Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011R0410

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 410/2011 tas- 27 ta’ April 2011 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 259/2008 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 rigward il-pubblikazzjoni ta’ tagħrif dwar il-benefiċjarji tal-fondi ġejjin mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR)

    ĠU L 108, 28.4.2011, p. 24–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 03/09/2014; Imħassar b' 32014R0908

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2011/410/oj

    28.4.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 108/24


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 410/2011

    tas-27 ta’ April 2011

    li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 259/2008 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 rigward il-pubblikazzjoni ta’ tagħrif dwar il-benefiċjarji tal-fondi ġejjin mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 42, il-punt numru 8 tiegħu,

    Wara li kkonsultat il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta,

    Billi:

    (1)

    Fis-sentenza li ngħatat fil-kawżi konġunti C-92/09 u C-93/09 (2) dwar l-obbligu ta’ pubblikazzjoni ta’ informazzjoni marbuta mal-benefiċjarji tal-fondi agrikoli Ewropej, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea kkonkludiet illi l-pubblikazzjoni tad-dettalji personali dwar il-persuni fiżiċi, mingħajr ma ssir distinzjoni skont kriterji pertinenti, bħal ma huma l-perjodi ta’ żmien li tulhom irċivew tali għajnuniet, il-frekwenza jew ukoll it-tip u l-importanza ta’ dawn mhijiex proporzjonata. Ukoll, il-Qorti ddikjarat invalidi d-dispożizzjonijiet marbuta ma’ dan. Filwaqt li jiġi kkunsidrat l-interess tal-persuni fiżiċi li jkollhom id-dettalji personali dwarhom protetti, tajjeb li jkun stipulat li dan l-obbligu ma japplikax għall-persuni fiżiċi, biex b’hekk issir konċiljazzjoni tal-għanijiet differenti segwiti mill-obbligu ta’ pubblikazzjoni ta’ informazzjoni dwar il-benefiċjarji tal-fondi li ġejjin mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), hekk kif previst mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 259/2008 (3).

    (2)

    Jeħtieġ għalhekk, għal raġunijiet ta’ trasparenza, li r-Regolament (KE) Nru 259/2008 jiġi emendat formalment f’dan is-sens sakemm jiġu adottati regoli ġodda mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill li jikkunsidraw l-oġġezzjonijiet espressi mill-Qorti.

    (3)

    Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Artikolu 1 għar-Regolament (KE) Nru 259/2008 jiġi emendat kif ġej:

    (1)

    Il-paragrafu 1 għandu jiġi emendat kif ġej:

    (a)

    is-sentenza tal-bidu għandha tiġi sostitwita b’dan li ġej:

    “1.   Il-pubblikazzjoni msemmija fl-Artikolu 44a tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 għandha tinkludi t-tagħrif li ġej dwar il-benefiċjarji li jkunu persuni ġuridiċi:”

    (b)

    il-punt (a) jitneħħa;

    (c)

    il-punti (b) u (c) għandhom jiġu sostitwiti b’dan li ġej:

    “(b)

    l-isem legali sħiħ, hekk kif ġie rreġistrat, meta l-benefiċjarji jkunu persuni ġuridiċi li jkollhom personalità ġuridika awtonoma skont il-liġi tal-Istat Membru kkonċernat;

    (c)

    l-isem sħiħ tal-assoċjazzjoni kif ġie rreġistrat jew inkella rikonoxxut uffiċjalment meta l-benefiċjarji jkunu assoċjazzjonijiet ta’ persuni ġuridiċi li huma stess ma għandhomx personalità ġuridika;”;

    (2)

    Il-Paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “2.   Fil-każ tal-persuni ġuridiċi, l-Istati Membri jistgħu jippubblikaw tagħrif aktar iddettaljat minn kif stipulat fil-paragrafu 1.”.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ April 2011.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.

    (2)  Sentenza tad-9 ta’ Novembru 2010 fil-kawżi konġunti C-92/09 u C-93/09, Volker und Markus Schecke GbR u Eifert/Land Hessen, li għadhom ma ġewx ippubblikati fil-Ġabra.

    (3)  ĠU L 76, 19.3.2008, p. 28.


    Top