This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32010R1008
Commission Regulation (EU) No 1008/2010 of 9 November 2010 concerning type-approval requirements for windscreen wiper and washer systems of certain motor vehicles and implementing Regulation (EC) No 661/2009 of the European Parliament and of the Council concerning type-approval requirements for the general safety of motor vehicles, their trailers and systems, components and separate technical units intended therefor Text with EEA relevance
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1008/2010 tad- 9 ta’ Novembru 2010 dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sistemi tal-wajper u l-washer tal-windskrin ta’ ċerti vetturi bil-mutur u li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi destinati għalihom Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1008/2010 tad- 9 ta’ Novembru 2010 dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sistemi tal-wajper u l-washer tal-windskrin ta’ ċerti vetturi bil-mutur u li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi destinati għalihom Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 292, 10.11.2010, p. 2–20
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 05/07/2022; Imħassar b' 32019R2144
10.11.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 292/2 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1008/2010
tad-9 ta’ Novembru 2010
dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sistemi tal-wajper u l-washer tal-windskrin ta’ ċerti vetturi bil-mutur u li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi destinati għalihom
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi destinati għalihom (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(1)(a) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 huwa Regolament separat għall-finijiet tal-proċedura għall-approvazzjoni tat-tip prevista mid-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Kwadru) (2). |
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 iħassar id-Direttiva tal-Kunsill 78/318/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1977 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mas-sistemi tal-wajper u tal-washer tal-windscreen ta’ vetturi bil-mutur (3). Ir-rekwiżiti stabbiliti f’dik id-Direttiva għandhom jiddaħħlu f’dan ir-Regolament u, fejn ikun meħtieġ, ikunu emendati sabiex jiġu adattati għall-iżvilupp tal-għerf tekniku u xjentifiku. |
(3) |
L-ambitu ta’ dan ir-Regolament għandu jaqbel ma’ dak tad-Direttiva 78/318/KEE u għalhekk ikun limitat għall-vetturi tal-kategorija M1. |
(4) |
Ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 jistabbilixxi dispożizzjonijiet fundamentali dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi bil-mutur fir-rigward tas-sistemi tal-wajper u l-washer tal-windskrin u l-approvazzjoni tat-tip tas-sistemi tal-washer tal-windskrin bħala unitajiet tekniċi separati. Għalhekk, huwa neċessarju li jiġu stabbiliti l-proċeduri speċifiċi, it-testijiet u r-rekwiżiti għal kull approvazzjoni tat-tip bħal din. |
(5) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Tekniku – Vetturi bil-Mutur, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ambitu
Dan ir-Regolament japplika għal vetturi bil-mutur tal-kategorija M1, kif definiti fl-Anness II għad-Direttiva 2007/46/KE, kif ukoll għas-sistemi ta’ washer tal-windskrin maħsuba sabiex jitwaħħlu fuq vetturi bil-mutur tal-kategorija M1.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) |
“tip ta’ vettura fir-rigward tas-sistema tal-wajper u tal-washer tal-windskrin” tfisser vetturi li ma jkunux differenti minn xulxin f’aspetti essenzjali bħalma huma: il-karatteristiċi tas-sistema tal-wajper u tal-washer jew il-forma, id-daqs u l-karatteristiċi tal-windskrin u l-armar tiegħu; |
(2) |
“tip ta’ sistema ta’ washer tal-windskrin” tfisser grupp ta’ sistemi ta’ washer tal-windskrin li ma jvarjawx f’aspetti importanti bħalma huma l-prestazzjoni tal-pompa, il-materjali użati, il-kapaċità ta’ ħażna, in-numru ta’ nozzles, id-daqsijiet, il-ħxuna tal-ħajt jew il-forma tas-sistema tal-washer; |
(3) |
“magna” tfisser magna b’kombustjoni li taħdem bi fjuwil likwidu jew tal-gass; |
(4) |
“sistema ta’ wajper tal-windskrin” tfisser is-sistema li tikkonsisti minn apparat biex jimsaħ il-wiċċ ta’ barra tal-windskrin, flimkien mal-aċċessorji u l-kontrolli meħtieġa sabiex jitħaddem u jitwaqqaf l-apparat; |
(5) |
“żona tal-wajper” tfisser l-erja tal-windskrin li tintmesaħ mix-xafra(xfafar) tal-wajper meta s-sistema tal-wajper tkun qiegħda taħdem f’kundizzjonijiet normali. |
(6) |
“tħaddim intermittenti tas-sistema tal-wajper” tfisser mod awtomatiku mhux kontinwu ta’ tħaddim tas-sistema tal-wajper, fejn wara kull ċiklu komplet ikun hemm perjodu li matulu l-wajpers ikunu weqfin f’pożizzjoni waħda speċifika magħżula ta’ waqfien; |
(7) |
“sistema ta’ washer tal-windskrin” tfisser is-sistema li tikkonsisti minn apparat għall-ħażna, it-trasferiment u l-immirar tal-fluwidu lejn il-wiċċ ta’ barra tal-windskrin, flimkien mal-kontrolli meħtieġa sabiex jitħaddem u jitwaqqaf l-apparat; |
(8) |
“kontroll tal-washer” tfisser l-apparat li bih is-sistema tal-washer tiġi attivata jew diżattivata b’mod manwali; |
(9) |
“pompa tal-washer” tfisser apparat għat-trasferiment tal-fluwidu mill-kompartiment ta’ ħażna tas-sistema tal-washer għall-wiċċ ta’ barra tal-windskrin; |
(10) |
“nozzle” tfisser apparat li jservi biex jidderiġi l-fluwidu għal fuq il-windskrin; |
(11) |
“sistema mħaddma b’mod sħiħ” tfisser sistema li tkun ġiet attivata b’mod normali għal perjodu ta’ ħin u fejn il-fluwidu jkun ġie trasferit minn ġol-pompa, il-pajpijiet u jkunu attivati n-nozzle(s); |
(12) |
“erja mnaddfa” tfisser l-erja preċedentement maħmuġa li ma jkollha l-ebda traċċa ta’ qtar u fdal ta’ ħmieġ wara li tkun nixfet għal kollox; |
(13) |
“erja tal-viżjoni A” tfisser l-erja tat-test A kif definita fil-paragrafu 2.2. tal-Anness 18 għar-Regolament UNECE Nru 43 (4); |
(14) |
“erja tal-viżjoni B” tfisser l-erja mnaqqsa tat-test B kif definita fil-paragrafu 2.4. tal-Anness 18 għar-Regolament UNECE Nru 43, mingħajr l-esklużjoni tal-erja definita fil-paragrafu 2.4.1. tiegħu; |
(15) |
“angolu tad-disinn tat-torso” tfisser l-angolu mkejjel bejn linja vertikali li tgħaddi mill-punt R jew il-punt ta’ referenza bilqiegħda u l-linja tat-torso f’pożizzjoni li tikkorrispondi mal-pożizzjoni tad-disinn tad-dahar tas-sit kif iddikjarata mill-manifattur tal-vettura; |
(16) |
“punt R” jew il-punt ta’ referenza bilqiegħda jfisser il-punt tad-disinn iddefinit mill-manifattur tal-vettura għal kull pożizzjoni bilqiegħda fir-rigward tas-sistema ta’ referenza tridimensjonali; |
(17) |
“sistema ta’ referenza tridimensjonali” tfisser gradilja ta’ referenza li tikkonsisti minn pjan lonġitudinali vertikali X-Z, pjan orizzontali X-Y u pjan trasversali vertikali Y-Z skont id-dispożizzjonijiet tal-Appendiċi 2 tal-Anness III għal dan ir-Regolament; |
(18) |
“marki primarji ta’ referenza” tfisser toqob, uċuħ, marki jew sinjali oħra ta’ identifikazzjoni fuq il-bodì jew ix-xasì tal-vettura li l-koordinati X, Y u Z tagħhom fil-gradilja ta’ referenza tridimensjonali huma speċifikati mill-manifattur tal-vettura; |
(19) |
“swiċċ tal-kontroll prinċipali tal-vettura” ifisser l-istrument li bih is-sistema tal-elettronika abbord tal-vettura tinqaleb minn mitfija, kif inhu l-każ meta vettura tkun ipparkjata mingħajr ma jkun hemm preżenti x-xufier, għall-mod ta’ ħidma normali; |
Artikolu 3
Approvazzjoni KE ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tas-sistemi tagħha tal-wajper u tal-washer tal-windskrin
1. Il-manifattur jew ir-rappreżentant tiegħu għandu jissottometti lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip, l-applikazzjoni għall-approvazzjoni KE ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tas-sistemi tagħha tal-wajper u tal-washer tal-windskrin.
2. L-applikazzjoni għandha titfassal skont il-mudell tad-dokument ta’ informazzjoni ppreżentat fil-Parti 1 tal-Anness I.
3. Jekk ikunu ssodisfati r-rekwiżiti rilevanti stipulati fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha tagħti approvazzjoni tat-tip KE u toħroġ numru tal-approvazzjoni tat-tip skont is-sistema ta’ numerazzjoni stabbilita fl-Anness VII tad-Direttiva 2007/46/KE.
Stat Membru ma jistax jassenja l-istess numru lil xi tip ieħor ta’ vettura.
4. Għall-finijiet tal-paragrafu 3, l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tikkonsenja ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip KE stabbilit skont il-mudell stipulat fil-Parti 2 tal-Anness I.
Artikolu 4
Approvazzjoni tat-tip tal-KE għal unità teknika separata ta’ sistemi ta’ washer tal-windskrin
1. Il-manifattur jew ir-rappreżentant tiegħu għandu jissottometti lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip, l-applikazzjoni għal approvazzjoni tat-tip tal-KE għal unità teknika separata għal tip ta’ sistema ta’ washer tal-windskrin.
L-applikazzjoni għandha titfassal skont il-mudell tad-dokument ta’ informazzjoni li jidher fil-Parti 1 tal-Anness II.
2. Jekk ikunu ssodisfati r-rekwiżiti rilevanti stipulati fl-Anness III għal dan ir-Regolament, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha tagħti approvazzjoni tat-tip tal-KE għal unità teknika separata u toħroġ numru tal-approvazzjoni tat-tip skont is-sistema ta’ numerazzjoni stabbilita fl-Anness VII għad-Direttiva 2007/46/KE.
Stat Membru ma jistax jassenja l-istess numru lil tip ieħor ta’ unità teknika separata.
3. Għall-finijiet tal-paragrafu 2, l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tikkonsenja ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE stabbilit skont il-mudell li jidher fil-Parti 2 tal-Anness II.
Artikolu 5
Marka tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE għal unità teknika separata
Kull unità teknika separata li tikkonforma ma’ tip li fir-rigward tiegħu tkun ingħatat approvazzjoni tat-tip tal-KE għal unità teknika separata skont dan ir-Regolament għandu jkollha marka tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE għal unità teknika separata kif stipulat fil-Parti3 tal-Anness II.
Artikolu 6
Validità u estensjoni ta’ approvazzjonijiet mogħtija skont id-Direttiva 78/318/KEE
L-awtoritajiet nazzjonali għandhom jippermettu l-bejgħ u d-dħul fis-servizz ta’ vetturi u unitajiet tekniċi separati li t-tip tagħhom ikun ġie approvat qabel id-data msemmija fl-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 661/2009, u jkomplu jagħtu estensjoni tal-approvazzjonijiet lil dawk il-vetturi u unitajiet tekniċi separati skont it-termini tad-Direttiva 78/318/KEE.
Artikolu 7
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Novembru 2010.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 200, 31.07.2009, p. 1
(4) ĠU L 230, 31.8.2010, p. 119.
ANNESS I
Dokumenti amministrattivi għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tas-sistemi tagħhom tal-wajper u tal-washer tal-windskrin
PARTI 1
Dokument ta’ informazzjoni
MUDELL
Dokument ta’ informazzjoni Nru … li jirrigwarda l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ vettura bil-mutur fir-rigward tas-sistemi tagħha tal-wajper u tal-washer tal-windskrin.
L-informazzjoni li ġejja għandha tingħata fi tliet kopji u tinkludi werrej. Kwalunkwe disinn għandu jingħata fi skala adatta u f’dettall suffiċjenti fuq karti ta’ daqs A4 jew fuq folder f’format A4. Ir-ritratti, jekk ikun hemm, għandhom juru dettall suffiċjenti.
Jekk is-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati msemmija f’dan id-dokument ta’ informazzjoni jkollhom kontrolli elettroniċi, għandha tingħata informazzjoni dwar il-prestazzjoni tagħhom.
0. ĠENERALI
0.1. Għamla (l-isem kummerċjali tal-manifattur): …
0.2. It-tip: …
0.2.1. L-isem/ismijiet kummerċjali (jekk disponibbli): …
0.3. Mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip, jekk immarkat fuq il-vettura (b): …
0.3.1. Post ta’ dak l-immarkar: …
0.4. Kategorija tal-vettura (c): …
0.5. L-isem u l-indirizz tal-manifattur: …
0.8. L-isem/ismijiet u l-indirizz(i) tal-impjant(i) fejn isir l-assemblaġġ: …
0.9. L-isem u l-indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur (jekk hemm): …
1. KARATTERISTIĊI ĠENERALI TAL-KOSTRUZZJONI TAL-VETTURA
1.1. Ritratti u/jew disinji ta’ vettura rappreżentattiva: …
3. IMPJANT TAL-ENERĠIJA (k)
3.2. Magna b’kombustjoni interna
3.2.1.8. Enerġija massima netta (n): … kW fi … min–1 (valur iddikjarat mill-manifattur)
3.2.5. Sistema elettrika
3.2.5.1. Vultaġġ stmat: … V, pos./neg. ground (1)
3.2.5.2. Ġeneratur
3.2.5.2.1. Tip: …
3.2.5.2.2. Output nominali: … VA
3.3. Mutur tal-elettriku
3.3.1.1. Output massimu fis-siegħa: … kW
3.3.1.2. Vultaġġ operattiv: … V
3.3.2. Batterija
3.3.2.3. Kapaċità: … Ah (Amp-siegħa)
3.4. Kombinazzjoni tal-magna jew mutur
3.4.1. Vettura ibrida li taħdem bl-elettriku: iva/le (1)
3.4.2. Kategorija tal-vettura ibrida li taħdem bl-elettriku: iċċarġjar barra mill-vettura/iċċarġjar mhux barra mill-vettura: (1)
3.4.4. Deskrizzjoni tal-apparat ta’ ħażna tal-enerġija: (batterija, capacitor, flywheel/ġeneratur)
3.4.4.5. Enerġija: …
(għall-batterija: vultaġġ u kapaċità Ah f’sagħtejn, għall-capacitor: J, …)
3.4.4.6. Ċarġer: abbord/estern/mingħajr (1)
4. TRAŻMISSJONI (p)
4.7. Veloċità massima ddisinjata tal-vettura (f’km/h) (q): …
9. KAROZZERIJA
9.2. Materjali użati u metodi tal-kostruzzjoni: …
9.4. Erja tal-viżjoni
9.4.1. Partikolaritajiet tal-marki ta’ referenza primarja f’dettall suffiċjenti li jippermettilhom li jkunu identifikati faċilment u l-pożizzjoni ta’ kull waħda f’relazzjoni mal-oħrajn u mal-punt R li jrid jiġi verifikat: …
9.5. Windskrin u twieqi oħra
9.5.1. Windskrin
9.5.1.1. Materjali użati: …
9.5.1.2. Metodu ta’ mmuntar: …
9.5.1.3. Angolu tal-inklinazzjoni: …
9.5.1.4. Numru(i) tal-approvazzjoni tat-tip: …
9.5.1.5. L-aċċessorji tal-windskrin u l-pożizzjoni u l-pożizzjoni li fiha huma mwaħħlin flimkien, b’deskrizzjoni qasira ta’ kwalunkwe elettriku/elettroniku involut: …
9.6. Sistema tal-wajper tal-windskrin
9.6.1. Deskrizzjoni teknika dettaljata (li tinkludi ritratti jew disinji): …
9.7. Sistema tal-washer tal-windskrin
9.7.1. Deskrizzjoni teknika dettaljata (li tinkludi ritratti jew disinji) jew, jekk tkun approvata bħala unità teknika separata, in-numru tal-approvazzjoni tat-tip: …
9.8. Tneħħija tas-silġ u tneħħija taċ-ċpar
9.8.2. Konsum massimu tal-elettriku: … kW
9.10. L-arranġament intern
9.10.3. Is-sedili
9.10.3.5. Il-koordinati jew disinn tal-punt R
9.10.3.5.1. Is-sedil tas-sewwieq: …
9.10.3.6. L-angolu tad-disinn tat-torso
9.10.3.6.1. Is-sedil tas-sewwieq: …
Noti ta’ spjegazzjoni
PARTI 2
Ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE
MUDELL
Format: A4 (210 × 297 mm)
ĊERTIFIKAT TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE
Komunikazzjoni dwar:
|
ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tas-sistemi tagħha tal-wajper u tal-washer tal-windskrin |
||||||||
fir-rigward tar-Regolament (UE) Nru 1008/2010 kif emendat l-aħħar mir-Regolament (UE) Nru …/… (2) |
|||||||||
Numru tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE: … |
|||||||||
Raġuni għall-estensjoni: … |
TAQSIMA I
0.1. Għamla (l-isem kummerċjali tal-manifattur): …
0.2. Tip: …
0.2.1. Isem (ismijiet) kummerċjali (jekk disponibbli): …
0.3. Mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip, jekk immarkat fuq il-vettura (3): …
0.3.1. Post ta’ dak l-immarkar: …
0.4. Kategorija tal-vettura (4): …
0.5. Isem u indirizz tal-manifattur: …
0.8. Isem(ismijiet) u indirizz(i) tal-impjant(i) fejn isir l-assemblaġġ: …
0.9. Isem u indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur (jekk hemm): …
TAQSIMA II
1. Informazzjoni addizzjonali: ara l-Addendum.
2. Servizz tekniku responsabbli għat-twettiq tat-testijiet: …
3. Data tar-rapport tat-test: …
4. Numru tar-rapport tat-test: …
5. Rimarki (jekk hemm): ara l-Appendiċi.
6. Post: …
7. Data: …
8. Firma: …
Allegati |
: |
Pakkett ta’ informazzjoni Rapport tat-test |
(b) Jekk il-mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip ikun fih karattri li ma jkunux rilevanti għad-deskrizzjoni tat-tipi ta’ vettura, komponent jew unità teknika separata koperti b’dan id-dokument ta’ informazzjoni, karattri bħal dawn għandhom ikunu rappreżentati fid-dokumentazzjoni bis-simbolu “?” (eż. ABC??123??).
(c) Ikklassifikata skont id-definizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 2007/46/KE Parti A tal-Anness II.
(k) Fil-każ ta’ vettura li tista’ taħdem jew bil-petrol, diżil, eċċ., jew anki f’kombinazzjoni ma’ fjuwil ieħor, l-elementi għandhom jiġu ripetuti. Fil-każ ta’ magni u sistemi mhux konvenzjonali, dettalji ekwivalenti għal dawk imsemmija hawn fuq għandhom jiġu pprovduti mill-manifattur.
(n) Stabbilita skont ir-rekwiżiti tad-Direttiva tal-Kunsill 80/1269/KEE (ĠU L 375, 31.12.1980, p. 46).
(1) Ħassar fejn ma japplikax.
(p) Id-dettalji speċifikati għandhom jingħataw għal kwalunkwe varjant propost.
(q) Fir-rigward tat-trejlers, il-veloċità massima permessa mill-manifattur.
(2) Ħassar fejn ma japplikax.
(3) Jekk il-mezz tal-identifikazzjoni ta’ tip fiha karattri mhux rilevanti għad-deskrizjoni tal-vettura, il-komponent jew tipi ta' unitajiet tekniċi separati li mhumiex koperti minn dan id-dokument informattiv, it-tali karattri għandhom jiġu rappreżentati fid-dokumentazzjoni bis-simbolu “?” (e.g. ABC??123??).
(4) Kif imfisser fid-Direttiva 2007/46/KE, l-Anness II, Taqsima A.
Addendum
għaċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE Nru …
1. |
Informazzjoni addizzjonali:
|
2. |
Naħa minn fejn tinstaq il-vettura: xellug/lemin (1) |
3. |
Sistemi li jinstaqu mix-xellug u sistemi b’kollox kuntrarju fuq in-naħa opposta li jinstaqu mil-lemin: iva/le (1) |
4. |
Spojler aerodinamiku mwaħħal fuq id-driegħ tal-wajper/xafra tal-wajper (1) fuq in-naħa tas-sewwieq/nofs/naħa tal-passiġġier/… (1) |
5. |
Rimarki: … |
(1) Ħassar skont il-każ.
ANNESS II
Dokumenti amministrattivi għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ sistemi tal-washer tal-windskrin bħala unitajiet tekniċi separati
PARTI 1
Dokument ta’ informazzjoni
MUDELL
Dokument ta’ informazzjoni Nru … li jirrigwarda l-approvazzjoni tat-tip tal-KE bħala unità teknika separata ta’ sistemi tal-washer tal-windskrin.
L-informazzjoni li ġejja għandha tingħata fi tliet kopji u tinkludi werrej. Kwalunkwe disinn għandu jingħata fi skala xierqa u f’dettall suffiċjenti fuq karti ta’ daqs A4 jew fuq folder f’format A4. Ir-ritratti, jekk ikun hemm, għandhom juru dettall suffiċjenti.
Jekk is-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati msemmija f’dan id-dokument ta’ informazzjoni jkollhom kontrolli elettroniċi, għandha tingħata informazzjoni dwar il-prestazzjoni tagħhom.
0. ĠENERALI
0.1. Għamla (l-isem kummerċjali tal-manifattur): …
0.2. Tip: …
0.3. Mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip, jekk immarkat fuq l-unità teknika separata (b): …
0.3.1. Post ta’ dak l-immarkar: …
0.5. Isem u indirizz tal-manifattur: …
0.7. Fil-każ ta’ unitajiet tekniċi separati, il-post u l-metodu tat-twaħħil tal-marka tal-approvazzjoni tal-KE: …
0.8. Isem/ismijiet u indirizz(i) tal-impjant(i) fejn isir l-assemblaġġ: …
0.9. Isem u indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur (jekk hemm): …
9.7. Washer tal-windskrin
9.7.1. Deskrizzjoni teknika dettaljata (li tinkludi ritratti jew disinji): …
Noti ta’ spjegazzjoni
PARTI 2
Ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE
MUDELL
Format: A4 (210 × 297 mm)
ĊERTIFIKAT TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE
Komunikazzjoni dwar:
|
ta’ tip ta’ sistema tal-washer tal-windskrin bħala unità teknika separata |
||||||||
fir-rigward tar-Regolament (UE) Nru 1008/2010, kif emendat l-aħħar mir-Regolament (UE) Nru …/… (1) |
|||||||||
Numru tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE: … |
|||||||||
Raġuni għall-estensjoni: … |
TAQSIMA I
0.1. Għamla (l-isem kummerċjali tal-manifattur): …
0.2. Tip: …
0.3. Mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip, jekk immarkat fuq l-unità teknika separata (2): …
0.3.1. Post ta’ dak l-immarkar: …
0.5. Isem u indirizz tal-manifattur: …
0.7. Post u metodu tat-twaħħil tal-marka tal-approvazzjoni tal-KE: …
0.8. Isem/ismijiet u indirizz(i) tal-impjant(i) fejn isir l-assemblaġġ: …
0.9. Isem u indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur (jekk hemm): …
TAQSIMA II
1. Informazzjoni addizzjonali: ara l-Addendum.
2. Servizz tekniku responsabbli għat-twettiq tat-testijiet: …
3. Data tar-rapport tat-test: …
4. Numru tar-rapport tat-test: …
5. Rimarki (jekk hemm): ara l-Appendiċi.
6. Post: …
7. Data: …
8. Firma: …
Dokumenti annessi |
: |
Pakkett ta’ informazzjoni Rapport tat-test |
Addendum
għaċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE Nru …
1. |
Informazzjoni addizzjonali:
|
2. |
Adatta għan-naħa tas-sewqan: xellug / lemin (3) |
3. |
Kwalunkwe parti tas-sistema tista’ tkun pożizzjonata fil-kompartiment tal-magna: iva / le (3) |
4. |
Unità teknika separata: universali / speċifika għall-vettura (3) |
5. |
Rimarki: … |
6. |
Lista tat-tipi ta’ vetturi li għalihom ġiet approvata l-unità teknika separata (jekk applikabbli): … |
PARTI 3
Marka tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE għal unità teknika separata
1. Il-marka tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE għal unità teknika separata għandha tikkonsisti minn:
1.1. Rettangolu madwar l-ittra żgħira “e” segwita min-numru li jiddistingwi l-Istat Membru li jkun ta l-approvazzjoni tat-tip tal-KE għal unità teknika separata:
1 |
għall-Ġermanja |
2 |
għal Franza |
3 |
għall-Italja |
4 |
għall-Pajjiżi l-Baxxi |
5 |
għall-Isvezja |
6 |
għall-Belġju |
7 |
għall-Ungerija |
8 |
għar-Repubblika Ċeka |
9 |
għal Spanja |
11 |
għar-Renju Unit |
12 |
għall-Awstrija |
13 |
għal-Lussemburgu |
17 |
għall-Finlandja |
18 |
għad-Danimarka |
19 |
għar-Rumanija |
20 |
għall-Polonja |
21 |
għall-Portugall |
23 |
għall-Greċja |
24 |
għall-Irlanda |
26 |
għas-Slovenja |
27 |
għas-Slovakkja |
29 |
għall-Estonja |
32 |
għal-Latvja |
34 |
għall-Bulgarija |
36 |
għal-Litwanja |
49 |
għal Ċipru |
50 |
għal Malta |
1.2. Qrib ir-rettangolu, in-“numru tal-approvazzjoni bażi” li jinsab fit-Taqsima 4 tan-numru tal-approvazzjoni tat-tip, preċedut miż-żewġ figuri li jindikaw in-numru tas-sekwenza assenjat lil dan ir-Regolament jew l-aħħar emenda teknika maġġuri għal dan ir-Regolament. In-numru tas-sekwenza preżenti huwa “00”.
2. Il-marka tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE għal unità teknika separata għandha titwaħħal fuq il-kontenitur ta’ ħażna tal-fluwidu għall-washer tal-windskrin b’mod illi ma tkunx tista’ titħassar u tkun tista’ tinqara b’mod ċar u faċli anki jekk l-apparat jitwaħħal mal-vettura.
3. Eżempju ta’ marka tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE għal unità teknika separata huwa muri fil-Figura 1.
Figura 1
Eżempju ta’ marka tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE għal unità teknika separata
Nota ta’ spjegazzjoni
Spjega |
L-approvazzjoni tat-tip tal-KE għal unità teknika separata nħarġet mill-Pajjiżi l-Baxxi taħt in-numru 0046. L-ewwel żewġ figuri “00” jindikaw li l-unità teknika separata ġiet approvata skont dan ir-Regolament. |
(b) Jekk il-mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip ikun fih karattri li ma jkunux rilevanti għad-deskrizzjoni tat-tipi ta’ vettura, komponent jew unità separata koperti b’dan id-dokument ta’ informazzjoni, karattri bħal dawn għandhom ikunu rappreżentati fid-dokumentazzjoni bis-simbolu “?” (eż. ABC??123??).
(1) Ħassar fejn ma japplikax.
(2) Jekk il-mezz tal-identifikazzjoni ta’ tip fiha karattri mhux rilevanti għad-deskrizjoni tal-vettura, il-komponent jew tipi ta' unitajiet tekniċi separati li mhumiex koperti minn dan id-dokument informattiv, it-tali karattri għandhom jiġu rappreżentati fid-dokumentazzjoni bis-simbolu “?” (e.g. ABC??123??).
(3) Ħassar skont il-każ.
ANNESS III
Rekwiżiti għas-sistemi tal-wajper u tal-washer tal-windskrin
1. REKWIŻITI SPEĊIFIĊI
1.1. Sistema tal-wajper tal-windskrin.
1.1.1. Kull vettura għandha tkun attrezzata b’sistema ta’ wajper tal-windskrin li tkun kapaċi tiffunzjona meta jkun ġie attivat il-kontroll prinċipali tal-vettura, mingħajr l-ebda azzjoni min-naħa tax-xufier ħlief li jaqleb il-kontroll operattiv, meħtieġ sabiex jixgħel u jitfi s-sistema ta’ wajper tal-windskrin, għall-pożizzjoni mixgħula.
1.1.1.1. Is-sistema ta’ wajper tal-windskrin għandha tikkonsisti minn driegħ wieħed jew aktar ta’ wajpers li għandu jkollhom xfafar tal-wajper li jkunu jistgħu jinbidlu faċilment.
1.1.2. Iż-żona tal-wajper tal-windskrin għandu jkopri mill-anqas 98 % tal-erja tal-viżjoni A, kif stabbilit skont l-Appendiċi 3 għall-Anness III.
1.1.3. Iż-żona tal-wajper tal-windskrin għandu jkopri mill-anqas 80 % tal-erja tal-viżjoni B, kif stabbilit skont l-Appendiċi 3 għall-Anness III.
1.1.4. Iż-żona tal-wajper tal-windskrin għandu jissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafi 1.1.2. u 1.1.3. meta s-sistema tkun qiegħda taħdem bi frekwenza ta’ ċaqlieq li tikkorrispondi mal-paragrafu 1.1.5.1. u għandha tiġi ttestjata fil-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafi 2.1.10. sa 2.1.10.3. ta’ dan l-Anness.
1.1.5. Is-sistema tal-wajper tal-windskrin għandu jkollha mill-anqas żewġ settings tal-frekwenza taċ-ċaqlieq:
1.1.5.1. |
Frekwenza ta’ mhux inqas minn 10 u mhux aktar minn 55 ċiklu fil-minuta. |
1.1.5.2. |
Frekwenza ta’ mhux inqas minn 45 ċiklu komplet kull minuta. |
1.1.5.3. |
Id-differenza bejn l-ogħla setting tal-frekwenza taċ-ċaqlieq u frekwenza aktar baxxa għandha tkun ta’ mill-anqas 15-il ċiklu fil-minuta. |
1.1.5.4. |
It-tħaddim intermittenti tas-sistema ta’ wajper tal-windskrin jista’ jintuża sabiex jiġu osservati r-rekwiżiti tal-paragrafi 1.1.5.1. sa 1.1.5.3. ta’ dan l-Anness. |
1.1.6. Il-frekwenzi msemmija fil-paragrafi 1.1.5. sa 1.1.5.3. għandhom jiġu ttestjati fil-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafi 2.1.1. sa 2.1.6 u 2.1.8. ta’ dan l-Anness.
1.1.7. Meta s-sistema ta’ wajper tal-windskrin tiġi mwaqqfa b’riżultat tal-qalba tal-kontroll tat-tħaddim għall-pożizzjoni ta’ mitfi, id-driegħ/dirgħajn u x-xafra(xfafar) tal-wajper għandhom imorru lura għall-pożizzjoni tagħhom ta’ mistrieħ.
1.1.8. Is-sistema ta’ wajper tal-windskrin trid tkun kapaċi tiflaħ waqfien għal mill-anqas 15-il sekonda. Jistgħu jintużaw apparat ta’ protezzjoni awtomatika taċ-ċirkwiti, bil-kundizzjoni li għall-issettjar mill-ġdid ma tkun meħtieġa l-ebda azzjoni ħlief it-tħaddim tal-kontroll operattiv tal-wajper tal-windskrin.
1.1.9. Il-ħila ta’ reżistenza għall-waqfien tas-sistema ta’ wajper tal-windskrin li saret referenza għalih fil-paragrafu 1.1.8. għandha tiġi ttestjata fil-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 2.1.7. ta’ dan l-Anness.
1.1.10. Jekk il-pożizzjoni ta’ mistrieħ tad-driegħ/dirgħajn jew tax-xafra(xfafar) tal-wajper tal-windskrin ma tkunx barra mill-erja tal-viżjoni B, kif stabbilit skont l-Appendiċi 3 tal-Anness III, għandu jkun possibbli li d-driegħ/dirgħajn tal-wajper jiġi/jiġu spostjat(i) manwalment b’tali mod li x-xafra(xfafar) tal-wajper tkun tista’ tintrefa’ mill-pożizzjoni tagħha fuq il-windskrin sabiex din tal-aħħar tkun tista’ titnaddaf b’mod manwali.
1.1.11. Is-sistema ta’ wajper tal-windskrin trid tkun kapaċi taħdem għal żewġ minuti fuq windskrin xott f’temperatura ambjentali ta’ – 18 °C, mingħajr degradazzjoni tal-prestazzjoni.
1.1.12. Il-prestazzjoni tas-sistema tal-wajper tal-windskrin f’temperatura ta’ – 18 °C għandha tiġi ttestjata fil-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 2.1.11. ta’ dan l-Anness.
1.1.13. Is-sistema tal-wajper tal-windskrin trid tkompli tissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 1.1.2. ta’ dan l-Anness mingħajr l-ebda degradazzjoni tal-effiċjenza, meta tkun qiegħda taħdem bl-ogħla frekwenza u meta l-vettura tkun suġġetta għal veloċità relattiva tal-arja ugwali għal 80 % tal-veloċità massima ddisinjata tal-vettura jew 160 km/h, liema minnhom tkun l-inqas. L-erja tal-viżjoni A tal-windskrin għandha tiġi ppreparata skont il-paragrafi 2.1.8. u 2.1.9. ta’ dan l-Anness. L-effetti aerodinamiċi assoċjati mad-daqs u l-forma tal-windskrin, id-driegħ/dirgħajn tal-wajper u x-xafra(xfafar) tal-wajper għandhom jiġu vverifikati f’dawk il-kundizzjonijiet, billi jiġi kkunsidrat ukoll il-paragrafu 2.1.9.1. Matul it-test, ix-xafra(xfafar) tal-wajper iridu jibqgħu jmissu mal-windskrin u m’għandux ikun permess irfigħ komplet. Ix-xafra(xfafar) tal-wajper iridu jibqgħu f’kuntatt sħiħ mal-windskrin fl-erja stabbilita fil-paragrafu1.1.2 għal kull ċiklu komplet u m’għandu jkun permess l-ebda rfigħ parzjali kemm waqt ċaqlieq ’il fuq kif ukoll ’l isfel.
1.2. Sistema tal-washer tal-windskrin.
1.2.1. Kull vettura għandha tkun mgħammra b’sistema ta’ washer tal-windskrin li tkun kapaċi tiffunzjona meta jiġi attivat l-iswiċċ ta’ kontroll prinċipali tal-vettura, u li tkun kapaċi tiflaħ it-tagħbijiet u l-pressjonijiet li jirriżultaw meta n-nozzles ikunu plaggjati u s-sistema tiġi azzjonata skont il-proċedura stabbilita fil-paragrafi 2.2.1.1. sa 2.2.1.1.2. ta’ dan l-Anness.
1.2.2. Il-prestazzjoni tas-sistema tal-washer tal-windskrin m’għandhiex tiġi affettwata ħażin mill-esponiment għaċ-ċikli ta’ temperatura skont il-paragrafi 2.2.1. sa 2.2.5. ta’ dan l-Anness.
1.2.3. Is-sistema tal-washer tal-windskrin għandu jkollha l-kapaċità li traxxax fluwidu għal fuq l-erja fil-mira tal-windskrin, mingħajr l-ebda traċċa ta’ tnixxija, skonnettjar ta’ xi pajpijiet u funzjonament ħażin ta’ xi nozzle, f’kundizzjonijiet normali meta sottoposta għal temperaturi ambjentali ta’ bejn – 18 °C u 80 °C. Barra minn hekk, meta n-nozzles ikunu mblukkati, is-sistema m’għandha turi l-ebda sinjal ta’ tnixxija jew skonnettjar ta’ xi pajpijiet.
1.2.4. Is-sistema tal-washer tal-windskrin trid tkun kapaċi twaddab biżżejjed fluwidu biex tnaddaf mill-anqas 60 % tal-erja tal-viżjoni A, kif stabbilit skont l-Appendiċi 3 għall-Anness III, fil-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafi 2.2.6. sa 2.2.6.4. ta’ dan l-Anness.
1.2.5. Is-sistema tal-washer tal-windskrin trid tkun tista’ tiġi attivata manwalment permezz tal-kontroll tal-washer. Barraminnhekk, l-attivazzjoni u d-diżattivazzjoni tas-sistema tista’ tiġi kkoordinata u kkombinata wkoll ma’ kwalunkwe sistema oħra tal-vettura.
1.2.6. Il-kapaċità tal-kontenitur tal-likwidu ma għandhiex tkun ta' inqas minn litru (1.0 l.)
2. PROĊEDURA TAT-TEST
2.1. Kundizzjonijiet tat-test tas-sistema ta’ wajper tal-windskrin.
2.1.1. It-testijiet deskritti hawn isfel għandhom jitwettqu fil-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 2.1.2. sa 2.1.5. sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
2.1.2. It-temperatura ambjentali għandha tkun bejn 5 °C u 40 °C.
2.1.3. Il-windskrin għandu jinżamm imxarrab il-ħin kollu.
2.1.4. Fil-każ ta’ sistema ta’ wajper tal-windskrin li taħdem bl-elettriku, għandhom jitlaħqu wkoll il-kundizzjonijiet li ġejjin:
2.1.4.1. Il-batteriji kollha jridu jkunu ċċarġjati kompletament fil-bidu tat-test.
2.1.4.2. Il-magna, jekk tkun imwaħħla, għandha taħdem b’veloċità li ma taqbiżx it-30 % tal-veloċità li tikkorrispondi mal-output massimu prodott tagħha. Madankollu, jekk jiġi ppruvat li dan ma jkunx prattikabbli minħabba strateġiji speċifiċi għall-kontroll tal-magna, pereżempju fil-każ ta’ vetturi ibridi li jaħdmu bl-elettriku, għandu jiġi stabbilit xenarju realistiku li jqis il-veloċitajiet tal-magna, in-nuqqas perjodiku jew in-nuqqas totali ta’ magna taħdem waqt kundizzjonijiet normali ta’ sewqan. Jekk is-sistema ta’ wajper tal-windskrin tista’ tissodisfa r-rekwiżiti mingħajr magna taħdem, il-magna m’għandhiex għalfejn tkun qiegħda taħdem.
2.1.4.3. Il-fanali ta’ quddiem tar-raġġ ta’ passaġġ iridu jkunu mixgħulin.
2.1.4.4. Is-sistemi kollha tat-tisħin, ventilazzjoni, tat-tneħħija tas-silġ u tat-tneħħija taċ-ċpar li jkun hemm imwaħħla (irrispettivament mill-pożizzjoni fil-vettura) jridu jkunu qegħdin jaħdmu bil-konsum massimu tal-elettriku.
2.1.5. Is-sistemi ta’ wajper tal-windskrin li jaħdmu bl-arja kkompressata jew b’vakwu jridu jkunu kapaċi jaħdmu bil-frekwenzi preskritti taċ-ċaqlieq, tkun xi tkun il-veloċità tal-magna u t-tagħbija tal-magna jew il-livelli minimi u massimi taċ-ċarġ tal-batterija speċifikati mill-manifattur għall-ħidma normali.
2.1.6. Il-frekwenzi taċ-ċaqlieq tas-sistema ta’ wajper tal-windskrin iridu jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-paragrafi 1.1.5. sa 1.1.5.3. ta’ dan l-Anness wara ħin ta’ ħidma preliminari ta’ 20 minuta fuq windskrin imxarrab.
2.1.7. Ir-rekwiżiti tal-paragrafu 1.1.8. ta’ dan l-Anness għandhom ikunu ssodisfati meta d-dirgħajn tal-wajpers jinżammu f’pożizzjoni li tikkorrispondi għal nofs ċiklu, għal perjodu ta’ 15-il sekonda bil-kontroll tal-wajper tal-windskrin issettjat fil-frekwenza massima taċ-ċaqlieq.
2.1.8. Il-wiċċ ta’ barra tal-windskrin għandu jiġi żgrassat sewwa permezz tal-ispirtu metilizzat jew sustanza ekwivalenti għat-tneħħija tal-griż jew xaħam żejjed. Wara li jinxef, għandha tiġi applikata soluzzjoni ta’ ammonja ta’ mhux inqas minn 3 % u mhux aktar minn 10 %. Il-wiċċ għandu jitħalla jinxef għal darba oħra u mbagħad jintmesaħ b’ċarruta niexfa tal-qoton.
2.1.9. Kisja tat-taħlita tat-test, skont l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fl-Appendiċi 4 għall-Anness III, għandha tiġi applikata b’mod uniformi fuq il-wiċċ ta’ barra tal-windskrin u titħalla biex tinxef.
2.1.9.1. Fejn il-wiċċ ta’ barra tal-windskrin ikun ġie ppreparat skont il-paragrafi 2.1.8. u 2.1.9., is-sistema tal-washer tal-windskrin tista’ tintuża waqt it-testijiet applikabbli.
2.1.10. Iż-żona tal-wajper tas-sistema ta’ wajper tal-windskrin, kif preskritt fil-paragrafu 1.1.4. ta’ dan l-Anness, għandha tiġi stabbilita skont kif ġej.
2.1.10.1. Il-wiċċ ta’ barra tal-windskrin għandu jiġi ttrattat skont il-paragrafi 2.1.8. u 2.1.9.
2.1.10.2. Sabiex jiġi vverifikat li r-rekwiżiti tal-paragrafi 1.1.2. u 1.1.3. ta’ dan l-Anness ikunu ssodisfati, għandha tiġi attivata s-sistema ta’ wajper tal-windskrin, filwaqt li jitqies il-paragrafu 2.1.9.1., u għandha tittieħed traċċa taż-żona tal-wajper u tiġi pparagunata ma’ traċċa tal-erjas tal-viżjoni A u B, kif stabbiliti skont l-Appendiċi 3 tal-Anness III.
2.1.10.3. Is-servizz tekniku jista’ jaqbel ma’ proċedura ta’ ttestjar alternattiva (eż. ittestjar virtwali) sabiex jiġi vverifikat li r-rekwiżiti tal-paragrafi 1.1.2. u 1.1.3. ta’ dan l-Anness ikunu ssodisfati.
2.1.11. Ir-rekwiżiti tal-paragrafu 1.1.11. għandhom jintlaħqu f’temperatura ambjentali ta’ – 18 ± 3 °C li l-vettura tkun inħażnet fiha għal mill-anqas erba’ sigħat. Il-vettura għandha tiġi ppreparata biex taħdem fil-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 2.1.4. sa 2.1.5. Matul it-test, is-sistema tal-wajper trid tkun qiegħda taħdem b’mod normali, iżda fil-frekwenza massima taċ-ċaqlieq. Iż-żona tal-wajper m’għandhiex għalfejn tiġi osservata.
2.2. Kundizzjonijiet tat-test tas-sistema tal-washer tal-windskrin.
2.2.1. Test Nru. 1. Is-sistema tal-washer tal-windskrin għandha timtela bl-ilma, tiġi mħaddma b’mod sħiħ, u titpoġġa f’temperatura ambjentali ta’ 20 ± 2 °C għal mill-anqas erba’ sigħat. L-ilma għandu jiġi stabbilizzat f’din it-temperatura.
2.2.1.1. L-iżbokki kollha tan-nozzles iridu jkunu pplaggjati u l-kontroll tal-washer tal-windskrin għandu jiġi azzjonat sitt darbiet f’minuta, kull darba għal mill-anqas tliet sekondi.
2.2.1.1.1. Jekk is-sistema tal-washer tal-windskrin tkun imħaddma bl-enerġija muskolari tas-sewwieq, il-forza applikata għandha tkun 11,0 sa 13,5 daN fil-każ ta’ pompa li taħdem bl-idejn. Il-forza applikata għandha tkun 40,0 sa 44,5 daN fil-każ ta’ pompa mħaddma bis-saqajn.
2.2.1.1.2. Fil-każ tal-pompi elettriċi, il-vultaġġ tat-test m’għandux ikun inqas mill-vultaġġ stmat u mhux aktar mill-vultaġġ stmat u 2 Volt.
2.2.1.2. Il-prestazzjoni tas-sistema tal-washer tal-windskrin fit-tmiem tat-test għandha tkun f’konformità mal-paragrafu 1.2.3. ta’ dan l-Anness.
2.2.2. Test Nru. 2. Is-sistema tal-washer tal-windskrin għandha timtela bl-ilma, tiġi mħaddma b’mod sħiħ, u titpoġġa f’temperatura ambjentali ta’ – 18 ± 3 °C għal mill-anqas erba’ sigħat. L-ilma m’għandux għalfejn jiġi stabbilizzat f’din it-temperatura.
2.2.2.1. Il-kontroll tal-washer tal-windskrin għandu jiġi azzjonat sitt darbiet f’minuta, kull darba għal mill-anqas tliet sekondi, skont il-paragrafi 2.2.1.1.1. u 2.2.1.1.2. Is-sistema mbagħad għandha titpoġġa f’temperatura ambjentali ta’ 20 ± 2 °C sakemm is-silġ ikun niżel għal kollox. L-ilma m’għandux għalfejn jiġi stabbilizzat f’din it-temperatura. Il-prestazzjoni tas-sistema tal-washer tal-windskrin imbagħad għandha tiġi vverifikata billi s-sistema tiġi azzjonata skont il-paragrafi 2.2.1.1. sa 2.2.1.2.
2.2.3. Test Nru. 3. Test tal-esponiment għal ċiklu b’temperatura baxxa.
2.2.3.1. Is-sistema tal-washer tal-windskrin għandha timtela bl-ilma, tiġi mħaddma b’mod sħiħ, u titpoġġa f’temperatura ambjentali ta’ – 18 ± 3 °C għal mill-anqas erba’ sigħat sabiex il-massa totali tal-ilma fis-sistema tal-washer tiffriża. Is-sistema mbagħad għandha titpoġġa f’temperatura ambjentali ta’ 20 ± 2 °C sakemm is-silġ ikun niżel għal kollox, iżda fi kwalunkwe każ għal mhux iżjed minn erba’ sigħat. Dan iċ-ċiklu ta’ ffriżar/tniżżil tas-silġ għandu jiġi ripetut sitt darbiet. Fl-aħħar nett, meta s-sistema tal-washer tal-windskrin titpoġġa fit-temperatura ambjentali ta’ 20 ± 2 °C u s-silġ ikun niżel għal kollox, għalkemm l-ilma m’għandux għalfejn jiġi stabbilizzat f’din it-temperatura, il-prestazzjoni tal-washer tal-windskrin għandha tiġi vverifikata billi s-sistema tiġi azzjonata skont il-paragrafi 2.2.1.1. sa 2.2.1.2.
2.2.3.2. Is-sistema tal-washer tal-windskrin għandha timtela u tiġi mħaddma b’mod sħiħ bi fluwidu ta’ temperatura baxxa għall-washer tal-windskrin li jikkonsisti minn 50 % soluzzjoni ta’ metanol, jew inkella isopropil alkoħol, f’ilma bi ħruxija li ma taqbiżx 205 mg/l (Ca). Is-sistema għandha titpoġġa f’temperatura ambjentali ta’ – 18 ± 3 °C għal mill-anqas erba’ sigħat. Il-fluwidu m’għandux għalfejn jiġi stabbilizzat f’din it-temperatura. Il-prestazzjoni tas-sistema tal-washer tal-windskrin imbagħad għandha tiġi vverifikata billi s-sistema tiġi azzjonata skont il-paragrafi 2.2.1.1. sa 2.2.1.2.
2.2.4. Test Nru. 4. Test tal-esponiment għal ċiklu b’temperatura għolja.
2.2.4.1. Jekk xi parti mis-sistema tal-washer tal-windskrin tkun pożizzjonata fil-kompartiment tal-magna, is-sistema għandha timtela bl-ilma, tiġi mħaddma b’mod sħiħ, u titpoġġa f’temperatura ambjentali ta’ 80 ± 3 °C għal mill-anqas tmien sigħat. L-ilma m’għandux għalfejn jiġi stabbilizzat f’din it-temperatura. Il-prestazzjoni tas-sistema tal-washer tal-windskrin imbagħad għandha tiġi vverifikata billi s-sistema tiġi azzjonata skont il-paragrafi 2.2.1.1. sa 2.2.1.2.
2.2.4.2. Jekk l-ebda parti mis-sistema tal-washer tal-windskrin ma tkun pożizzjonata fil-kompartiment tal-magna, is-sistema għandha timtela bl-ilma, tiġi mħaddma b’mod sħiħ, u titpoġġa f’temperatura ambjentali ta’ 80 ± 3 °C għal mill-anqas tmien sigħat. L-ilma m’għandux għalfejn jiġi stabbilizzat f’din it-temperatura. Suċċessivament, is-sistema titpoġġa f’temperatura ambjentali ta’ 20 ± 2 °C. Meta t-temperatura tal-ilma tkun stabbilizzat ruħha, il-prestazzjoni tas-sistema tal-washer tal-windskrin għandha tiġi vverifikata billi s-sistema tiġi azzjonata skont il-paragrafi 2.2.1.1. sa 2.2.1.2. Wara dan, is-sistema għandha timtela bl-ilma, tiġi mħaddma b’mod sħiħ, u titpoġġa f’temperatura ambjentali ta’ 60 ± 3 °C għal mill-anqas tmien sigħat. L-ilma m’għandux għalfejn jiġi stabbilizzat f’din it-temperatura. Il-prestazzjoni tas-sistema tal-washer tal-windskrin imbagħad għandha tiġi vverifika billi s-sistema tiġi azzjonata skont il-paragrafi 2.2.1.1. sa 2.2.1.2. Inkella, il-manifattur jista’ jitlob li s-sistema tal-washer tal-windskrin tiġi ttestjata fil-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafi 2.2.4.1.
2.2.5. It-testijiet tal-washer tal-windskrin kif stipulati fil-paragrafi 2.2.1. sa 2.2.4.2. għandhom jitwettqu wara xulxin fuq l-istess sistema ta’ washer tal-windskrin. Is-sistema tista’ tiġi ttestjata kif installata fuq it-tip ta’ vettura li għaliha tkun qed tintalab l-approvazzjoni tat-tip tal-KE, jew separatament. Jekk tkun qiegħda tintalab approvazzjoni tat-tip tal-KE għal unità teknika separata, is-sistema għandha tiġi ttestjata separatament.
2.2.6. Test Nru. 5. Test tal-kapaċità tas-sistema tal-washer tal-windskrin
2.2.6.1. Is-sistema tal-washer tal-windskrin għandha timtela bl-ilma u tiġi mħaddma b’mod sħiħ. Bil-vettura wieqfa u mingħajr l-ebda effett tar-riħ sinifikanti, in-nozzle(s) jistgħu, jekk ikun possibbli, jiġu aġġustati sabiex jippuntaw lejn l-erja fil-mira fuq il-wiċċ ta’ barra tal-windskrin.
2.2.6.2. Il-wiċċ ta’ barra tal-windskrin għandu jiġi ttrattat kif preskritt fil-paragrafi 2.1.8 u 2.1.9. ta’ dan l-Anness.
2.2.6.3. Is-sistema tal-washer tal-windskrin għandha tiġi azzjonata skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur, billi jiġu kkunsidrati l-paragrafi 2.2.1.1.1 u 2.2.1.1.2. ta’ dan l-Anness. Id-dewmien totali tat-test m’għandux jaqbeż 10 ċikli kompleti ta’ tħaddim awtomatiku tas-sistema tal-wajper tal-windskrin li tkun qiegħda taħdem bil-frekwenza massima taċ-ċaqlieq.
2.2.6.4. Sabiex jiġi vverifikat li r-rekwiżiti tal-paragrafu 1.2.4. ta’ dan l-Anness ikunu ssodisfati, għandha tittieħed traċċa tal-erja mnaddfa rilevanti u tiġi mqabbla ma’ traċċa tal-erja tal-viżjoni A, kif stabbilita skont l-Appendiċi 3 tal-Anness III. Jekk l-osservatur ikun jista’ jara b’mod ċar li r-rekwiżiti jkunu ssodisfati, ma jkunx meħtieġ li jiġu ppreparati t-traċċi.
2.2.7. It-test kif stipulat fil-paragrafi 2.2.6. sa 2.2.6.4. għandu jsir dejjem fuq it-tip ta’ vettura li għaliha tkun qiegħda tintalab l-approvazzjoni tat-tip tal-KE, anki meta unità teknika separata approvata tkun installata fuq il-vettura.
Appendiċi 1
Proċedura għall-verifika tal-punt R jew il-punt ta’ referenza bilqiegħda
Il-punt R jew il-punt ta’ referenza bilqiegħda huwa stabbilit skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Anness 3 tar-Regolament tal-UNECE Nru 17 (1)
Appendiċi 2
Proċedura għall-istabbiliment tal-marki ta’ referenza primarji fis-sistema ta’ referenza tridimensjonali
Ir-relazzjonijiet dimensjonali bejn il-marki ta’ referenza primarji fuq id-disinji u l-pożizzjoni tagħhom fuq il-vettura proprja huma stabbiliti skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Anness 4 għar-Regolament tal-UNECE Nru 125 (1)
Appendiċi 3
Proċedura għall-istabbiliment tal-erjas tal-viżjoni fuq il-windskrins tal-vetturi
L-erjas tal-viżjoni A u B huma stabbiliti skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Anness 18 għar-Regolament tal-UNECE Nru 43.
Appendiċi 4
Speċifikazzjonijiet tat-taħlita tat-test għall-ittestjar tas-sistemi tal-wajper u tal-washer tal-windskrin
1. It-taħlita tat-test li saret referenza għaliha fil-paragrafu 2.1.9. tal-Anness III għandha tikkonsisti minn dan li ġej:
1.1. |
Ilma, b’toqol ta’ inqas minn 205 mg/l (Ca): 92,5 % skont il-volum. |
1.2. |
Melħ saturat fl-ilma (klorur tas-sodju), soluzzjoni: 5,0 % skont il-volum. |
1.3. |
Trab, skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-paragrafi 1.3.1. sa 1.3.2.6. hawn taħt: 2,5 % skont il-volum. |
1.3.1. Speċifikazzjonijiet tal-analiżi tat-trab tat-test
1.3.1.1. |
68 ± 1 % SiO2 skont il-massa |
1.3.1.2. |
4 ± 1 % Fe2O3 skont il-massa |
1.3.1.3. |
16 ± 1 % Al2O3 skont il-massa |
1.3.1.4. |
3 ± 1 % CaO skont il-massa |
1.3.1.5. |
1,0 ± 0,5 % MgO skont il-massa |
1.3.1.6. |
4 ± 1 % Alkali skont il-massa |
1.3.1.7. |
2,5 ± 0,5 % telf tal-ignition skont il-massa |
1.3.2. Speċifikazzjonijiet tad-distribuzzjoni tad-daqs tal-partiċelli fi trab oħxon
1.3.2.1. |
12 ± 2 % ta’ partiċella b’daqs ta’ 0 5 μm |
1.3.2.2. |
12 ± 3 % ta’ partiċella b’daqs ta’ 5 sa 10 μm |
1.3.2.3. |
14 ± 3 % ta’ partiċella b’daqs ta’ 10 sa 20 μm |
1.3.2.4. |
23 ± 3 % ta’ partiċella b’daqs ta’ 20 sa 40 μm |
1.3.2.5. |
30 ± 3 % ta’ partiċella b’daqs ta’ 40 sa 80 μm |
1.3.2.6. |
9 ± 3 % ta’ partiċella b’daqs ta’ 80 sa 200 μm |