This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015D0882
Council Decision (CFSP) 2015/882 of 8 June 2015 amending Decision 2014/932/CFSP concerning restrictive measures in view of the situation in Yemen
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/882 tat-8 ta' Ġunju 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2014/932/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Jemen
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/882 tat-8 ta' Ġunju 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2014/932/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Jemen
ĠU L 143, 9.6.2015, p. 11–13
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
9.6.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 143/11 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/882
tat-8 ta' Ġunju 2015
li temenda d-Deċiżjoni 2014/932/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Jemen
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Billi:
(1) |
Fit-18 ta' Diċembru 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/932/PESK (1). |
(2) |
Fl-14 ta' April 2015, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta r-Riżoluzzjoni 2216 (2015), li, fost l-oħrajn, timponi embargo fuq l-armi kontra Ali Abdullah Saleh, Abdullah Yahya Al Hakim, Abd Al-Khaliq Al-Huthi u l-individwi u l-entitajiet deżinjati mill-Kumitat stabbilit skont il-paragrafu 19 tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (UNSCR) 2140 (2014). Din hija mingħajr preġudizzju għall-projbizzjoni ġenerali dwar it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta' riżorsi ekonomiċi, direttament jew indirettament, għal dawk il-persuni jew l-entitajiet jew għall-benefiċċju tagħhom. |
(3) |
L-UNSCR 2216 (2015) tissottolinja wkoll li atti li jheddu l-paċi, is-sigurtà, jew l-istabbiltà tal-Jemen jistgħu wkoll jinkludu l-ksur tal-embargo fuq l-armi, jew ix-xkiel tal-kunsinna ta' għajnuna umanitarja lill-Jemen jew l-aċċess għal għajnuna umanitarja fil-Jemen, jew id-distribuzzjoni tagħha. |
(4) |
L-UNSCR 2216 (2015) iddeżinjat żewġ individwi oħra li għandhom jiġu soġġetti għal miżuri restrittivi imposti mill-paragrafi 11 u 15 tal-UNSCR 2140 (2014). |
(5) |
Id-Deċiżjoni 2014/932/PESK għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2014/932/PESK hija emendata kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 1 isir l-Artikolu 2a u jiżdied il-punt li ġej mal-paragrafu 1:
; |
(2) |
L-Artikolu 2 isir l-Artikolu 2b u jiżdied il-punt li ġej mal-paragrafu 1:
; |
(3) |
Fil-paragrafu 5 tal-Artikolu 2b, ir-referenza għall-“Artikolu 2(1)” hija sostitwita bir-refereza għall-“paragrafu 1”; |
(4) |
Jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin: “Artikolu 1 1. Il-bejgħ, il-provvista, it-trasferiment jew l-esportazzjoni diretti jew indiretti ta' armi u materjal relatat ta' kull tip, inklużi armi u munizzjoni, vetturi u tagħmir militari, tagħmir paramilitari, u spare parts tal-imsemmija hawn fuq, jew għall-benefiċċju tal-individwi u l-entitajiet deżinjati mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti jew mill-Kumitat stabbilit skont il-paragrafu 19 tal-UNSCR 2140 (2014), u dawk li qed jaġixxu f'isimhom jew taħt ordnijiet tagħhom fil-Jemen, minn ċittadini ta' Stati Membri jew mit-territorji tal-Istati Membri jew l-użu tal-bastimenti jew l-ajruplani tal-bandiera tagħhom, għandhom jiġu pprojbiti joriġinawx fit-territorji tagħhom jew le. Il-persuni u l-entitajiet imsemmija f'dan il-paragrafu huma elenkati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni. 2. Għandu jkun ipprojbit li:
Artikolu 2 1. L-Istati Membri għandhom jispezzjonaw, f'konformità mal-awtoritajiet u l-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom u b'mod konsistenti mal-liġi internazzjonali, b'mod partikolari l-liġi tal-baħar u ftehimiet internazzjonali rilevanti dwar l-avjazzjoni ċivili, il-merkanzija kollha għall-Jemen, fit-territorju tagħhom, inklużi portijiet u ajruporti, jekk ikollhom informazzjoni li tipprovdi raġunijiet ġustifikati biex wieħed jemmen li l-merkanzija tinkludi oġġetti li l-provvista, il-bejgħ, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tagħhom huma pprojbiti skont din id-Deċiżjoni. 2. L-Istati Membri għandhom, malli jiskopruhom, jissekwestraw u jiddisponu (inkluż billi jinqerdu, jagħmluhom inoperabbli, jaħżnu jew jiġu ttrasferiti lejn Stat għajr dawk l-Istati ta' oriġini jew destinazzjoni biex jintremew) mill-oġġetti li l-provvista, il-bejgħ, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tagħhom hija pprojbita skont din id-Deċiżjoni. 3. L-Istati Membri għandhom jippreżentaw minnufih lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet rapport inizjali bil-miktub dwar l-ispezzjoni msemmija fil-paragrafu 1 li jkun fih, b'mod partikolari, tifsira tar-raġunijiet għall-ispezzjonijiet, ir-riżultati ta' tali spezzjonijiet, u jekk kienx hemm kooperazzjoni jew le, u, jekk instabux oġġetti pprojbiti. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet, fi żmien 30 jum, rapport bil-miktub sussegwenti li jkun fih id-dettalji rilevanti dwar l-ispezzjoni, il-konfiska u r-rimi, u d-dettalji rilevanti tat-trasferiment, inkluża deskrizzjoni tal-oġġetti, l-oriġini u d-destinazzjoni maħsuba tagħhom, jekk din l-informazzjoni ma tkunx fir-rapport inizjali bil-miktub.” |
Artikolu 2
L-Anness għad-Deċiżjoni 2014/932/PESK huwa b'dan emendat kif jinsab fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fil-Lussemburgu, it-8 ta' Ġunju 2015.
Għall-Kunsill
Il-President
D. REIZNIECE-OZOLA
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/932/PESK tat-18 ta' Diċembru 2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Jemen (ĠU L 365, 19.12.2014, p. 147).
ANNESS
I. |
L-intestatura tal-Anness għad-Deċiżjoni 2014/932/PESK hija sostitwita b'dan li ġej: “Lista ta' persuni u entitajiet msemmija fl-Artikoli 1(1), 2a(1) u l-Artikolu 2b(1) u (2)” . |
II. |
L-entrati li ġejjinhuma miżjuda mal-lista li tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni 2014/932/PESK: “4. Abdulmalik al-Houthi Informazzjoni oħra: Mexxej tal-Moviment Houthi tal-Jemen. Involva ruħu f'atti li jheddu l-paċi, is-sigurtà, jew l-istabbiltà tal-Jemen. Data tad-deżinjazzjoni min-NU:14.4.2015 Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet: Abdul Malik al-Houthi huwa mexxej ta' grupp li kien involut f'atti li jheddu l-paċi, is-sigurtà, jew l-istabbiltà tal-Jemen. F'Settembru 2014, il-forzi Houthi ħatfu Sanaa u f'Jannar 2015 ippruvaw b'mod unilaterali jibdlu l-gvern leġittimu tal-Jemen b'awtorità governattiva illeġittima li l-Houthis iddominaw. Al-Houthi ħa t-tmexxija tal-moviment Houthi tal-Jemen fl-2004 wara l-mewt ta' ħuh, Hussein Badredden al-Houthi. Bħala l-mexxej tal-grupp, al-Houthi hedded kemm-il darba lill-awtoritajiet tal-Jemen b'aktar rewwixti jekk ma jwiġbux it-talbiet tiegħu u żamm arrestat lill-President Hadi, il-Prim Ministru, u membri ewlenin tal-kabinett. Hadi eventwalment ħarab lejn Aden. Il-Houthis imbagħad nedew attakk ieħor fuq Aden bl-għajnuna tal-unitajiet militari leali lejn l-eks president Saleh u ibnu, Ahmed Ali Saleh 5. Ahmed Ali Abdullah Saleh Informazzjoni oħra: Qeda rwol importanti fil-faċilitazzjoni tal-espansjoni militari tal-Houthi. Kien involut f'atti li jheddu l-paċi, is-sigurtà, jew l-istabbiltà tal-Jemen. Ahmed Saleh huwa iben l-eks President tar-Repubblika tal-Jemen, Ali Abdullah Saleh. Data tad-deżinjazzjoni min-NU:14.4.2015. Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet: Ahmed Ali Saleh ilu jaħdem biex jimmina l-awtorità tal-President Hadi, ixekkel it-tentattivi ta' Hadi li jirriforma l-militar, u jtellef it-transizzjoni paċifika tal-Jemen għad-demokrazija. Saleh qeda rwol importanti fil-faċilitazzjoni tal-espansjoni militari tal-Houthi. Sa minn nofs Frar 2013, Ahmed Ali Saleh kien ta eluf ta' azzarini ġodda lill-brigati tal-Gwardja Repubblikana u shaykhs tribali mhux identifikati. L-armi oriġinarjament ġew akkwistati fl-2010 u miżmuma biex tinxtara l-lealtà ta' min jirċevihom għal gwadann politiku aktar 'il quddiem. Wara li missier Saleh, l-eks President tar-Repubblika tal-Jemen Ali Abdullah Saleh, irreżenja minn President tal-Jemen fl-2011, Ahmed Ali Saleh żamm postu bħala kmandant tal-Gwardja Repubblikana tal-Jemen. Ftit aktar minn sena wara, Saleh kien tkeċċa mill-President Hadi iżda żamm influwenza sinifikanti fil-militar tal-Jemen, anke wara li tneħħa mill-kmand. Ali Abdullah Saleh ġie deżinjat min-NU skont il-UNSCR 2140 f'Novembru 2014.” . |