This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011R0580
Regulation (EU) No 580/2011 of the European Parliament and of the Council of 8 June 2011 amending Regulation (EC) No 460/2004 establishing the European Network and Information Security Agency as regards its duration Text with EEA relevance
Regolament (UE) Nru 580/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 8 ta’ Ġunju 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 460/2004 li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni f’dak li jirrigwarda l-perjodu effettiv Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament (UE) Nru 580/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 8 ta’ Ġunju 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 460/2004 li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni f’dak li jirrigwarda l-perjodu effettiv Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 165, 24.6.2011, p. 3–4
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 18/06/2013; Imħassar b' 32013R0526
24.6.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 165/3 |
REGOLAMENT (UE) Nru 580/2011 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-8 ta’ Ġunju 2011
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 460/2004 li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni f’dak li jirrigwarda l-perjodu effettiv
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz ta’ att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, (1)
Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (2),
Billi:
(1) |
Fl-2004 l-Parlament Ewropew u l-Kunsill adottaw ir-Regolament (KE) Nru 460/2004 (3) li stabbilixxa l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (“l-Aġenzija”). |
(2) |
Fl-2008, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill adottaw ir-Regolament (KE) Nru 1007/2008 (4) li jemenda r-Regolament (KE) Nru 460/2004 fir-rigward tal-perjodu effettiv tal-Aġenzija. |
(3) |
Minn Novembru 2008, sar dibattitu pubbliku dwar id-direzzjoni ġenerali tal-isforzi Ewropej lejn aktar sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni, inkluż dibattitu dwar l-Aġenzija. Bi qbil mal-istrateġija tal-Kummissjoni għal Regolamentazzjoni Aħjar, u bħala kontribut għal dan id-dibattitu, il-Kummissjoni nidiet konsultazzjoni pubblika dwar l-objettivi għal politika msaħħa għas-sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni fil-livell tal-Unjoni, li damet għaddejja minn Novembru 2008 sa Jannar 2009. F’Diċembru 2009, id-dibattitu wassal għar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2009 dwar approċċ kollaborattiv Ewropew għas-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (5). |
(4) |
Meta jitqiesu r-riżultati tad-dibattitu pubbliku, huwa previst li r-Regolament (KE) Nru 460/2004 jiġi sostitwit. |
(5) |
Proċedura leġislattiva għar-riforma tal-Aġenzija tista’ teħtieġ ħafna żmien estensiv għad-dibattitu u billi l-mandat tal-Aġenzija jiskadi fit-13 ta’ Marzu 2012, jeħtieġ li tiġi adottata estensjoni li tippermetti biżżejjed diskussjoni fil-Parlament Ewropew u fil-Kunsill u li tiżgura l-konsistenza u l-kontinwità. |
(6) |
Il-perjodu effettiv tal-Aġenzija għandu għalhekk jiġi estiż sat-13 ta’ Settembru 2013, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Artikolu 27 tar-Regolament (KE) Nru 460/2004 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Artikolu 27
Tul ta’ Attività
L-Aġenzija għandha tiġi stabbilita fl-14 ta’ Marzu 2004 għal perjodu ta’ disa’ snin u sitt xhur.”
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Strasburgu, it-8 ta’ Ġunju 2011.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
J. BUZEK
Għall-Kunsill
Il-President
GYŐRI E.
(1) ĠU C 54, 19.2.2011, p. 35.
(2) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta’ Marzu 2011 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u deċiżjoni tal-Kunsill tas-27 ta’ Mejju 2011.
(4) ĠU L 293, 31.10.2008, p. 1.
(5) ĠU C 321, 29.12.2009, p. 1.