzati fil-format XML, CMS jew PDF u għall-kontenitur tas-siġilli assoċjat
Is-siġilli elettroniċi avvanzati msemmija fl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni għandhom jikkonformaw ma' waħda mill-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-ETSI li ġejjin, minbarra l-klawżola 9 tagħhom:
|
Profil bażiku XAdES |
ETSI TS 103171 v.2.1.1 |
|
Profil bażiku CAdES |
ETSI TS 103173 v.2.2.1 |
|
Profil bażiku PAdES |
ETSI TS 103172 v.2.2.2 |
Il-kontenitur tas-siġilli assoċjat imsemmi fl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni għandu jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-ETSI li ġejjin:
|
Profil bażiku tal-Kontenitur tas-Siġilli Assoċjat |
ETSI TS 103174 v.2.2.1 |
(1) http://www.etsi.org/deliver/etsi_ts/103100_103199/103171/02.01.01_60/ts_103171v020101p.pdf
(2) http://www.etsi.org/deliver/etsi_ts/103100_103199/103173/02.02.01_60/ts_103173v020201p.pdf
(3) http://www.etsi.org/deliver/etsi_ts/103100_103199/103172/02.02.02_60/ts_103172v020202p.pdf
(4) http://www.etsi.org/deliver/etsi_ts/103100_103199/103174/02.02.01_60/ts_103174v020201p.pdf