Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R1255

    Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1255/2014 tas- 17 ta' Lulju 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 223/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn billi jistabbilixxi l-kontenut tar-rapporti annwali u finali ta' implimentazzjoni, inkluża l-lista ta' indikaturi komuni

    ĠU L 337, 25.11.2014, p. 46–50 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 20/04/2021

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2014/1255/oj

    25.11.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 337/46


    REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1255/2014

    tas-17 ta' Lulju 2014

    li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 223/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn billi jistabbilixxi l-kontenut tar-rapporti annwali u finali ta' implimentazzjoni, inkluża l-lista ta' indikaturi komuni

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 223/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 dwar il-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 13(6) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (UE) Nru 223/2014 jeżiġi li l-Kummissjoni tadotta atti delegati li jissupplimentaw l-elementi mhux essenzjali fir-rigward tal-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (FEAD)

    (2)

    Ir-Regolament (UE) Nru 223/2014 jeżiġi li l-Istati Membri jissottomettu lill-Kummissjoni r-rapporti annwali u finali li fihom informazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta' Programmi Operazzjonali (PO), inkluża d-dejta marbuta ma' indikaturi komuni u, fejn applikabbli, indikaturi speċifiċi tal-programm.

    (3)

    Sabiex jiġi żgurat monitoraġġ xieraq tal-implimentazzjoni tal-PO u l-kontribuzzjoni tagħhom għall-objettivi speċifiċi tal-FEAD, għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet rigward il-kontenut tar-rapporti annwali u finali ta' implimentazzjoni, kif ukoll il-lista ta' indikaturi komuni li jridu jiġu rrappurtati.

    (4)

    Ir-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament iridu jkunu limitati għal dak li huwa meħtieġ, b'kunsiderazzjoni tad-dispożizzjonijiet stabbiliti skont ir-Regolament (UE) Nru 223/2014, kif ukoll il-liġi tal-Unjoni applikabbli dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali u dwar il-moviment liberu ta' tali dejta, b'mod partikolari d-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).

    (5)

    Sabiex titqies in-natura differenti tal-operazzjonijiet appoġġjati mill-PO I u l-PO II u skont id-dispożizzjonijiet differenti li japplikaw għal kull PO kif stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 223/2014, għandhom japplikaw rekwiżiti differenti rigward il-kontenut tar-rapporti annwali u finali ta' implimentazzjoni, kif ukoll il-lista ta' indikaturi komuni li għandhom jiġu rrapportati għal kull PO. Sabiex titqies il-ħtieġa speċifika li titħares id-dinjità tal-individwi appoġġjati mill-FEAD u bil-għan li jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-benefiċjarji għall-minimu meħtieġ b'konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 223/2014, il-valuri ta' ċerti indikaturi jiġu ddeterminati fuq il-bażi ta' stima informata tal-organizzazzjonijiet imsieħba minflok fuq l-informazzjoni pprovduta mir-riċevituri aħħarija.

    Sabiex il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu jistgħu jiġu applikati mill-aktar fis, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Suġġett

    Dan ir-Regolament jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet li jissupplimentaw ir-Regolament (UE) Nru 223/2014 rigward il-kontenut tar-rapporti annwali u finali ta' implimentazzjoni, inkluża l-lista ta' indikaturi komuni.

    Artikolu 2

    Il-kontenut tar-rapporti annwali u finali ta' implimentazzjoni u l-lista ta' indikaturi

    (l-Artikolu 13(6) tar-Regolament (UE) Nru 223/2014)

    1.   Ir-rapporti annwali u finali ta' implimentazzjoni għandhom jistabbilixxu l-elementi li ġejjin:

    (a)

    L-informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-programm b'referenza għall-indikaturi komuni għall-operazzjonijiet li tlestew parzjalment jew kompletament.

    (b)

    Informazzjoni dwar l-azzjonijiet li jqisu l-prinċipji stabbiliti fl-Artikoli 5(6), 5(11) u, fejn xieraq, l-Artikolu 5(13) tar-Regolament (UE) Nru 223/2014, kif ukoll valutazzjoni ta' dawk l-istess azzjonijiet.

    Minbarra l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, ir-rapporti annwali u finali tal-implimentazzjoni dwar il-PO II għandhom jipprovdu informazzjoni dwar id-dejta fir-rigward ta' indikaturi speċifiċi tal-programm u l-valuri kwantifikati tal-miri u dwar il-bidliet fl-indikaturi tar-riżultati, kif ukoll l-informazzjoni dwar il-progress lejn il-kisba tal-objettivi speċifiċi tal-programm operazzjonali u l-valutazzjoni ta' dan il-progress.

    2.   L-indikaturi msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 huma elenkati fl-Anness.

    3.   Minbarra l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, ir-rapport ta' implimentazzjoni finali u, fl-2017 u fl-2022, ir-rapport annwali ta' implimentazzjoni għandu jistabbilixxi informazzjoni dwar u valutazzjoni tal-kontribuzzjoni biex jintlaħqu l-objettivi globali u speċifiċi tal-FEAD, speċifikati fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 223/2014.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmula fi Brussell, is-17 ta' Lulju 2014.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 72, 12.3.2014, p. 1.

    (2)  Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).


    ANNESS

    L-INDIKATURI KOMUNI GĦALL-PO I U L-PO II

    L-indikaturi ta' input

    (1)

    L-ammont totali tan-nefqa pubblika eliġibbli approvata fid-dokumenti li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet għall-appoġġ tal-operazzjonijiet

    (2)

    L-ammont totali tan-nefqa pubblika eliġibbli mġarrba mill-benefiċjarji u mħallsa fl-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet

    Li minnu, fejn rilevanti:

    (a)

    L-ammont totali tan-nefqa pubblika eliġibbli mġarrba mill-benefiċjarji u mħallsa fl-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet marbuta mal-għoti tal-għajnuna alimentari

    (b)

    L-ammont totali tan-nefqa pubblika eliġibbli mġarrba mill-benefiċjarji u mħallsa fl-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet marbuta mal-għoti ta' għajnuna materjali bażika

    (3)

    L-ammont totali tan-nefqa pubblika eliġibbli ddikjarata lill-Kummissjoni

    Din id-dejta trid tkun espressa f'Euro.

    L-INDIKATURI KOMUNI GĦALL-PO I

    L-indikaturi ta' output fuq id-distribuzzjoni tal-għajnuna alimentari (1)

    (4)

    Kwantità ta' frott u ħaxix

    (5)

    Kwantità ta' laħam, bajd, ħut, frott tal-baħar

    (6)

    Kwantità ta' dqiq, ħobż, patata, ross u prodotti oħra li fihom il-lamtu

    (7)

    Kwantità ta' zokkor

    (8)

    Kwantità ta' prodotti tal-ħalib

    (9)

    Kwantità ta' xaħam, żejt

    (10)

    Kwantità ta' ikel konvenjenti, oġġetti tal-ikel oħrajn (li ma jaqgħux taħt il-kategoriji msemmija qabel)

    (11)

    Kwantità totali ta' għajnuna alimentari distribwita

    li minnha:

    (a)

    Sehem tal-ikel li għalih tħallsu biss it-trasport, id-distribuzzjoni u l-ħżin mill-PO (f' %)

    (b)

    Proporzjon ta' prodotti tal-ikel kofinanzjati tal-FEAD fil-volum totali tal-ikel distribwit mill-organizzazzjonijiet imsieħba (f' %) (2)

    (12)

    In-numru totali ta' ikliet distribwiti u ffinanzjati parzjalment jew totalment mill-PO (3)

    (13)

    In-numru totali ta' pakketti tal-ikel distribwiti u ffinanzjati parzjalment jew totalment mill-PO (4)

    L-indikaturi tar-riżultat dwar id-distribuzzjoni tal-għajnuna alimentari (5)

    (14)

    In-numru totali ta' persuni li jirċievu l-għajnuna alimentari

    li minnhom:

    (a)

    In-numru ta' tfal li għandhom 15-il sena jew inqas

    (b)

    In-numru ta' tfal li għandhom 65 sena jew aktar

    (c)

    In-numru ta' nisa

    (d)

    In-numru ta' migranti, parteċipanti bi sfond barrani, minoritajiet (inklużi komunitajiet marġinalizzati bħar-Rom)

    (e)

    In-numru ta' persuni b'diżabbiltajiet

    (f)

    In-numru ta' persuni mingħajr dar

    L-indikaturi ta' output dwar id-distribuzzjoni tal-assistenza materjali bażika

    (15)

    Il-valur monetarju totali tal-beni distribwiti

    li minnhom:

    (a)

    Il-valur monetarju totali tal-beni għat-tfal

    (b)

    Il-valur monetarju totali tal-beni għall-persuni mingħajr dar

    (c)

    Il-valur monetarju totali tal-beni għal gruppi oħra fil-mira

    (16)

    Lista tal-aktar kategoriji rilevanti ta' beni distribwiti lit-tfal (6)

    (a)

    Layette

    (b)

    Basktijiet tal-iskola

    (c)

    Kartolerija, pitazzi, pinen, materjal tat-tpinġija u materjal ieħor meħtieġ fl-iskola (mhux tal-ħwejjeġ)

    (d)

    Tagħmir sportiv (żraben tal-isport, leotard, malja tal-għawm…)

    (e)

    Ħwejjeġ (kowt tax-xitwa, żraben, uniformi tal-iskola…)

    (f)

    Kategorija oħra — li trid tiġi speċifikata

    (17)

    Lista tal-aktar kategoriji rilevanti ta' beni distribwiti lil persuni mingħajr dar (6)

    (a)

    Sleeping bags/kutri

    (b)

    Tagħmir tal-kċina (borom, taġnijiet, pożati…)

    (c)

    Ħwejjeġ (kowt tax-xitwa, żraben…)

    (d)

    Bjankerija (xugamani, kutri)

    (e)

    Oġġetti tal-iġjene (kaxxa għall-ewwel għajnuna, sapun, xkupilja tas-snien, xafra riutilizzabbli għat-tqaxxir tal-leħja …)

    (f)

    Kategorija oħra — li trid tiġi speċifikata

    (18)

    Lista tal-aktar kategoriji rilevanti ta' beni distribwiti lil gruppi oħra fil-mira (6)

    (a)

    Kategorija oħra li trid tiġi speċifikata

    L-indikaturi tar-riżultat dwar id-distribuzzjoni tal-assistenza materjali bażika (5)

    (19)

    In-numru totali ta' persuni li jirċievu assistenza materjali bażika

    li minnhom:

    (a)

    In-numru ta' tfal li għandhom 15-il sena jew inqas

    (b)

    In-numru ta' tfal li għandhom 65 sena jew aktar

    (c)

    In-numru ta' nisa

    (d)

    In-numru ta' migranti, parteċipanti bi sfond barrani, minoritajiet, inklużi komunitajiet marġinalizzati bħar-Rom)

    (e)

    In-numru ta' persuni b'diżabbiltajiet

    (f)

    In-numru ta' persuni mingħajr dar

    INDIKATURI KOMUNI GĦALL-PO II

    Indikaturi tal-output dwar l-assistenza għall-inklużjoni soċjali

    (20)

    In-numru totali ta' persuni li jirċievu assistenza għall-inklużjoni soċjali

    li minnhom:

    (a)

    In-numru ta' tfal li għandhom 15-il sena jew inqas

    (b)

    In-numru ta' tfal li għandhom 65 sena jew aktar

    (c)

    In-numru ta' nisa

    (d)

    In-numru ta' migranti, parteċipanti bi sfond barrani, minoritajiet (inklużi komunitajiet marġinalizzati bħar-Rom)

    (e)

    In-numru ta' persuni b'diżabbiltajiet

    (f)

    In-numru ta' persuni mingħajr dar

    Din id-dejta għall-PO II hija dejta personali skont l-Artikolu 7 tad- Direttiva 95/46/KE. L-ipproċessar tagħha jkun meħtieġ għall-konformità mal-obbligu legali li għalih il-kontrollur huwa soġġett (l-Artikolu 7(c) tad-Direttiva 95/46/KE). Għad-definizzjoni ta' kontrollur, ara l-Artikolu 2 tad-Direttiva 95/46/KE.


    (1)  L-indikaturi (4) sa (11) jinkludu kull forma ta' dawn il-prodotti eż. oġġetti tal-ikel friski, fil-laned u ffriżati u għandhom jiġu espressi f'tunnellati.

    (2)  Il-valuri għal dan l-indikatur għandhom jiġu stabbiliti permezz ta' stima informata tal-organizzazzjonijiet imsieħba.

    (3)  Id-definizzjoni ta' x'għandu jiġi mifhum bħala ikla tista' tingħata fil-livell tal-organizzazzjoni msieħba/l-operazzjoni/l-awtorità ta' ġestjoni. Il-valuri għal dan l-indikatur għandhom jiġu stabbiliti permezz ta' stima mill-organizzazzjonijiet imsieħba.

    (4)  Id-definizzjoni ta' x'għandu jiġi mifhum bħala pakkett tal-ikla tista' tingħata fil-livell tal-organizzazzjoni msieħba/l-operazzjoni/l-awtorità ta' ġestjoni. Il-pakketti ma għandhomx bżonn ikunu standardizzati fid-daqs jew fil-kontenut. Il-valuri għal dan l-indikatur għandhom jiġu stabbiliti permezz ta' stima mill-organizzazzjonijiet imsieħba.

    (5)  Il-valuri għal dawn l-indikaturi għandhom jiġu ddeterminati abbażi tal-istima informata tal-organizzazzjonijiet imsieħba. La huwa mistenni u lanqas meħtieġ li jkunu bbażati fuq l-informazzjoni pprovduta mir-riċevituri aħħarija.

    (6)  Il-lista għandha tinkludi l-kategoriji kollha rilevanti li jkopru mill-inqas 75 % tal-beni distribwiti.


    Top