This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012R0450
Commission Implementing Regulation (EU) No 450/2012 of 29 May 2012 amending Implementing Regulation (EU) No 543/2011 as regards the trigger levels for additional duties on tomatoes, apricots, lemons, plums, peaches, including nectarines, pears and table grapes
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 450/2012 tad- 29 ta’ Mejju 2012 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, fir-rigward tal-livelli li fihom jiskattaw id-dazji addizzjonali għat-tadam, il-berquq, il-lumi, l-għanbaqar, il-ħawħ, inkluż in-nuċiprisk, il-lanġas u l-għeneb tal-mejda
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 450/2012 tad- 29 ta’ Mejju 2012 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, fir-rigward tal-livelli li fihom jiskattaw id-dazji addizzjonali għat-tadam, il-berquq, il-lumi, l-għanbaqar, il-ħawħ, inkluż in-nuċiprisk, il-lanġas u l-għeneb tal-mejda
ĠU L 140, 30.5.2012, pp. 53–54
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2024; Impliċitament imħassar minn 32023R2429
|
30.5.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 140/53 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 450/2012
tad-29 ta’ Mejju 2012
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, fir-rigward tal-livelli li fihom jiskattaw id-dazji addizzjonali għat-tadam, il-berquq, il-lumi, l-għanbaqar, il-ħawħ, inkluż in-nuċiprisk, il-lanġas u l-għeneb tal-mejda
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 143(b) tiegħu, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 għas-setturi tal-frott u l-ħaxix u tal-frott u l-ħaxix ipproċessat (2) jistipula s-sorveljanza tal-importazzjonijiet tal-prodotti elenkati fl-Annesss XVIII tiegħu. Din is-sorveljanza għandha ssir skont ir-regoli dettaljati stabbiliti fl-Artikolu 308d tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (3). |
|
(2) |
Għall-finijiet tal-Artikolu 5(4) tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura (4) konkluż fil-qafas tan-negozjati kummerċjali multilaterali tar-Rawnd tal-Urugwaj, u abbażi tal-aħħar dejta disponibbli għall-2009, l-2010 u l-2011, jeħtieġ li jiġu aġġustati l-livelli li fihom jiskattaw id-dazji addizzjonali għat-tadam, il-berquq, il-lumi, l-għanbaqar, il-ħawħ, inkluż in-nuċiprisk, il-lanġas u l-għeneb tal-mejda b’seħħ mill-1 ta’ Ġunju 2012. |
|
(3) |
Għaldaqstant, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 għandu jiġi emendat skont dan. |
|
(4) |
Minħabba l-ħtieġa li jiġi żgurat li din il-miżura tapplika kemm jista' jkun malajr wara li d-dejta aġġornata ssir disponibbli, jeħtieġ li r-Regolament preżenti jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu. |
|
(5) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni tal-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness XVIII għar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huwa sostitwit bit-test li jidher fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Mejju 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 157, 15.06.2011, p. 1.
ANNESS
“ANNESS XVIII
DAZJI ADDIZZJONALI TA’ IMPORTAZZJONI: IT-TITOLU IV, KAPITOLU I, TAQSIMA 2
Bla ħsara għar-regoli li jirregolaw l-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, id-deskrizzjoni tal-prodotti hija kkunsidrata bħala indikattiva biss. Il-kamp ta' applikazzjoni tad-dazji addizzjonali, għall-finijiet ta’ dan l-Anness, huwa ddeterminat skont il-firxa tal-kodiċijiet tan-NM kif ikunu jeżistu fiż-żmien tal-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament.
|
Numru tas-Serje |
Kodiċi tan-NM |
Deskrizzjoni tal-prodotti |
Perjodu tal-applikazzjoni |
Livelli tal-iskattar (f'tunnellati) |
|
78.0015 |
0702 00 00 |
Tadam |
Mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Mejju |
486 747 |
|
78.0020 |
Mill-1 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru |
34 241 |
||
|
78.0065 |
0707 00 05 |
Ħjar |
Mill-1 ta' Mejju sal-31 ta' Ottubru |
13 402 |
|
78.0075 |
Mill-1 ta’ Novembru sat-30 ta’ April |
18 306 |
||
|
78.0085 |
0709 91 00 |
Qaqoċċ |
Mill-1 ta’ Novembru sat-30 ta’ Ġunju |
11 620 |
|
78.0100 |
0709 93 10 |
Zukkini (qarabagħli żgħir) |
Mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru |
54 760 |
|
78.0110 |
0805 10 20 |
Larinġ |
Mill-1 ta' Diċembru sal-31 ta' Mejju |
292 760 |
|
78.0120 |
0805 20 10 |
Klementina |
Mill-1 ta’ Novembru sal-aħħar ta’ Frar |
85 392 |
|
78.0130 |
0805 20 30 0805 20 50 0805 20 70 0805 20 90 |
Mandolin (inklużi l-varjetajiet tangerines u satsumas); wilkings u ibridi taċ-ċitru simili |
Mill-1 ta’ Novembru sal-aħħar ta’ Frar |
99 128 |
|
78.0155 |
0805 50 10 |
Lumi |
Mill-1 ta’ Ġunju sal-31 ta’ Diċembru |
311 193 |
|
78.0160 |
Mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Mejju |
101 513 |
||
|
78.0170 |
0806 10 10 |
Għeneb tal-mejda |
Mill-21 ta' Lulju sal-20 ta' Novembru |
76 299 |
|
78.0175 |
0808 10 80 |
Tuffieħ |
Mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Awwissu |
701 247 |
|
78.0180 |
Mill-1 ta’ Settembru sal-31 ta’ Diċembru |
64 981 |
||
|
78.0220 |
0808 30 90 |
Lanġas |
Mill-1 ta’ Jannar sat-30 ta’ April |
225 388 |
|
78.0235 |
Mill-1 ta’ Lulju sal-31 ta’ Diċembru |
33 797 |
||
|
78.0250 |
0809 10 00 |
Berquq |
Mill-1 ta’ Ġunju sal-31 ta’ Lulju |
4 908 |
|
78.0265 |
0809 29 00 |
Ċirasa, għajr iċ-ċirasa qarsa |
Mill-21 ta' Mejju sal-10 ta' Awwissu |
59 061 |
|
78.0270 |
0809 30 |
Ħawħ, inkluż in-nuċiprisk |
Mill-11 ta' Ġunju sat-30 ta' Settembru |
14 577 |
|
78.0280 |
0809 40 05 |
Għanbaqar |
Mill-11 ta' Ġunju sat-30 ta' Settembru |
7 924 ” |