Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010R0007

    Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 7/2010 tat- 22 ta’ Diċembru 2009 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta' kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2505/96

    ĠU L 3, 7.1.2010, p. 1–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2013; Imħassar b' 32013R1388

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/7(1)/oj

    7.1.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 3/1


    REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 7/2010

    tat-22 ta’ Diċembru 2009

    li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta' kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2505/96

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 31 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Billi:

    (1)

    Il-produzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta' ċerti prodotti agrikoli u industrijali mhijiex biżżejjed biex tlaħħaq mal-ħtiġijiet speċifiċi tal-industriji li jagħmlu użu minnhom fl-Unjoni. Bħala konsegwenza, il-provvisti tal-Unjoni ta' dawn il-prodotti jiddipendu konsiderevolament fuq l-importazzjoni minn pajjiżi terzi. Ir-rekwiżiti l-aktar urġenti tal-Unjoni għal dawn il-prodotti kkonċernati għandhom jintlaħħqu immedjatament fuq termini l-aktar favorevoli. Il-kwoti tariffarji tal-Unjoni b'rati ta’ dazju preferenzjali għandhom għalhekk ikunu miftuħa fi ħdan il-limiti tal-volumi xierqa b’kunsiderazzjoni għall-ħtieġa li ma jkunux imfixxkla s-swieq ta' prodotti bħal dawn jew ikun ostakolat l-istabbiliment jew l-iżvilupp tal-produzzjoni tal-Unjoni.

    (2)

    Huwa neċessarju li jiġi żgurat, għall-impurtaturi kollha tal-Unjoni, l-aċċess ugwali u mingħajr waqfien għal dawk il-kwoti, u li tiġi żgurata l-applikazzjoni mhux interrotta tar-rati stipulati għall-kwoti tal-importazzjonijiet kollha fir-rigward tal-prodotti kkonċernati ġewwa l-Istati Membri kollha sa meta jkunu ġew eżawriti l-kwoti.

    (3)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (1) jipprevedi sistema ta' ġestjoni għall-kwoti tariffarji li ssegwi l-ordni kronoloġika tad-dati tal-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjonijiet tar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera. Il-kwoti tariffarji miftuħa b'dan ir-Regolament għandhom jiġu amministrati mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri b’konformità ma’ dik is-sistema.

    (4)

    Il-volumi tal-kwoti huma fil-biċċa l-kbira tagħhom espressi f’tunnellati Għal ċerti prodotti li għalihom infetħu kwoti tariffarji awtonomi l-volum tal-kwota ġie stipulat f’unità ta’ kejl oħra. Fil-każ li l-ebda unità ta' kejl supplimentari ma ġiet stipulata għal dawk il-prodotti fin-Nomeklatura Magħquda stabbilita fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (2), jista' jkun hemm inċertezza fir-rigward tal-unità ta' kejl li għandha tintuża. Minħabba raġunijiet ta' ċarezza u fl-interess ta' ġestjoni tal-kwoti aħjar, huwa għalhekk neċessarju li jkun provdut li, sabiex jittieħed benefiċċju mill-kwoti tariffarji awtonomi msemmijin, il-kwantità eżatta tal-prodotti importati tiġi inserita fid-dikjarazzjoni ta' rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa bl-użu tal-unità ta' kejl tal-ammont tal-kwota stabbilità għal dawk il-prodotti fl-Anness tar-Regolament.

    (5)

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2505/96 tal-20 ta’ Diċembru 1996 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali (3) ġie emendat bosta drabi. Fl-interess tat-trasparenza għandu għalhekk jitħassar u jiġi sostitwit fl-intier tiegħu.

    (6)

    Il-miżuri neċessarji għall-adozzjoni ta' emendi f’dan ir-Regolament derivanti mill-emendi fin-Nomenklatura Magħquda u fil-kodiċi TARIC għandhom ikunu adottati b’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni (4).

    (7)

    Ladarba l-kwoti tat-tariffi għandhom jidħlu fis-seħħ mill-1 ta’ Jannar 2010, dan ir-Regolament għandu jibda japplika mill-istess data u jidħol fis-seħħ immedjatament,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Għall-prodotti elenkati fl-Anness huma b’dan miftuħa kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni li fi ħdanhom se jkunu sospiżi dazji tat-Tariffa Doganali Komuni għall-perjodi, bir-rati tad-dazju, u sal-volumi indikati fih.

    Artikolu 2

    Il-kwoti tat-tariffi msemmijin fl-Artikolu 1 għandhom ikunu ġestiti mill-Kummissjoni skont l-Artikoli 308a, 308b u 308c tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

    Artikolu 3

    Fejn tiġi ppreżentata dikjarazzjoni ta' rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa fir-rigward ta’ prodott imsemmi f’dan ir-Regolament, li għalih il-volum tal-kwota huwa espress f’unità ta’ kejl diversa mill-piż f’tunnellati jew f’kilogrammi u diversa mill-valur, għal prodotti li għalihom l-ebda unità supplimentari ma ġiet stabbilità fin-Nomenklatura Magħquda stabbilità fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, il-kwantità eżatta tal-prodotti importati għandha tiddaħħal fil-“Kaxxa 41: Unitajiet supplimentari” ta' dik id-dikjarazzjoni bl-użu tal-unità ta' miżura tal-ammont tal-kwota għal dawk il-prodotti stabbiliti fl-Anness ta' dan ir-Regolament

    Artikolu 4

    L-emendi u l-adattazjonijiet tekniċi derivanti mill-emendi fin-Nomenklatura Magħquda u fil-kodiċi TARIC għandhom ikunu adottati mill-Kummissjoni konformement mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 5(2).

    Artikolu 5

    1.   Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat ta’ Kodiċi Doganali stabbilit bl-Artikolu 247a tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

    2.   Fejn isir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

    Il-perjodu ta’ żmien stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta’ tliet xhur.

    Artikolu 6

    Ir-Regolament (KE) Nru 2505/96 huwa b'dan imħassar.

    Artikolu 7

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2010.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Diċembru 2009

    Għall-Kunsill

    Il-President

    A. CARLGREN


    (1)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.

    (2)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

    (3)  ĠU L 345, 31.12.1996, p. 1.

    (4)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.


    ANNESS

    Nru ta’ l-Ordni

    Il-kodiċi tan-NM

    TARIC

    Deskrizzjoni

    Il-perjodu tal-kwota

    L-ammont tal-kwota

    Il-kwota tad-dazji (%)

    09.2849

    ex 0710 80 69

    10

    Faqqiegħ ta’ l-ispeċi Auricularia polytricha (mhux imsajjar jew imsajjar bil-fwar jew bit-tgħollija), iffriżat, għall-produzzjoni ta’ l-ikliet ippreparati minn qabel (1)  (2)

    1.1.-31.12.

    700 tunnellata

    0  %

    09.2913

    ex 2401 10 35

    91

    Tabakk naturali mhux ipproċessat, kemm jekk imqatta’ għal daqs regolari, kif ukoll jekk le, b’valur doganali ta’ mhux anqas minn 450 euro kull 100 kg piż nett, għall-użu bħala binder jew imballaġġ għall-manifattura ta’ oġġetti li jaqgħu taħt is-sottointestatura 2402 10 00  (1)

    1.1-31.12.

    6 000 tunnellata

    0  %

    ex 2401 10 70

    10

    ex 2401 10 95

    11

    ex 2401 10 95

    21

    ex 2401 10 95

    91

    ex 2401 20 35

    91

    ex 2401 20 70

    10

    ex 2401 20 95

    11

    ex 2401 20 95

    21

    ex 2401 20 95

    91

    09.2841

    ex 2712 90 99

    10

    Taħlita ta’ 1-alkenes li fihom 80 % tal-piż jew aktar ta’ 1-alkenes b’tul tal-katina ta’ 20 u 22 atomu tal-karbonju

    1.1.-31.12.

    10 000 tunnellata

    0  %

    09.2703

    ex 2825 30 00

    10

    Ossidi u idrossidi tal-vanadju esklussivament għall-użu fil-ligi (1)

    1.1.-31.12.

    13 000 tunnellata

    0  %

    09.2806

    ex 2825 90 40

    30

    Trijossidu tat-tangsten, inkl. ossidu tat-tangst. blu

    1.1.-31.12.

    12 000 tunnellata

    0  %

    09.2611

    ex 2826 19 90

    10

    Fluworidu tal-kalċju li fih kontenut totali ta’ aluminju, manjeżju u sodju ta’ 0,25 mg/kg jew anqas, fil-forma ta’ trab

    1.1.-31.12.

    55 tunnellata

    0  %

    09.2837

    ex 2903 49 80

    10

    Bromoklorometanu

    1.1.-31.12.

    600 tunnellata

    0  %

    09.2933

    ex 2903 69 90

    30

    1,3-Dichlorobenzene

    1.1.-31.12.

    2 600 tunnellata

    0  %

    09.2950

    ex 2905 59 98

    10

    2-Kloroetanol, għall-manifattura ta’ tijoplasti likwidi tas-sottointestatura 4002 99 90  (1)

    1.1.-31.12.

    15 000 tunnellata

    0  %

    09.2851

    ex 2907 12 00

    10

    O-Cresol b’purezza ta’ mhux anqas minn 98.5 % tal-piż

    1.1.-31.12.

    20 000 tunnellata

    0  %

    09.2767

    ex 2910 90 00

    80

    Allyl glycidyl ether

    1.1.-31.12.

    2 500 tunnellata

    0  %

    09.2624

    2912 42 00

     

    Ethylvanillin (3-ethoxy-4-hydroxybenzaldehyde)

    1.1.-31.12.

    600 tunnellata

    0  %

    09.2972

    2915 24 00

     

    Anidride aċetiku

    1.1.-31.12.

    20 000 tunnellata

    0  %

    09.2769

    ex 2917 13 90

    10

    Dimethyl sebacate

    1.1.-31.12.

    1 300 tunnellata

    0  %

    09.2634

    ex 2917 19 90

    40

    Aċidu dodekanedjojku, ta’ purezza b’piż ta’ aktar minn 98,5 %

    1.1.-31.12.

    4 600 tunnellata

    0  %

    09.2808

    ex 2918 22 00

    10

    Aċtu o-aċetisaliċiliku

    1.1.-31.12.

    120 tunnellata

    0  %

    09.2975

    ex 2918 30 00

    10

    Benzophenone-3,3’,4,4’-tetracarboxylic dianhydride

    1.1.-31.12.

    1 000 tunnellata

    0  %

    09.2632

    ex 2921 22 00

    10

    Eksametilenediammina

    1.1.-31.12.

    35 000 tunnellata

    0  %

    09.2602

    ex 2921 51 19

    10

    o-Phenylenediamine

    1.1.-31.12.

    1 800 tunnellata

    0  %

    09.2977

    2926 10 00

     

    Akrilonitrile

    1.1.-31.12.

    30 000 tunnellata

    0  %

    09.2002

    ex 2928 00 90

    30

    Phenylhydrazine

    1.1.-31.12.

    1 000 tunnellata

    0  %

    09.2917

    ex 2930 90 13

    90

    Ċistina

    1.1.-31.12.

    600 tunnellata

    0  %

    09.2603

    ex 2930 90 99

    79

    Bis(3-triethoxysilylpropyl)tetrasulfide

    1.1.-31.12.

    9 000 tunnellata

    0  %

    09.2810

    2932 11 00

     

    Tetraidrofuran

    1.1-31.12.

    20 000 tunnellata

    0  %

    09.2955

    ex 2932 19 00

    60

    Flurtamone (ISO)

    1.1.-31.12.

    300 tunnellata

    0  %

    09.2812

    ex 2932 29 85

    77

    Hexan-6-olide

    1.1.-31.12.

    4 000 tunnellata

    0  %

    09.2615

    ex 2934 99 90

    70

    Aċidu ribonuklejku

    1.1.-31.12.

    110 tunnellata

    0  %

    09.2945

    ex 2940 00 00

    20

    D-Xylose

    1.1.-31.12.

    400 tunnellata

    0  %

    09.2908

    ex 3804 00 00

    10

    Linjosulfonat tas-sodju

    1.1.-31.12.

    40 000 tunnellata

    0  %

    09.2889

    3805 10 90

     

    Termentina tas-sulfat

    1.1.-31.12.

    20 000 tunnellata

    0  %

    09.2935

    ex 3806 10 00

    10

    Resin u aċidi tar-resin miksuba minn oleoresins friski

    1.1.-31.12.

    280 000 tunnellata

    0  %

    09.2814

    ex 3815 90 90

    76

    Katalizzatur magħmul mid-dijossidu tat-titanju u t-tijossidu tat-titanju

    1.1.-31.12.

    1 600 tunnellata

    0  %

    09.2829

    ex 3824 90 97

    19

    Estratt solidu ta’ materjal residwu li ma jinħallx f’solventi alifatiċi miksuba matul l-estrazzjoni tar-resin mill-injam, li għandu l-karatteristiċi li ġejjin:

    kontenut ta’ l-aċidu tar-reżin li ma jaqbiżx it-30 % tal-piż,

    numru ta’ l-aċidu li ma jaqbiżx il-110,

    u

    punt tat-tidwib ta’ 100 °C jew aktar

    1.1.-31.12.

    1 600 tunnellata

    0  %

    09.2914

    ex 3824 90 97

    26

    Soluzzjoni ta’ l-ilma li fiha mhux inqas minn 40 % tal-piż ta’ estratt niexef tal-betaina u bejn 5 % u 30 % tal-piż ta’ mluħ organiċi jew inorganiċi

    1.1.-31.12.

    5 000 tunnellata

    0  %

    09.2986

    ex 3824 90 97

    76

    Taħlita ta’ amines terzjarji li fihom:

    60 % jew aktar tal-piż dodecyldimethylamine

    20 % jew aktar tal-piż dimethyl(tetradecyl)amine,

    0,5 % jew aktar tal-piż hexadecyldimethylamine,

    għall-użu fil-produzzjoni ta’ ossidi amini (1)

    1.1.-31.12.

    14 315 tunnellata

    0  %

    09.2907

    ex 3824 90 97

    86

    Taħlita ta’ fitosteroli, fi trab, li fihom, bil-piż:

    75 % jew aktar ta steroli,

    mhux aktar minn 25 % ta’ stanoli,

    użati bħala materja prima għall-esteri ta’ l-istanoli/steroli (1)

    1.1.-31.12.

    2 500 tunnellata

    0  %

    09.2140

    ex 3824 90 97

    98

    Taħlita ta’ amines terzjarji li fihom, skond il-piż:

    2.0-4.0 % ta’ N,N-dimethyl-1-octanamine

    minimu ta’ 94 % N,N-dimethyl-1-decanamine

    massimu ta’ 2 % N,N-dimethyl-1-dodecanamine

    1.1.-31.12.

    4 500 tunnellata

    0  %

    09.2992

    ex 3902 30 00

    93

    Propylene-butylene copolymer, b’kontenut fil-piż ta’ mhux anqas ta’ 60 % iżda mhux aktar minn 68 % ta’ propylene u mhux anqas minn 32 % iżda mhux aktar minn 40 % ta’ butylene, b’viskożità tat-tidwib li ma taqbiżx it-3 000 mPa f’190 °C, kif determinat mill-metodu ASTM D 3236, għall-użu bħala adeżiv fil-manifattura ta’ prodotti li jaqgħu taħt is-sottointestatura 4818 40  (1)

    1.1.-31.12.

    1 000 tunnellata

    0  %

    09.2947

    ex 3904 69 90

    95

    Poly(vinylidene fluoride), fil-forma ta’ trab, għall-preparazzjoni ta’ żebgħa jew verniċ għall-kisi tal-metall (1)

    1.1.-31.12.

    1 300 tunnellata

    0  %

    09.2604

    ex 3905 30 00

    10

    Poly(vinyl alcohol) parzjalment aċetalizzat b’ 5-(4-azido-2-sulfobenzylidene)-3-(formylpropyl)-rhodanine, melħ tas-sodju

    1.1.-31.12.

    100 tunnellata

    0  %

    09.2616

    ex 3910 00 00

    30

    Polydimethylsiloxane b’livell ta’ polimerizzazzjoni ta’ 2 800 monomer unit (± 100)

    1.1.-31.12.

    1 300 tunnellata

    0  %

    09.2816

    ex 3912 11 00

    20

    Frak ta’ l-aċetat taċ-ċellulożju għall-użu fil-manifattura ta’ fjokki ta’ l-aċetat taċ-ċellulożju (1)

    1.1.-31.12.

    37 000 tunnellata

    0  %

    09.2807

    ex 3913 90 00

    86

    Sodju jaluronat mhux sterili

    1.1.-31.12.

    110 000 g

    0  %

    09.2813

    ex 3920 91 00

    94

    Film koestruż bi tliet saffi magħmul minn butiral tal-polivinil mingħajr faxx ta’ kulur sfumat li fih bħala kontenut bil-piż 29 % jew iżjed, iżda li ma jaqbiżx il-31 % ta’ 2,2’-ethylenedioxydiethyl bis(2-ethylhexanoate) li jintuża bħala plastifikant

    1.1.-31.12.

    2 000 000 m2

    0  %

    09.2818

    ex 6902 90 00

    10

    Briks li jirreżistu s-sħana:

    b’tarf li għandu tul ta’ aktar minn 300 mm u

    kontenut f’piż ta’ TiO2 ta’ mhux aktar minn 1 % u

    kontenut f’piż ta’ Al2O3 ta’ mhux aktar minn 0,4 % u

    varjazzjoni fil-volum ta’ anqas minn 9 % f’1 700  °C

    1.1.-31.12.

    75 tunnellata

    0  %

    09.2815

    ex 6909 19 00

    70

    Irfid għal katalizzaturi jew filtri, li jikkonsistu f’biċċiet porużi taċ-ċeramika, minn taħlita ta’ ossidu ta’ aluminju u titanju, b’volum totali ta’ mhux aktar minn 65 litru u mill-inqas kanal wieħed (miftuħ fuq naħa waħda jew tnejn) f’kull cm2 tal-wiċċ tas-sezzjoni trasversali

    1.1.-31.12.

    380 000 unitajiet

    0  %

    09.2628

    ex 7019 52 00

    10

    Xibka tal-ħġieġ minsuġa minn fibri tal-ħġieġ miksija bil-plastik, b’piż ta’ 120 g/m2 (± 10 g/m2), tat-tip li jintuża fir-rolling insect screens bil-qafas fiss

    1.1.-31.12.

    350 000 m2

    0  %

    09.2799

    ex 7202 49 90

    10

    Ferro-kromju li fih 1,5 % jew aktar iżda mhux aktar minn 4 % tal-piż f’karbonju u mhux aktar minn 70 % ta’ kromju

    1.1.-31.12.

    50 000 tunnellata

    0  %

    09.2629

    ex 7616 99 90

    85

    Manku teleskopiku ta’ l-aluminju għall-użu fil-manifattura tal-bagalji (1)

    1.1.-31.12.

    240 000 unitajiet

    0  %

    09.2763

    ex 8501 40 80

    30

    Mutur kommutatur elettriku AC, monofażi, b’rendiment ta’ aktar minn 750 W, u input enerġetiku ta’ aktar minn 1 600 W imma mhux aktar minn 2 700 W, dijametru estern ta’ aktar minn 120 mm (± 0,2 mm) imma mhux aktar minn 135 mm (± 0,2 mm), b’rata ta’ veloċità ta’ aktar minn 30 000 rpm imma mhux aktar minn 50 000 rpm, mgħammar b’ventilatur għall-ajra, għall-użu fil-produzzjoni tal-vacuum cleaners (1)

    1.1.-31.12.

    2 000 000 unitajiet

    0  %

    09.2633

    ex 8504 40 81

    30

    Adapter tal-elettriku, b’kapaċità ta’ mhux aktar minn 1 kVA, biex jintuża fil-manifattura ta’ apparat li jneħħi x-xagħar (1)

    1.1.-31.12.

    4 500 000 unitajiet

    0  %

    09.2620

    ex 8526 91 20

    20

    Assemblaġġ għal sistemi GPS b’funzjoni ta’ determinazzjoni tal-pożizzjoni

    1.1.-31.12.

    3 000 000 unitajiet

    0  %

    09.2003

    ex 8543 70 90

    63

    Ġeneratur tal-frekwenzi kkontrollat bil-vultaġġ, li jikkonsisti f’elementi attivi u passivi mmuntati fuq ċirkwit stampat miżmum ġewwa qafas li d-dimensjonijiet ta’ barra tiegħu mhux aktar minn 30 x 30 mm

    1.1.-31.12.

    1 400 000 unitajiet

    0  %

    09.2631

    ex 9001 90 00

    80

    Lentijiet, priżmi u elementi inkullati għall-użu fil-manifattura ta’ prodotti tal-kodiċijiet NM 9005 , 9013 u 9015  (1)

    1.1.-31.12.

    5 000 000 unitajiet

    0  %


    (1)  L-eżenzjoni minn jew tnaqqis fid-dazji tad-dwana għandhom ikunu soġġetti għall-kondizzjonijiet stabbiliti fid-disposizzjonijiet rilevanti tal-Unjoni bil-ħsieb ta ’kontroll tad-dwana ta’ l-użu ta ’oġġetti bħal dawn (ara l-Artikoli 291 sa 300 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 ( ĠU L 253, 11. 10. 1993, p. 1)).

    (2)  Madankollu, il-miżura mhijiex permessa fejn l-ipproċessar isir mill-istabbilimenti li jbiegħu bl-imnut jew tal-catering.


    Top