This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012L0023
Directive 2012/23/EU of the European Parliament and of the Council of 12 September 2012 amending Directive 2009/138/EC (Solvency II) as regards the date for its transposition and the date of its application, and the date of repeal of certain Directives Text with EEA relevance
Direttiva 2012/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 12 ta’ Settembru 2012 li temenda d-Direttiva 2009/138/KE (Solvibbiltà II) rigward id-data tat-traspożizzjoni tagħha u d-data tal-applikazzjoni tagħha, u d-data tat-tħassir ta’ ċerti Direttivi Test b’relevanza għaż-ŻEE
Direttiva 2012/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 12 ta’ Settembru 2012 li temenda d-Direttiva 2009/138/KE (Solvibbiltà II) rigward id-data tat-traspożizzjoni tagħha u d-data tal-applikazzjoni tagħha, u d-data tat-tħassir ta’ ċerti Direttivi Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 249, 14.9.2012, p. 1–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
14.9.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 249/1 |
DIRETTIVA 2012/23/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-12 ta’ Settembru 2012
li temenda d-Direttiva 2009/138/KE (Solvibbiltà II) rigward id-data tat-traspożizzjoni tagħha u d-data tal-applikazzjoni tagħha, u d-data tat-tħassir ta’ ċerti Direttivi
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 53(1) u l-Artikolu 62 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-Parlamenti nazzjonali,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (1),
Billi:
(1) |
Id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (2) tipprovdi sistema moderna, ibbażata fuq ir-riskju għar-regolamentazzjoni u s-superviżjoni tal-impriżi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni tal-Unjoni. Dik is-sistema hija essenzjali sabiex jiġi żgurat settur tal-assigurazzjoni sikur u solidu li jista’ jipprovdi prodotti tal-assigurazzjoni sostenibbli u jappoġġa l-ekonomija reali billi iħeġġeġ investimenti fit-tul u stabbiltà addizzjonali. |
(2) |
Id-Direttiva 2009/138/KE tistabbilixxi l-31 ta’ Ottubru 2012 bħala d-data għat-traspożizzjoni u l-1 ta’ Novembru 2012 bħala d-data ta’ applikazzjoni. Barra minn hekk, dik id-Direttiva tistabbilixxi l-1 ta’ Novembru 2012 bħala d-data d-data tat-tħassir tad-Direttivi eżistenti tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni (3) (kollettivament imsejħa “Solvency I”). |
(3) |
Fid-19 ta’ Jannar 2011 il-Kummissjoni adottat proposta (“il-proposta Omnibus II”) biex temenda, fost l-oħrajn, d-Direttiva 2009/138/KE sabiex tikkunsidra l-arkitettura l-ġdida ta’ superviżjoni għall-assigurazzjoni, jiġifieri l-ħolqien tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol). Il-proposta Omnibus II tinkludi wkoll dispożizzjonijiet biex jiġu posposti d-data tat-traspożizzjoni u d-data tal-applikazzjoni tad-Direttiva 2009/138/KE, u għad-data tat-tħassir ta’ Solvency I. |
(4) |
Minħabba l-kumplessità tal-proposta Omnibus II, hemm riskju li mhux se tkun daħlet fis-seħħ qabel id-data tat-trspożizzjoni u d-data ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2009/138/KE. Jekk dawk id-dati ma jinbidlux dan jirriżulta f’li d-Direttiva 2009/138/KE tiġi implimentata qabel id-dħul fis-seħħ tar-regoli tranżitorji u l-adattamenti importanti pprovduti mill-proposta Omnibus II. |
(5) |
Sabiex jiġu evitati l-obbligi leġiżlattivi ta’ piż żejjed għall-Istati Membri skont id-Direttiva 2009/138/KE u aktar tard skont l-arkitettura l-ġdida prevista mill-proposta Omnibus II, huwa xieraq għalhekk li tiġi posposta d-data tat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2009/138/KE. |
(6) |
Sabiex jippermettu għas-superviżuri u għall-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni biex jippreparaw għall-applikazzjoni tal-arkitettura superviżorja l-ġdida sħiħa, huwa wkoll xieraq li jsir provvediment għal data aktar tard ta’ applikazzjoni għat-Direttiva 2009/138/KE. |
(7) |
Għal raġunijiet ta’ ċertezza legali, id-data tat-tħassir ta’ Solvency I għandha tiġi posposta kif meħtieġ. |
(8) |
Minħabba l-perjodu qasir ħafna ta’ żmien li fadal qabel id-dati stabbiliti fid-Direttiva 2009/138/KE, din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ mingħajr dewmien, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Id-Direttiva 2009/138/KE hija b’dan emendata kif ġej:
1. |
L-Artikolu 309(1) huwa emendat kif ġej:
|
2. |
fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 310, d-data l-“1 ta’ Novembru 2012” tinbidel bi “1 ta’ Jannar 2014”. |
3. |
fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 311, d-data l-“1 ta’ Novembru 2012” tinbidel bi “1 ta’ Jannar 2014”. |
Artikolu 2
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 3
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Strasburgu, it-12 ta’ Settembru 2012.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
M. SCHULZ
Għall-Kunsill
Il-President
A. D. MAVROYIANNIS
(1) Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta’ Lulju 2012 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2012.
(2) ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1.
(3) Id-Direttiva tal-Kunsill 64/225/KEE tal-25 ta’ Frar 1964 dwar it-tneħħija ta’ restrizzjonijiet fuq il-libertà ta’ stabbiliment u l-libertà li jkunu pprovduti servizzi fir-rigward tar-riassigurazzjoni u tar-retroċessjoni (ĠU 56, 4.4.1964, p. 878/64); l-Ewwel Direttiva tal-Kunsill73/239/KEE tal-24 ta’ Lulju 1973 dwar il-koordinament ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrigwardaw il-bidu u t-twettiq tan-negozju tal-assigurazzjoni diretta barra mill-assigurazzjoni tal- (ĠU L 228, 16.8.1973, p. 3); id-Direttiva tal-Kunsill 73/240/KEE tal-24 ta’ Lulju 1973 li tabolixxi r-restizzjonijiet fuq il-libertà tal-istabbiliment fin-negozju tal-assigurazzjoni diretta ħlief fl-assigurazzjoni fuq il-ħajja ħajja (ĠU L 228, 16.8.1973, p. 20); id-Direttiva tal-Kunsill 76/580/KEE tad-29 ta’ Ġunju 1976 li temenda d-Direttiva 73/239/KEE (ĠU L 189, 13.7.1976, p. 13); id-Direttiva tal-Kunsill 78/473/KEE tat-30 ta’ Mejju 1978 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x’jaqsmu ma’ koassigurazzjoni Komunitarja (ĠU L 151, 7.6.1978, p. 25.); id- Direttiva tal-Kunsill 84/641/KEE tal-10 ta’ Diċembru 1984 li temenda, partikolarment fir-rigward tal-assistenza lit-turisti, l-Ewwel Direttiva (73/239/KEE) (ĠU L 339, 27.12.1984, p. 21); id- Direttiva tal-Kunsill 87/344/KEE tat-22 ta’ Ġunju 1987 dwar ilkoordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-assigurazzjoni għall-ispejjeż legali (ĠU L 185, 4.7.1987, p. 77); it-Tieni Direttiva tal-Kunsill 88/357/KEE tat-22 ta’ Ġunju 1988 dwar ilkoordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni diretta ta’ xorta oħra minn assigurazzjoni tal-ħajja u li jistipulaw iddispożizzjonijiet li jiffaċilitaw l-eżerċizzju effettiv tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi (ĠU L 172, 4.7.1988, p. 1); fid-Direttiva tal-Kunsill 92/49/KEE tat-18 ta’ Ġunju 1992 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrigwardaw il-bidu u t-twettiq tan-negozju tal-assigurazzjoni diretta barra minn assigurazzjoni tal-ħajja (it-tielet Direttiva dwar assigurazzjoni mhux fuq il-ħajja) (ĠU L 228, 11.8.1992, p. 1), fid-Direttiva 98/78/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ottubru 1998 dwar issuperviżjoni supplimentari ta’ intrapriżi tal-assigurazzjoni u ta’ grupp ta’ assugurazzjoni (ĠU L 330, 5.12.1998, p. 1); fid-Direttiva 2001/17/KE tal- Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Marzu 2001 dwar ir-rijorganizzazzjoni u l-istralċ ta’ impriżi tal-assigurazzjoni (ĠU L 110, 20.4.2001, p. 28); id-Direttiva 2002/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Novembru 2002 li tikkonċerna l-assigurazzjoni fuq il-ħajja (ĠU L 345, 19.12.2002, p. 1); u d-Direttiva 2005/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal- Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2005 dwar ir-riassigurazzjoni (ĠU L 323, 9.12.2005, p. 1).