EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012D0835
Council Decision 2012/835/CFSP of 21 December 2012 extending Decision 2010/96/CFSP on a European Union military mission to contribute to the training of Somali security forces
Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/835/PESK tal- 21 ta’ Diċembru 2012 li testendi d-Deċiżjoni 2010/96/PESK dwar missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi tas-Sigurtà tas-Somalja
Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/835/PESK tal- 21 ta’ Diċembru 2012 li testendi d-Deċiżjoni 2010/96/PESK dwar missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi tas-Sigurtà tas-Somalja
ĠU L 357, 28.12.2012, p. 13–14
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2013
28.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 357/13 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2012/835/PESK
tal-21 ta’ Diċembru 2012
li testendi d-Deċiżjoni 2010/96/PESK dwar missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi tas-Sigurtà tas-Somalja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 42(4) u 43(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fil-15 ta' Frar 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/96/PESK (1). |
(2) |
Fit-28 ta' Lulju 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/483/PESK (2) li temenda d-Deċiżjoni 2010/96 PESK u testendiha għal perijodu ulterjuri ta' sena. |
(3) |
Minħabba dewmien fl-adozzjoni ta' Deċiżjoni tal-Kunsill ġdida li temenda u testendi d-Deċiżjoni 2010/96/PESK, huwa meħtieġ li l-validità ta' din tal-aħħar tiġi estiża bil-ħsieb li tiġi koperta l-preżenza tal-missjoni ta' taħriġ tal-UE EUTM Somalia fl-Uganda mill-1 ta' Jannar 2013. |
(4) |
F'konformità mal-Artikolu 5 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tipparteċipax fl-elaborazzjoni u fl-implimentazzjoni ta' deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li jkollhom implikazzjonijiet ta' difiża. Id-Danimarka ma tipparteċipax fl-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni u għalhekk ma tipparteċipax fil-finanzjament ta' din il-missjoni. |
(5) |
Il-missjoni militari tal-UE għandha tiġi estiża ulterjorment, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2010/96/PESK hija b'dan emendata kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 10 jinbidel b'dan li ġej: "Artikolu 10 Arranġamenti finanzjarji 1. L-ispejjeż komuni tal-missjoni militari tal-UE għandhom jiġu amministrati skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/871/PESK tad-19 ta' Diċembru 2011 li tistabbilixxi mekkaniżmu sabiex jiġi amministrat il-finanzjament tal-ispejjeż komuni tal-operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea li jkollhom implikazzjonijiet militari jew ta' difiża (Athena) (*) ("ATHENA"). 2. L-ammont ta' referenza finanzjarja għall-ispejjeż komuni tal-missjoni militari tal-UE għall-perijodu sad-9 ta' Awwissu 2011 għandu jkun ta' EUR 4,8 miljuni. Il-persentaġġ tal-ammont ta' referenza msemmi fl-Artikolu 25(1) ta' ATHENA għandu jkun ta' 60 %. 3. L-ammont ta' referenza finanzjarja għall-ispejjeż komuni tal-missjoni militari tal-UE għall-perijodu mid-9 ta' Awwissu 2011 sal-31 ta' Diċembru 2012 għandu jkun ta' EUR 4,8 miljuni. Il-persentaġġ ta' dan l-ammont ta' referenza msemmi fl-Artikolu 25(1) ta' ATHENA għandu jkun ta' 30 %. 4. L-ammont ta' referenza finanzjarja għall-ispejjeż komuni tal-missjoni militari tal-UE għall-perijodu li jibda mill-1 ta' Jannar 2013 għandu jkun ta' EUR 0,05 miljun. Il-persentaġġ ta' dan l-ammont ta' referenza msemmi fl-Artikolu 25(1) ta' ATHENA għandu jkun ta' 100 %.‧ |
(2) |
Fl-Artikolu 12, il-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej: "2. Il-mandat tal-missjoni militari tal-UE għandu jintemm fil-31 ta' Jannar 2013.". |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Hija għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2013.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Diċembru 2012.
Għall-Kunsill
Il-President
A. D. MAVROYIANNIS
(2) ĠU L 198, 30.7.2011, p. 37.