Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010R0017

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 17/2010 tat- 8 ta’ Jannar 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 690/2008 fir-rigward tar-rikonoxximent tal-provinċja Taljana ta’ Venezja bħala żona protetta fir-rigward l- Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al .

ĠU L 7, 12.1.2010, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 13/12/2019; Impliċitament imħassar minn 32019R2072

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/17(1)/oj

12.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 7/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 17/2010

tat-8 ta’ Jannar 2010

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 690/2008 fir-rigward tar-rikonoxximent tal-provinċja Taljana ta’ Venezja bħala żona protetta fir-rigward l-Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al.

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta’ Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-pjanti u l-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2(1)(h) tagħha,

Billi:

(1)

Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 690/2008 tal-4 ta’ Lulju 2008 li jirrikonoxxi żoni protetti esposti għal riskji partikolari għas-saħħa tal-pjanti fil-Komunità (2), ċerti Stati Membri jew ċerti żoni fi Stati Membri ġew rikonoxxuti bħala żoni protetti fir-rigward ta’ ċerti organiżmi dannużi.

(2)

Permezz tar-Regolament (KE) Nru 690/2008 ċerti partijiet tar-reġjun tal-Veneto fl-Italja ġew rikonoxxuti bħala żona protetta fir-rigward tal-organiżmu dannuż Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al. sal-31 ta’ Marzu 2010.

(3)

Wara osservazzjonijiet dwar il-preżenza ta’ dak l-organiżmu dannuż f’ċerti partijiet tar-reġjun tal-Veneto li saru mill-Kummissjoni waqt spezzjoni fl-Italja mill-31 ta’ Awwissu sal-11 ta’ Settembru 2009, l-Italja infurmat lill-Kummissjon fit-23 ta’ Ottubru 2009 dwar ir-riżultati tal-aħħar stħarriġ li twettaq fir-reġjun tal-Veneto fir-rigward tal-preżenza ta’ dak l-organiżmu dannuż f’Settembru u Ottubru 2009. Ir-riżultati ta’ dan l-aħħar stħarriġ juru li fil-provinċja ta’ Venezja hemm 14-il post fejn dak l-organiżmu dannuż feġġ tal-anqas għall-perjodu ta’ dawn l-aħħar tliet snin konsekuttivi minkejja l-miżuri ta’ eradikazzjoni li ttieħdu mill-awtoritajiet Taljani. Għaldaqstant, dawk il-miżuri wrew li kienu ineffettivi.

(4)

Ir-riżultati tal-aktar stħarriġ riċenti ġew diskussi matul il-laqgħa tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti fid-19-20 ta’ Ottubru 2009. Ġie konkluż li l-Erwinia amylovora (Burr.) Wins. et al. għandha titqies bħala stabbilita fil-provinċja ta’ Venezja. Għalhekk, dik il-provinċja m’għandhiex tibqa’ tiġi rrikonoxxuta bħala żona protetta fir-rigward ta’ dak l-organiżmu dannuż.

(5)

Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 690/2008 għandu jiġi emendat skont dan.

(6)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fit-tieni kolonna tal-punt 2 tal-intestatura (b) tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 690/2008, it-tieni inċiż jinbidel b’dan li ġej:

“—

u, sal-31 ta’ Marzu 2010, l-Irlanda, l-Italja (Pulja, Emilja-Romanja (il-provinċji ta’ Parma u Pjaċenza), il-Lombardija (għajr il-provinċja ta’ Mantova), il-Veneto (għajr il-provinċji ta’ Rovigo u Venezja, il-komuni ta’ Castelbaldo, Barbona, Pjaċenza d’Adige, Vescovana, S. Urbano, Boara Pisani u Masi fil-provinċja ta’ Padova u ż-żona li tinsab fin-Nofsinhar tal-awtostrada A4 fil-provinċja ta’ Verona), il-Litwanja, is-Slovenja (għajr ir-reġjuni ta’ Gorenjska, Koroška, Maribor u Notranjska), is-Slovakkja (għajr il-komuni ta’ Blahová, Horné Mýto u Okoč (il-Kontea ta’ Dunajská Streda), Hronovce u Hronské Kľačany (il-Kontea ta’ Levice), Málinec (il-Kontea ta’ Poltár), Hrhov (il-Kontea ta’ Rožňava), Veľké Ripňany (il-Kontea ta’ Topoľčany), Kazimír, Luhyňa, Malý Horeš, Svätuše u Zatín (il-Kontea ta’ Trebišov)”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, it-8 ta’ Jannar 2010.

Għall-Kummissjoni

José Manuel BARROSO

Il-President


(1)  ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1.

(2)  ĠU L 193, 22.7.2008, p. 1.


Top