EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013R0915

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 915/2013 tat- 23 ta’ Settembru 2013 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004 dwar ċertu miżuri restrittivi fir-rigward taż-Żimbabwe

ĠU L 252, 24.9.2013, p. 23–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/915/oj

24.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/23


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 915/2013

tat-23 ta’ Settembru 2013

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004 dwar ċertu miżuri restrittivi fir-rigward taż-Żimbabwe

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004 tad-19 ta' Frar 2004 dwar ċertu miżuri restrittivi fir-rigward taż-Żimbabwe (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(b) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 314/2004 jelenka l-persuni u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi skont dan ir-Regolament.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/101/PESK tal-15 ta' Frar 2011 dwar miżuri restrittivi kontra ż-Żimbabwe (2) tidentifika l-persuni fiżiċi u ġuridiċi li għalihom japplikaw ir-restrizzjonijiet kif ipprovdut fl-Artikolu 5 ta' din id-Deċiżjoni, u r-Regolament (KE) Nru 314/2004 idaħħal fis-seħħ din id-Deċiżjoni sal-punt li tkun meħtieġa l-azzjoni fil-livell ta' Unjoni.

(3)

Fit-23 ta' Settembru 2013, il-Kunsill iddeċieda li jneħħi annotazzjoni waħda mil-lista ta' persuni u ta' entitajiet li għalihom għandhom japplikaw ir-restrizzjonijiet. L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 314/2004 għandu jiġi emendat sabiex tiġi żgurata l-konsistenza ma' dik id-deċiżjoni tal-Kunsill.

(4)

Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 314/2004 għandu jiġi emendat skont dan.

(5)

Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament irid jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 314/2004 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Settembru 2013.

Għall-Kummissjoni, F’isem il-President,

Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija


(1)  ĠU L 55, 24.2.2004, p. 1.

(2)  ĠU L 42, 16.2.2011, p. 6-23.


ANNESS

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 314/2004 huwa emendat kif ġej:

L-annotazzjoni li ġejja titneħħa minn taħt l-intestatura "II. Entitajiet":

“(11)

Zimbabwe Mining Development Corporation

90 Mutare Road, PO Box 2628, Harare, Zimbabwe.

Assoċjata mal-fazzjoni ZANU-PF tal-Gvern. ZMDC taqa' taħt ir-responsabbiltà tal-Ministru ZANU-PF tal-Minjieri u tal-Iżvilupp tal-Minjieri.”


Top