Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012R0622

    Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 622/2012 tal- 11 ta’ Lulju 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 641/2009 fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għaċ-ċirkolaturi mingħajr tqalfit u indipendenti u għaċ-ċirkolaturi mingħajr tqalfit integrati fi prodotti Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 180, 12.7.2012, p. 4–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/622/oj

    12.7.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 180/4


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 622/2012

    tal-11 ta’ Lulju 2012

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 641/2009 fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għaċ-ċirkolaturi mingħajr tqalfit u indipendenti u għaċ-ċirkolaturi mingħajr tqalfit integrati fi prodotti

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 15(1) tagħha,

    Wara li kkonsultat il-Forum tal-Konsultazzjoni dwar l-Ekodisinn,

    Billi:

    (1)

    Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 641/2009 tat-22 ta’ Lulju 2009 li jimplimenta d-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għaċ-ċirkolaturi mingħajr tqalfit u indipendenti u għaċ-ċirkolaturi mingħajr tqalfit integrati fi prodotti (2) il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-metodoloġija li tintuża għall-kalkolu tal-indiċi tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, stipulat fil-Punt 2 tal-Anness II għal dak ir-Regolament, għaċ-ċirkolaturi mingħajr tqalfit integrati fi prodotti qabel l-1 ta’ Jannar 2012.

    (2)

    Ir-reviżjoni li wettqet il-Kummissjoni kif ukoll l-esperjenza miskuba mill-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 641/2009 żvelaw il-ħtieġa ta’ emendi f’ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 641/2009 sabiex jiġu evitati l-impatti mhux intenzjonati fuq is-swieq taċ-ċirkolaturi u fuq il-prestazzjoni tal-prodotti koperti minn dak ir-Regolament.

    (3)

    Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 19(1) tad-Direttiva 2009/125/KE,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Emendi għar-Regolament (KE) Nru 641/2009

    Ir-Regolament (KE) Nru 641/2009 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    L-Artikoli 1 u 2 jiġu sostitwiti b’dan li ġej:

    “Artikolu 1

    Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

    1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għat-tqegħid fis-suq ta’ ċirkolaturi mingħajr tqalfit indipendenti u ta’ ċirkolaturi mingħajr tqalfit integrati fi prodotti.

    2.   Dan ir-Regolament ma japplikax għal dawn li ġejjin:

    (a)

    iċ-ċirkolaturi tal-ilma tax-xorb, għajr fir-rigward tar-rekwiżiti tal-informazzjoni dwar il-prodotti tal-Punt 2 (1)(d) tal-Anness I;

    (b)

    iċ-ċirkolaturi integrati fi prodotti li jitqiegħdu fis-suq sa mhux aktar tard mill-1 ta’Jannar 2020 biex jissostitwixxu ċirkolaturi identiċi integrati fi prodotti li jitqiegħdu fis-suq sa mhux aktar tard mill-1 ta’Awwissu 2015, għajr fir-rigward tar-rekwiżiti tal-informazzjoni dwar il-prodotti tal-punt 2(1)(e) tal-Anness I.

    Artikolu 2

    Definizzjonijiet

    Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

    (1)

    ċirkolatur’ tfisser pompa tat-tip b’impeller, bil-kisi tal-pompa jew mingħajru, li jkollha qawwa idrawlika output nominali ta’ bejn 1 W u 2 500 W u li tkun magħmula biex tintuża f’sistemi tat-tisħin jew f’ċirkwiti sekondarji ta’ sistemi ta’ distribuzzjoni ta’ tkessiħ;

    (2)

    ċirkolatur mingħajr tqalfit (glandless)’ tfisser ċirkolatur li jkollu r-rotor abbinat direttament mal-impeller u r-rotor imgħaddas fil-fluwidu li jkun qiegħed jiġi ppompjat;

    (3)

    ċirkolatur indipendenti’ tfisser ċirkolatur magħmul biex jaħdem indipendentement mill-prodott;

    (4)

    prodott’ tfisser apparat li jiġġenera u/jew li jittrasferixxi s-sħana;

    (5)

    ċirkolatur integrati fi prodott’ tfisser ċirkolatur magħmul biex jaħdem bħala parti minn prodott li jippreżenta mill-inqas wieħed mill-elementi li ġejjin:

    (a)

    il-kisi tal-pompa huwa magħmul biex jiġi mmuntat u użat ġewwa prodott,

    (b)

    iċ-ċirkolatur huwa magħmul biex il-veloċità tkun ikkontrollata mill-prodott,

    (c)

    iċ-ċirkolatur huwa magħmul b’karatteristiċi tas-sikurezza li mhumiex adattati għat-tħaddim indipendenti (klassijiet ISO IP),

    (d)

    iċ-ċirkolatur huwa definit li jifforma parti mill-approvazzjoni tal-prodott jew mill-immarkar tal-KE tal-prodott;

    (6)

    ċirkolatur tal-ilma tax-xorb’ tfisser ċirkolatur magħmul speċifikament biex jintuża għaċ-ċirkolazzjoni mill-ġdid tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem kif definit fl-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 98/83/KE (*);

    (7)

    kisi tal-pompa’ tfisser il-parti ta’ pompa tat-tip b’impeller li huwa magħmul biex jiġi konness mal-pajpijiet tas-sistemi tat-tisħin jew f’ċirkwiti sekondarji tas-sistemi ta’ distribuzzjoni tat-tkessiħ.

    (*)  ĠU L 330, 5.12.1998, p. 32.”"

    (2)

    L-Artikolu 7 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “Artikolu 7

    Reviżjoni

    Il-Kummissjoni għandha tirrevedi dan ir-Regolament qabel l-1 ta’ Jannar 2017, fid-dawl tal-progress teknoloġiku li jseħħ.

    Ir-reviżjoni għandha tinkludi l-valutazzjoni tal-alternattivi tad-disinn li jistgħu jiffaċilitaw l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ.

    Ir-riżultati tar-reviżjoni għandhom jiġu ppreżentati lill-Forum tal-Konsultazzjoni dwar l-Ekodisinn.”

    (3)

    L-Annessi I u II għar-Regolament (KE) Nru 641/2009 huma emendati skont l-Anness għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Lulju 2012.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10.

    (2)  ĠU L 191, 23.7.2009, p. 35.


    ANNESS

    Emendi fl-Annessi I u II għar-Regolament (KE) Nru 641/2009

    L-Annessi I u II għar-Regolament (KE) Nru 641/2009 huma emendati kif ġej:

    (1)

    Fl-Anness I, il-punt 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “2.   REKWIŻITI TAL-INFORMAZZJONI DWAR IL-PRODOTT

    1.

    Mill-1 ta’ Jannar 2013,

    (a)

    l-indiċi tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija taċ-ċirkolaturi indipendenti kkalkolat skont l-Anness II, għandu jiġi indikat fuq il-pjanċa tal-isem u fuq l-imballaġġ taċ-ċirkolatur indipendenti u fid-dokumentazzjoni teknika taċ-ċirkolatur indipendenti kif ġej: ‘EEI ≤ 0,[xx]’;

    (b)

    l-informazzjoni li ġejja għandha tingħata fuq iċ-ċirkolaturi indipendenti u fuq iċ-ċirkolaturi integrati fi prodotti: ‘Il-punt ta’ riferiment għaċ-ċirkolaturi l-aktar effiċjenti huwa EEI ≤ 0,20.’;

    (c)

    informazzjoni rigward iż-żarmar, ir-riċiklaġġ jew ir-rimi ta’ komponenti u materjali fit-tmiem tal-ħajja tagħhom, għandha tkun disponibbli għall-faċilitajiet ta’ trattament fuq iċ-ċirkolaturi indipendenti u fuq iċ-ċirkolaturi integrati fi prodotti;

    (d)

    għaċ-ċirkolaturi tal-ilma tax-xorb, l-informazzjoni li ġejja għandha tingħata fuq l-imballaġġ u fid-dokumentazzjoni: ‘Dan iċ-ċirkolatur huwa tajjeb għall-ilma tax-xorb biss’;

    (e)

    għaċ-ċirkolaturi integrati fi prodotti u li jitqiegħdu fis-suq sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2020 biex jissostitwixxu ċirkolaturi integrati fi prodotti identiċi li jitqiegħdu fis-suq sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Awwissu 2015, il-prodott li jintuża għas-sostituzzjoni jew l-imballaġġ tiegħu għandu jindika b'mod ċar il-prodott(i) li għalih(hom) huwa maħsub.

    Il-manifatturi għandhom jipprovdu informazzjoni dwar kif iċ-ċirkolatur għandu jiġi installat, użat u miżmum sabiex ikun hemm l-inqas impatt possibbli fuq l-ambjent.

    L-informazzjoni msemmija hawn fuq għandha tintwera b’mod ċar fuq is-siti elettroniċi tal-manifattur taċ-ċirkolaturi, li l-aċċess għalihom ikun bla ħlas.

    2.

    Mill-1 ta’Awwissu 2015, għaċ-ċirkolaturi integrati fi prodotti, l-indiċi tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija kkalkolat skont l-Anness II, għandu jkun indikat fuq il-pjanċa tal-isem taċ-ċirkolatur u fid-dokumentazzjoni teknika tal-prodott kif ġej: ‘EEI ≤ 0,[xx]’”

    (2)

    Fl-Anness II, il-punt 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “2.   METODOLOĠIJA GĦALL-KALKOLU TAL-INDIĊI TAL-EFFIĊJENZA FL-UŻU TAL-ENERĠIJA

    Il-metodoloġija li tintuża għall-kalkolu tal-indiċi tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija (EEI) għaċ-ċirkolaturi hija kif ġej:

    1.

    Ċirkolaturi indipendenti bil-kisi tal-pompa għandhom jitkejlu bħala unità sħiħa;

    Iċ-ċirkolaturi indipendenti mingħajr il-kisi tal-pompa għandhom jitkejlu bil-kisi tal-pompa identiku għall-kisi tal-pompa li fih dawn se jintużaw;

    Iċ-ċirkolaturi integrati fi prodotti għandhom jiġu żarmati mill-prodott u jiġu mkejla mal-kisi tal-pompa ta’ referenza;

    Iċ-ċirkolaturi mingħajr il-kisi tal-pompa maħsuba biex jiġu integrati fi prodott għandhom jitkejlu mal-kisi tal-pompa ta’ referenza;

    fejn ‘kisi tal-pompa ta’ referenza’ tfisser kisi tal-pompa fornut mill-manifattur bil-portijiet tad-dħul (inlet) u tal-ħruġ (outlet) fuq l-istess assi u magħmul biex jitqabbad mal-pajpijiet ta' sistemi tat-tisħin jew f’ċirkwiti sekondarji ta’ sistema ta’ distribuzzjoni tat-tkessiħ.

    2.

    Meta ċirkolatur ikollu aktar minn setting wieħed ta’ għoli (head) u ta’ fluss, iċ-ċirkolatur jitkejjel fuq l-ogħla setting.

    ‘Head’ (H) tfisser l-għoli (f’metri) li ċ-ċirkolatur jiflaħ jitfa’ fil-punt ta’ tħaddim speċifikat.

    ‘Fluss’ (Q) tfisser il-volum ta’ ilma li jiċċirkola fiċ-ċirkolatur kull unità ta’ ħin (m3/hr).

    3.

    Jinstab il-punt fejn Q H huwa l-ogħla valur u l-fluss u l-‘head’ f'dan il-punt jiġu ddefiniti bħala: Q100 % u H100 % .

    4.

    Ikkalkula l-qawwa idrawlika P hyd f’dan il-punt.

    Il-‘Qawwa idrawlika’ hija espressjoni tal-prodott aritmetiku tal-valuri tal-fluss (Q), tal-‘Head’ (H) u ta’ numru kostanti.

    ‘Phyd’ hija l-qawwa idrawlika li ċ-ċirkolatur jagħti lill-fluwidu ppompjat fil-punt ta’ funzjonament speċifikat (f’watts).

    5.

    Ikkalkola l-qawwa ta’ referenza permezz ta’ din il-formula:

    Pref = 1,7 · Phyd + 17 · (1 – e– 0,3 · Phyd ), 1 W ≤ Phyd ≤ 2 500 W

    Il-‘Qawwa ta’ referenza’ hija r-relazzjoni bejn il-qawwa idrawlika u l-konsum tal-enerġija miċ-ċirkolatur, b’qies tad-dipendenza bejn l-effiċjenza u d-daqs taċ-ċirkolatur.

    Il-‘Pref’ hija l-enerġija ta’ referenza (f’watts) taċ-ċirkolatur f’head u fluss partikolari.

    6.

    Tiġi ddefinita l-kurva tal-kontroll ta’ referenza bħala l-linja dritta li tgħaqqad il-punti:

    (Q 100 %, H 100 %) u (Q 0 %, Formula)

    Image

    7.

    Jintgħażel setting taċ-ċirkolatur li jiżgura li ċ-ċirkolatur ta’ fuq il-kurva magħżula jilħaq il-punt Q H = l-ogħla punt. Għaċ-ċirkolaturi integrati fi prodotti tiġi segwita l-kurva tal-kontroll ta’ referenza bl-aġġustament tal-kurva tas-sistema u tal-veloċità taċ-ċirkolatur.

    Il-‘kurva tas-sistema’ hija r-relazzjoni bejn il-fluss u l-‘head’ (H = f(Q)) li tirriżulta minn frizzjoni fis-sistema tat-tisħin jew tas-sistema tad-distribuzzjoni tat-tkessiħ, kif ippreżentat fil-grafika li ġejja:

    Image

    8.

    Jitkejlu l-valuri P 1 u H fil-flussi:

    Q100 % , 0,75 · Q100 % , 0,5 · Q100 % , 0,25 · Q100 %

    ‘P 1 ’ tfisser il-qawwa ekettrika (f'watts) li ċ-ċirkolatur jikkonsma fil-punt ta’ funzjonament speċifikat.

    9.

    Tiġi kkalkolata P L kif ġej:

    Formula , jekk Hmeas ≤ Href PL = P1,meas, jekk Hmeas > Href

    Fejn H ref hija l-‘head’ fuq il-kurva tal-kontroll ta’ referenza għall-flussi differenti.

    10.

    Bl-użu tal-valuri mkejla ta’ P L u tal-profil tat-tagħbija li ġej:

    Fluss [%]

    Ħin [%]

    100

    6

    75

    15

    50

    35

    25

    44

    Image

    Tiġi kkalkolata l-medja differenzjata tal-qawwa PL,avg permezz tal-formula:

    PL,avg = 0,06 · PL, 100 % + 0,15 · PL,75 % + 0,35 · PL, 50 % + 0,44 · PL, 25 %

    Ikkalkola l-indiċi tal-effiċjenza (*) fl-użu tal-enerġija permezz tal-formula:

    Formula, fejn C 20 % = 0,49

    Għajr għaċ-ċirkolaturi integrati fi prodotti maħsuba biex jintużaw f’ċirkwiti primarji ta’ sistemi tat-tisħin solari u għall-pompi tas-sħana, fejn l-indiċi tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija jiġi kkalkolat kif ġej:

    Formula

    fejn C 20 % = 0,49 u hija n s l-veloċità speċifika definita bħala

    Formula

    u fejn

    n s

    [rpm] hija l-veloċità speċifika ta’ ċirkolatur;

    n100%

    hija l-veloċità ta’ rotazzjoni f'rotazzjonijiet kull minuta f’dan iċ-ċiklu ddefinit bħala Q 100% u H 100%.

    (*)  CXX % tfisser fattur ta’ skalar li jiżgura li, meta jiġi definit il-fattur tal-iskalar, XX % biss taċ-ċirkolaturi ta’ ċertu tip ikollhom EEI ≤ 0,20.”"



    Top