EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015D0883

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/883 tat-8 ta' Ġunju 2015 li temenda u testendi d-Deċiżjoni 2010/565/PESK dwar il-missjoni ta' konsulenza u assistenza tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tar-riforma tas-settur tas-sigurtà fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (EUSEC RD Congo)

ĠU L 143, 9.6.2015, p. 14–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2016

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2015/883/oj

9.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 143/14


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/883

tat-8 ta' Ġunju 2015

li temenda u testendi d-Deċiżjoni 2010/565/PESK dwar il-missjoni ta' konsulenza u assistenza tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tar-riforma tas-settur tas-sigurtà fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (EUSEC RD Congo)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 28 u l-Artikoli 42(4) u 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-21 ta' Settembru 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/565/PESK (1), immodifikata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2014/674/PESK (2). Id-Deċiżjoni 2010/565/PESK tiskadi fit-30 ta' Ġunju 2015.

(2)

Fl-20 ta' April 2015, il-Kunsill approva l-Kunċett ta' Maniġġar ta' Kriżi li jemenda u jestendi l-missjoni EUSEC RD Congo fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo.

(3)

L-EUSEC RD Congo ser titmexxa fil-kuntest ta' sitwazzjoni li tista' tiddeterjora u li tista' timpedixxi l-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 21 tat-Trattat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2010/565/PESK hija emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 2

Mandat tal-Missjoni

Sabiex jiġu kkonsolidati l-kisbiet tal-EUSEC RD Congo u titħejja t-transizzjoni għall-FARDC hekk kif jintemm l-impenn taħt il-politika ta' sigurtà u difiża komuni, l-EUSEC RD Congo sejra:

tkompli bl-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tar-riforma tal-FARDC permezz billi tibqa' tagħti parir strateġiku, anke fl-Ispettorat Ġenerali, b'kunsiderazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri, filwaqt li tiżgura koordinazzjoni mill-qrib mal-atturi rilevanti għall-proċess ta' transizzjoni u t-trasferiment tal-kompiti;

taħdem mal-awtoritajiet militari għas-sostenibbiltà tas-sistema edukattiva militari, billi tiffoka fuq l-iskejjel għall-uffiċjali u l-uffiċjali mhux ikkummissjonati, filwaqt li tħejji għall-proċess ta' transizzjoni u t-trasferiment tal-kompiti.

Biex tikseb l-objettivi tagħha, l-EUSEC RD Congo għandha topera f'konformità mal-parametri stabbiliti fil-Kunċett ta' Maniġġar ta' Kriżi u fil-pjan tal-missjoni.”

(2)

Fl-Artikolu 9, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.   L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-missjoni għall-perijodu mill-1 ta' Ottubru 2010 sat-30 ta' Settembru 2011 għandu jkun ta' EUR 12 600 000.

L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-missjoni għall-perijodu mill-1 ta' Ottubru 2011 sat-30 ta' Settembru 2012 għandu jkun ta' EUR 13 600 000.

L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-missjoni għall-perijodu mill-1 ta' Ottubru 2012 sat-30 ta' Settembru 2013 għandu jkun ta' EUR 11 000 000.

L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-missjoni għall-perijodu mill-1 ta' Ottubru 2013 sat-30 ta' Settembru 2014 għandu jkun ta' EUR 8 455 000.

L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-missjoni għall-perjodu mill-1 ta' Ottubru 2014 sat-30 ta' Ġunju 2015 għandu jkun ta' EUR 4 600 000.

L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-missjoni għall-perijodu mill-1 ta' Lulju 2015 sat-30 ta' Ġunju 2016 għandu jkun ta' EUR 2 700 000”

(3)

L-Artikolu 9a jitħassar.

(4)

Fl-Artikolu 17, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Hija għandha tapplika sat-30 ta' Ġunju 2016.”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Hija għandha tapplika mill-1 ta' Lulju 2015.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-8 ta' Ġunju 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

D. REIZNIECE-OZOLA


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/565/PESK tal-21 ta' Settembru 2010 dwar il-missjoni ta' konsulenza u assistenza tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tar-riforma tas-settur tas-sigurtà fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (EUSEC RD Congo) (ĠU L 248, 22.9.2010, p. 59).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/674/PESK tal-25 ta' Settembru 2014 li temenda u testendi d-Deċiżjoni 2010/565/PESK dwar il-missjoni ta' konsulenza u assistenza tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tar-riforma tas-settur tas-sigurtà fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (EUSEC RD Congo) (ĠU L 282, 26.9.2014, p. 24).


Top