Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010L0022

    Direttiva tal-Kummissjoni 2010/22/UE tal- 15 ta’ Marzu 2010 li temenda, għall-għanijiet tal-adattament tagħhom għall-progress tekniku, id-Direttivi tal-Kunsill 80/720/KEE, 86/298/KEE, 86/415/KEE u 87/402/KEE u d-Direttivi 2000/25/KE u 2003/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ tratturi agrikoli jew forestali (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    ĠU L 91, 10.4.2010, p. 1–68 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2015; Imħassar b' 32013R0167

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2010/22/oj

    10.4.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 91/1


    DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2010/22/UE

    tal-15 ta’ Marzu 2010

    li temenda, għall-għanijiet tal-adattament tagħhom għall-progress tekniku, id-Direttivi tal-Kunsill 80/720/KEE, 86/298/KEE, 86/415/KEE u 87/402/KEE u d-Direttivi 2000/25/KE u 2003/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ tratturi agrikoli jew forestali

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 80/720/KEE tal-24 ta’ Ġunju 1980 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jirrigwardaw l-ispazju għall-immanuvrar, l-aċċess għall-pożizzjoni tas-sewqan u l-bibien u t-twieqi ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija (1), b’mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 86/298/KEE tas-26 ta’ Mejju 1986 dwar strutturi mwaħħla fuq wara ta’ tratturi agrikoli jew forestali (2) tat-tip narrow-tracked bħala protezzjoni fil-każ li jinqalbu, u b’mod partikolari l-Artikolu 12 tagħha,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 86/415/KEE tal-24 ta’ Lulju 1986 dwar l-istallazzjoni, il-post, l-operazzjoni u l-identifikazzjoni tal-kontrolli ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 4 tagħha,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 87/402/KEE tal-25 ta’ Ġunju 1987 dwar strutturi mwaħħla fuq wara ta’ tratturi agrikoli jew forestali tat-tip narrow-tracked bħala protezzjoni fil-każ li jinqalbu (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 11 tagħha,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/25/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2000 dwar l-azzjoni li għandha tittieħed kontra l-emissjonijiet ta’ inkwinanti ta’ gass u partikolati minn magni għat-tmexxija ta’ tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 74/150/KEE (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tagħha,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2003/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija, il-karrijiet tagħhom u makkinarju tal-irmonk u li jista’ jinbidel, flimkien mas-sistemi, komponenti u unitajiet separati tekniċi tagħhom u li tħassar id-Direttiva 74/150/KEE (6), u b’mod partikolari l-punti (a) u (b) tal-Artikolu 19(1) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Fir-rigward tad-Direttiva 80/720/KEE, jixraq li jiġi ċċarat liema twieqi jistgħu jiġu allokati bħala ħruġ ta’ emerġenza.

    (2)

    Fir-rigward tad-Direttiva 86/415/KEE, biex titjieb is-sikurezza tat-tratturi jixraq li jiġu speċifikati kundizzjonijiet ta’ sikurezza għall-kontrolli esterni tal-veloċità rotazzjonali ta’ tluq (power take-off).

    (3)

    Fir-rigward tad-Direttiva 86/415/KEE, l-użu ta’ stampi skont l-istandards ISO 3767-1:1996 u ISO 3767-2:1996 bħala simboli għall-kontrolli għandhom jiġu permessi biex jadattaw l-istandards Komunitarji għall-istandards applikati fil-qafas tal-kontrolli ta’ tratturi bir-roti agrikoli jew forestali mad-dinja kollha.

    (4)

    Fir-rigward tad-Direttiva 2000/25/KE, ċerti indikazzjonijiet addizzjonali għandhom jiġu speċifikati biex ikunu konsistenti mal-introduzzjoni ta’ ċerti limiti fl-istadji (IIIA, IIIB u IV), introdotti mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/13/KE (7).

    (5)

    Fir-rigward tad-Direttiva 2003/37/KE, għandu jiġi inkluż kliem iktar preċiż dwar ċerti punti fid-dokumenti ta’ informazzjoni, għal raġunijiet ta’ ċarezza.

    (6)

    Fir-rigward tad-Direttivi 2003/37/KE, 86/298/KE u 87/402/KEE, fid-dawl tal-fatt li d-Deċiżjoni OECD C(2005) 1 tal-Kunsill tal-OECD ġiet emendata dan l-aħħar bid-Deċiżjoni C(2008) 128 ta’ Ottubru 2008, jixraq li jiġu aġġornati r-referenzi għall-kodiċijiet OECD. Għal raġunijiet ta’ ċertezza legali jeħtieġ li jiġu inklużi t-testi rilevanti ta’ dawn id-dokumenti OECD fid-Direttivi.

    (7)

    Id-Direttivi 80/720/KEE, 86/298/KEE, 86/415/KEE, 87/402/KEE, 2000/25/KE u 2003/37/KE għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan.

    (8)

    Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilita skont l-Artikolu 20(1) tad-Direttiva 2003/37/KE,

    ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    Emendi għad-Direttiva 80/720/KEE

    Id-Direttiva 80/720/KEE hija emendata skont l-Anness I ta’ din id-Direttiva.

    Artikolu 2

    Emenda għad-Direttiva 86/298/KEE

    Id-Direttiva 86/298/KEE hija emendata skont l-Anness II ta’ din id-Direttiva.

    Artikolu 3

    Emenda għad-Direttiva 86/415/KEE

    Id-Direttiva 86/415/KEE hija emendata skont l-Anness III ta’ din id-Direttiva.

    Artikolu 4

    Emenda għad-Direttiva 87/402/KEE

    Id-Direttiva 87/402/KEE hija emendata skont l-Anness IV ta’ din id-Direttiva.

    Artikolu 5

    Emenda għad-Direttiva 2000/25/KE

    Id-Direttiva 2000/25/KE hija emendata skont l-Anness V ta’ din id-Direttiva.

    Artikolu 6

    Emenda għad-Direttiva 2003/37/KE

    Id-Direttiva 2003/37/KE hija emendata kif ġej:

    1.

    fl-Artikolu 12(4), il-kliem “bulettin tat-test” huma sostitwiti bil-kliem “rapport tat-test”

    [jikkonċerna biss il-verżjoni bl-Ingliż];

    2.

    l-Annessi I u II huma emendati skont l-Anness VI ta’ din id-Direttiva.

    Artikolu 7

    Traspożizzjoni

    1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard mit-30 ta’ April 2011 il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jgħaddu t-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet mingħajr dewmien lill-Kummissjoni.

    Huma għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Mejju 2011, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 5 li għandhom japplikaw mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva. Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir din ir-referenza.

    2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-kamp kopert minn din id-Direttiva.

    Artikolu 8

    Dħul fis-seħħ

    Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 9

    Id-destinarji

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Marzu 2010.

    Ghall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 194, 28.07.1980, p. 1.

    (2)  ĠU L 186, 8.7.1986, p. 26.

    (3)  ĠU L 240, 26.8.1986, p. 1.

    (4)  ĠU L 220, 8.8.1987, p. 1.

    (5)  ĠU L 173, 12.7.2000, p. 1.

    (6)  ĠU L 171, 9.7.2003, p. 1.

    (7)  ĠU L 55, 1.3.2005, p. 35.


    ANNESS I

    Emendi għad-Direttiva 80/720/KEE

    L-Anness I tad-Direttiva 80/720/KEE huwa emendat kif ġej:

    1.

    Il-Punt III.4 huwa mħassar;

    2.

    Fil-punt III.5 jiżdied is-subparagrafu li ġej:

    “Kull tieqa ta’ daqs suffiċjenti tista’ tiġi allokata bħala ħruġ ta’ emerġenza jekk dawn ikunu magħmula minn ħġieġ li jista’ jitkisser permezz ta’ għodda pprovduta fil-kabina għal dak il-għan. Il-ħġieġ li jissemma fl-Appendiċi 3, 4, 5, 6 u 7 tal-ANNESS III B tad-Direttiva tal-Kunsill 89/173/KEE (*) mhuwiex ikkunsidrat li huwa ħġieġ li jista’ jitkisser għall-fini ta’ din id-Direttiva.

    (*)  ĠU L 67, 10.3.1989, p. 1.”"



    ANNESS II

    Emendi għad-Direttiva 86/298/KEE

    Id-Direttiva 86/298/KEE hija emendata kif ġej:

    1.

    Fl-Anness I, il-punt 1 jinbidel b’dan li ġej:

    “1.

    Id-definizzjonijiet u r-rekwiżiti tal-punt 1 tal-Kodiċi 7 (*) tad-Deċiżjoni OECD C(2008) 128 ta’ Ottubru 2008, għajr għall-punt 1.1 (Tratturi agrikoli u forestali), għandhom japplikaw, u jinqraw kif ġej:

    ‘1.   Definizjonijiet

    1.1   [mhux applikabbli]

    1.2   Struttura Protettiva fil-Każ ta’ Qlib (ROPS)

    Struttura ta’ protezzjoni fil-każ ta’ qlib (kabina ta’ sikurezza jew qafas), minn issa ’il quddiem imsejħa ‘struttura ta’ protezzjoni’, tfisser l-istruttura fuq trattur li l-iskop essenzjali tagħha huwa li jiġu evitati jew limitati riskji lix-xufier li jirriżultaw minn qlib tat-trattur waqt użu normali.

    L-istruttura protettiva fil-każ ta’ qlib hija kkaratterizzata minn li jitħalla post għal żona ta’ spazju ħieles kbira biżżejjed biex tipproteġi lis-sewwieq meta jkun bil-qiegħda jew fl-involukru tal-istruttura jew fi ħdan spazju magħluq minn għadd ta’ linji dritti mit-truf ta’ barra tal-istruttura għal kwalunkwe parti tat-trattur li tista’ tiġi f’kuntatt ma’ art ċatta u li tkun kapaċi terfa’ lit-trattur f’din il-pożizzjoni jekk it-trattur jinqaleb.

    1.3   Trekk

    1.3.1   Definizzjoni preliminari: wiċċ medjan tar-rota

    Il-wiċċ medjan tar-rota huwa ekwidistanti miż-żewġ uċuħ li jkollhom il-periferija tar-rimmijiet fit-truf ta’ barra tagħhom.

    1.3.2   Definizzjoni ta’ trekk

    Il-wiċċ vertikali minn ġol-fus tar-rota jaqsam minn naħa għal oħra l-wiċċ medjan tagħha tul linja dritta li tiltaqa’ mal-wiċċ li jerfa’ f’xi punt. Jekk A u B huma ż-żewġ punti hekk iddefiniti għar-roti fuq l-istess fus tat-trattur, il-wisa’ tat-trekk hija d-distanza bejn il-punti A u B. It-trekk tista’ tiġi ddefinita b’dan il-mod kemm għar-roti ta’ quddiem kif ukoll ta’ wara. Fejn hemm żewġ roti tewmin, it-trekk hija d-distanza bejn żewġ uċuħ b’kull wieħed minnhom bħala l-wiċċ medjan tal-pari tar-roti.

    1.3.3   Definizzjoni addizzjonali: wiċċ medjan tat-trattur

    Jittieħdu l-pożizzjonijiet estremi tal-punti A u B għall-fus ta’ wara tat-trattur, li huwa l-akbar valur possibbli għat-trekk. Il-wiċċ vertikali f’angolu rett mal-linja AB fil-punt ċentrali tagħha huwa l-wiċċ medjan tat-trattur.

    1.4   Bażi tar-rota

    Id-distanza bejn l-uċuħ vertikali għaddejjin miż-żewġ linji AB kif iddefinit hawn fuq, waħda għar-roti ta’ quddiem u waħda għar-roti ta’ wara.

    1.5   Determinazzjoni tal-punt tal-indiċi tas-sit; Aġġustament tas-sit għat-test

    1.5.1   Il-punt tal-indiċi tas-sit (SIP)  (**)

    Il-punt tal-indiċi tas-sit għandu jkun iddeterminat skont l-ISO 5353:1995

    1.5.2   Post tas-sit u aġġustament għat-test

    1.5.2.1

    fejn l-inklinazzjoni tad-dar u l-wiċċ tas-sit tkun aġġustabbli, dawn iridu jkunu aġġustati sabiex il-punt tal-indiċi tas-sit ikun fil-pożizzjoni ta’ wara l-aktar wieqfa;

    1.5.2.2

    fejn is-sit ikun mgħammar b’sistema ta’ molol, din trid tingħalaq nofs triq, sakemm dan ma jkunx kontra l-istruzzjonijiet stabbiliti b’mod ċar mill-manifattur tas-sit.

    1.5.2.3

    fejn l-pożizzjoni tas-sit hija aġġustabbli fit-tul u vertikalment biss, l-assi lonġitudinali li jgħaddi mill-punt tal-indiċi tas-sit għandu jkun parrallel mal-wiċċ vertikali lonġitudinali tat-trattur li jgħaddi miċ-ċentru tal-istering u mhux aktar minn 100 mm minn dan il-wiċċ.

    1.6   Żona ta’ spazju ħieles

    1.6.1   Wiċċ ta’ referenza

    Iż-żona ta’ spazju ħieles tidher fil-Figuri 7.1 u 7.2. Iż-żona hija ddefinita f’rapport mal-wiċċ ta’ referenza u l-punt tal-indiċi tas-sit (SIP). Il-wiċċ ta’ referenza huwa wiċċ vertikali, ġeneralment lonġitudinali mat-trattur u li jgħaddi mill-punt tal-indiċi tas-sedil u ċ-ċentru tal-istering. Normalment il-wiċċ ta’ referenza jikkoinċidi mal-wiċċ medjan lonġitudinali tat-trattur. Il-wiċċ ta’ referenza għandu jitqies li jersaq orizzontalment mas-sit u l-istering meta jkun mgħobbi iżda li jibqa’ perpendikulari mat-trattur jew mal-art tal-istruttura ta’ protezzjoni fil-każ ta’ qlib. Iż-żona ta’ spazju ħieles għandha tiġi ddefinita fuq il-bażi tas-sottoklawżoli 1.6.2 u 1.6.3.

    1.6.2   Determinazzjoni taż-żona ta’ spazju ħieles għal tratturi b’sit mhux riversibbli

    Iż-żona ta’ spazju ħieles għal tratturi b’sit mhux riversibbli hija ddefinita fil-1.6.2.1 sal-1.6.2.13 hawn taħt u hija magħluqa mill-uċuħ li ġejjin, meta t-trattur ikun fuq wiċċ orizzontali, is-sit, fejn ikun jista’ jiġi aġġustat, aġġustat fil-pożizzjoni ta’ wara l-aktar wieqfa (***), u l-istering, fejn ikun jista’ jiġi aġġustat, aġġustat fil-pożizzjoni tan-nofs għal sewqan bil-qiegħda:

    1.6.2.1.

    wiċċ orizzontali A1 B1 B2 A2, (810 + av) mm ’il fuq mill-punt tal-indiċi tas-sit (SIP) mal-linja B1B2 li tinsab (ah–10) mm wara l-SIP;

    1.6.2.2.

    wiċċ inklinat H1 H2 G2 G1, perpendikulari mal-wiċċ ta’ referenza, li jinkludi kemm punt 150 mm wara l-linja B1B2 kif ukoll l-iktar punt lura tad-dar tas-sit;

    1.6.2.3.

    wiċċ forma ta’ ċilindru A1 A2 H2 H1 perpendikulari mal-wiċċ ta’ referenza, li għandu raġġ ta’ 120 mm, tanġenzjali mal-uċuħ iddefiniti fil-1.6.2.1 u l-1.6.2.2 hawn fuq;

    1.6.2.4.

    wiċċ forma ta’ ċilindru B1 C1 C2 B2, perpendikulari mal-wiċċ ta’ referenza, li għandu raġġ ta’ 900 mm li jestendi ‘l quddiem għal 400 mm u tanġenzjali mal-wiċċ iddefinit fil-1.6.2.1 hawn fuq tul il-linja B1B2;

    1.6.2.5.

    wiċċ inklinat C1 D1 D2 C2, perpendikulari mal-wiċċ ta’ referenza, li jingħaqad mal-wiċċ iddefinit fil-1.6.2.4 hawn fuq u li jgħaddi 40 mm mit-tarf estern ta’ quddiem tal-istering. Fil-każ ta’ pożizzjoni għolja tal-istering, dan il-wiċċ jestendi ‘l quddiem mill-linja B1B2 b’mod tanġenzjali mal-wiċċ iddefinit fil-1.6.2.4 hawn fuq;

    1.6.2.6.

    wiċċ vertikali D1 K1 E1 E2 K2 D2 perpendikulari mal-wiċċ ta’ referenza, 40 mm ’il quddiem mit-tarf ta’ barra tal-istering;

    1.6.2.7.

    wiċċ orizzontali E1 F1 P1 N1 N2 P2 F2 E2 li jgħaddi minn punt (90–av) mm taħt il-punt tal-indiċi tas-sit (SIP);

    1.6.2.8.

    wiċċ G1 L1 M1 N1 N2 M2 L2 G2, jekk ikun meħtieġ jitgħawweġ mit-tarf ta’ isfel tal-wiċċ iddefinit fil-1.6.2.2 hawn fuq sal-wiċċ orizzontali ddefinit fil-1.6.2.7 hawn fuq, perpendikulari mal-wiċċ ta’ referenza, u jmiss mad-dar tas-sit ma tulu kollu;

    1.6.2.9.

    żewġ uċuħ vertikali K1 I1 F1 E1 u K2 I2 F2 E2 paralleli mal-wiċċ ta’ referenza, 250 mm fuq kull naħa tal-wiċċ ta’ referenza, u magħluqa minn fuq 300 mm ’il fuq mill-wiċċ iddefinit fil-1.6.2.7 hawn fuq;

    1.6.2.10.

    żewġ uċuħ inklinati u paralleli A1 B1 C1 D1 K1 I1 L1 G1 H1 u A2 B2 C2 D2 K2 I2 L2 G2 H2 li jibdew mit-tarf ta’ fuq tal-uċuħ iddefiniti fil-1.6.2.9 hawn fuq u jingħaqdu mal-wiċċ orizzontali ddefinit f’1.6.2.1 hawn fuq talinqas 100 mm mill-wiċċ ta’ referenza fuq in-naħa fejn tiġi applikata t-tagħbija;

    1.6.2.11.

    żewġ uċuħ vertikali Q1 P1 N1 M1 u Q2 P2 N2 M2 paralleli mal-wiċċ ta’ referenza, 200 mm fuq kull naħa tal-wiċċ ta’ referenza, u magħluqa minn fuq 300 mm ’il fuq mill-wiċċ iddefinit f’1.6.2.7 hawn fuq;

    1.6.2.12.

    żewġ porzjonijiet ta’ I1 Q1 P1 F1 u I2 Q2 P2 F2 ta’ wiċċ vertikali, perpendikulari mal-wiċċ ta’ referenza u li jgħaddu (210–ah) mm quddiem l-SIP;

    1.6.2.13.

    żewġ porzjonijiet I1 Q1 M1 L1 u I2 Q2 M2 L2 tal-wiċċ orizzontali li jgħaddu 300 mm ’il fuq mill-wiċċ iddefinit f’1.6.2.7 hawn fuq.

    1.6.3   Determinazzjoni taż-żona ta’ spazju ħieles għal tratturi b’pożizzjoni tas-sewwieq riversibbli

    Għal tratturi b’pożizzjoni tas-sewwieq riversibbli (sit u stering riversibbli), iż-żona ta’ spazju ħieles huwa l-involukru taż-żewġ żoni ta’ spazju ħieles iddefiniti miż-żewġ pożizzjonijiet differenti tal-istering u s-sit.

    1.6.4   Sits mhux obbligatorji

    1.6.4.1

    F’każ ta’ tratturi li jistgħu jintramaw b’sits mhux obbligatorji, l-involukru li fih il-punti tal-indiċi tas-sit tal-għażliet kollha offruti għandu jintuża matul it-testijiet. L-istruttura protettiva ma għandhiex tidħol fiż-żona l-kbira ta’ spazju ħieles li tqis dawn il-punti differenti tal-indiċi tas-sit.

    1.6.4.2

    F’każ fejn tiġi offruta għażla ġdida ta’ sit wara li jkun sar it-test, għandu jsir kalkolu biex jinstab jekk iż-żona ta’ spazju ħieles madwar l-SIP il-ġdid taqax fi ħdan l-involukru stabbilit qabel. Jekk ma taqax hemm, irid isir test mill-ġdid.

    1.7   Tolleranzi permissibbli ta’ kejl

    Dimensjoni lineari

    :

    ± 3 mm

    għajr

    :

    deflessjoni tat-tajer

    :

    ± 1 mm

    :

    deflessjoni tal-istruttura matul it-tagħbijiet orizzontali

    :

    ± 1 mm

    :

    għoli tal-waqgħa tal-blokka tal-pendlu

    :

    ± 1 mm

    Mases

    :

    ± 1 %

    Forzi

    :

    ± 2 %

    Angoli

    :

    ± 2°

    1.8   Simboli

    ah

    (mm)

    Nofs l-aġġustament orizzontali tas-sit

    av

    (mm)

    Nofs l-aġġustament vertikali tas-sit

    B

    (mm)

    Wisa’ minima ġenerali tat-trattur

    B6

    (mm)

    Wisa’ massima esterna tal-istruttura protettiva

    D

    (mm)

    Deflessjoni tal-istruttura fil-punt ta’ impatt (testijiet dinamiċi) jew fil-punt tal-applikazzjoni tat-tagħbija u bi dritt miegħu (testijiet statiċi)

    D′

    (mm)

    Deflessjoni tal-istruttura għall-enerġija kkalkulata meħtieġa

    Ea

    (J)

    Enerġija ta’ tensjoni assorbita fil-punt meta titneħħa t-tagħbija. Żona kontenuta fil-kurva F-D

    Ei

    (J)

    Enerġija ta’ tensjoni assorbita. Żona taħt il-kurva F-D

    E′i

    (J)

    Enerġija ta’ tensjoni assorbita wara tagħbija addizzjonali wara qasma jew tiċrita

    E′′i

    (J)

    Enerġija ta’ tensjoni assorbita f’test ta’ eċċess ta’ tagħbija fil-każ li t-tagħbija tkun tneħħiet qabel jibda dan it-test ta’ eċċess ta’ tagħbija. Żona taħt il-kurva F-D

    Eil

    (J)

    Input ta’ enerġija li għandha tiġi assorbita matul it-tagħbija lonġitudinali

    Eis

    (J)

    Input ta’ enerġija li għandha tiġi assorbita matul it-tagħbija laterali

    F

    (N)

    Forza ta’ tagħbija statika

    F′

    (N)

    Forza ta’ tagħbija għall-enerġija kkalkulata meħtieġa, li tikkorrispondi għal E′i

    F-D

     

    Dijagramma forza/deflessjoni

    Fmax

    (N)

    Forza massima ta’ tagħbija statika preżenti matul it-tagħbija, bl-eċċezzjoni ta’ tagħbija f’eċċess

    Fv

    (N)

    Forza vertikali ta’ tgħaffiġ

    H

    (mm)

    Għoli tal-waqgħa tal-blokka tal-pendlu (testijiet dinamiċi)

    H′

    (mm)

    Għoli tal-waqgħa tal-blokka tal-pendlu għal test addizzjonali (testijiet dinamiċi)

    I

    (kgm2)

    Mument ta’ inerzja ta’ referenza tat-trattur madwar il-linja ċentrali tar-roti ta’ wara, tkun xi tkun il-massa ta’ dawn ir-roti ta’ wara

    L

    (mm)

    Distanza bejn il-fus ta’ quddiem u dak ta’ wara ta’ referenza tat-trattur

    M

    (kg)

    Massa ta’ referenza tat-trattur matul testijiet ta’ saħħa, kif iddefinit fit-Taqsima 3.1.1.4. tal-Anness II.

    (**)  Għal testijiet ta’ estensjoni tar-rapporti ta’ testijiet li oriġinarjament użaw punt ta’ referenza tas-sit (SRP), il-kejl meħtieġ għandu jsir b’referenza għall-SRP minflok l-SIP u l-użu tal-SRP għandu jiġi indikat b’mod ċar (ara l-Anness 1)."

    (***)  Infakkru lill-utent li l-punt tal-indiċi tas-sit huwa ddeterminat skont l-ISO 5353 u huwa punt fiss fir-rigward tat-trattur li ma jiċċaqlaqx hekk kif is-sit jiġi aġġustat lilhemm mill-pożizzjoni tan-nofs. Għall-finijiet tad-determinazzjoni taż-żona ta’ spazju ħieles, is-sit għandu jitqiegħed fil-pożizzjoni ta’ wara l-aktar wieqaf.” ’"

    (*)  Il-kodiċi standard tal-OECD għall-ittestjar uffiċjali ta’ strutturi mwaħħla fuq wara ta’ tratturi agrikoli jew forestali tat-tip narrow-tracked bħala protezzjoni fil-każ li jinqalbu."

    (**)  Għal testijiet ta’ estensjoni tar-rapporti ta’ testijiet li oriġinarjament użaw punt ta’ referenza tas-sit (SRP), il-kejl meħtieġ għandu jsir b’referenza għall-SRP minflok l-SIP u l-użu tal-SRP għandu jiġi indikat b’mod ċar (ara l-Anness 1)."

    (***)  Infakkru lill-utent li l-punt tal-indiċi tas-sit huwa ddeterminat skont l-ISO 5353 u huwa punt fiss fir-rigward tat-trattur li ma jiċċaqlaqx hekk kif is-sit jiġi aġġustat lilhemm mill-pożizzjoni tan-nofs. Għall-finijiet tad-determinazzjoni taż-żona ta’ spazju ħieles, is-sit għandu jitqiegħed fil-pożizzjoni ta’ wara l-aktar wieqaf.” ’"

    2.

    L-Anness II huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “ANNESS II

    Ħtiġijiet tekniċi

    Il-ħtiġijiet tekniċi għall-approvazzjoni tat-tip KE ta’ strutturi mwaħħla fuq wara ta’ tratturi agrikoli jew forestali tat-tip narrow-tracked bħala protezzjoni fil-każ li jinqalbu għandhom ikunu dawk stabbiliti fil-punt 3 tal-Kodiċi 7 tad-Deċiżjoni OECD C(2008) 128 ta’ Ottubru 2008, minbarra l-punti 3.1.4 (Rapporti tat-test), 3.3.1 (Estensjonijiet amministrattivi), 3.4 (Ittikkettjar) u 3.6 (Ir-rendiment tal-ankraġġ taċ-ċinturin tas-sikurezza):

    ‘3.   REGOLI U STRUZZJONIJIET

    3.1   Kundizzjonijiet għall-ittestjar tas-saħħa tal-istrutturi ta’ protezzjoni u tat-twaħħil tagħhom mat-trattur

    3.1.1   Rekwiżiti ġenerali

    3.1.1.1   L-iskopijiet tal-ittestjar

    Testijiet li jsiru bl-użu ta’ riggijiet speċjali huma maħsuba biex jissimulaw tagħbijiet imposti fuq struttura ta’ protezzjoni, meta jinqaleb it-trattur. Dawn it-testijiet jippermettu li jsiru osservazzjonijiet fuq is-saħħa tal-istruttura ta’ protezzjoni u fuq kwalunkwe brakit li jgħaqqadha mat-trattur u fuq kwalunkwe parti tat-trattur li tittrasmetti t-tagħbija tat-test.

    3.1.1.2   Metodi ta’ ttestjar

    It-testijiet jistgħu jiġu mwettqa skont il-proċedura dinamika jew il-proċedura statika. Iż-żewġ metodi huma meqjusa ekwivalenti.

    3.1.1.3   Regoli ġenerali li jirregolaw preparazzjoni għal testijiet

    3.1.1.3.1

    L-istruttura ta’ protezzjoni trid tikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet ta’ produzzjoni tas-serje. Għandha titwaħħal skont il-metodu rrakkomandat mill-manifattur ma’ wieħed mit-tratturi li għalihom hi ddisinjata.

    Nota: Għat-test statiku tas-saħħa ma hemmx il-ħtieġa ta’ trattur komplut; madankollu, l-istruttura ta’ protezzjoni u l-partijiet tat-trattur li magħhom titwaħħal, jirrappreżentaw stallazzjoni li taħdem, minn issa 'l quddiem imsejħa ‘il-muntaġġ’.

    3.1.1.3.2

    Kemm għat-test statiku kif ukoll għat-test dinamiku t-trattur kif immuntat (jew il-muntaġġ) irid ikun mgħammar bil-komponenti kollha tal-produzzjoni tas-serje li jistgħu jaffettwaw is-saħħa tal-istruttura ta’ protezzjoni jew li jistgħu jkunu meħtieġa għat-test tas-saħħa.

    Il-komponenti li jistgħu joħolqu periklu fiż-żona ta’ spazju ħieles iridu wkoll jiġu mgħammra fuq it-trattur (jew il-muntaġġ) biex ikunu jistgħu jiġu eżaminati biex jinstab jekk ir-rekwiżiti tal-Kundizzjonijiet ta’ Aċċettazzjoni fi 3.1.3 ġewx ssodisfatti. Il-komponenti kollha tat-trattur jew tal-istruttura ta’ protezzjoni li jinkludu l-protezzjoni kontra t-temp iridu jiġu provduti jew deskritti fid-disinji.

    3.1.1.3.3

    Għat-testijiet tas-saħħa, il-pannelli kollha u l-komponenti kollha li mhumiex strutturali u li jistgħu jinqalgħu jridu jitneħħew biex ma jgħinux fit-tisħiħ tal-istuttura ta’ protezzjoni.

    3.1.1.3.4

    Il-wisa' tat-trekk trid tiġi aġġustata biex l-istruttura ta’ protezzjoni ma tkunx kemm jista' jkun mirfuda bit-tajers matul it-testijiet ta’ saħħa. Jekk dawn it-testijiet isiru skont il-proċedura statika, ir-roti jistgħu jitneħħew.

    3.1.1.4   Massa ta’ referenza ta’ trattur matul it-testijiet ta’ saħħa

    Ir-referenza tal-massa M, użata fil-formuli biex jiġu kkalkulati l-għoli tal-waqgħa tal-blokka tal-pendlu, l-enerġiji ta’ tagħbija u l-forzi ta’ tgħaffiġ, trid tkun mill-inqas il-massa tat-trattur, li teskludi aċċessorji mhux obbligatorji iżda li tinkludi coolant, żjut, fjuwil, għodod flimkien mal-istruttura ta’ protezzjoni. Mhumiex inklużi piżijiet mhux obbligatorji fuq quddiem jew fuq wara, ballast tat-tajer, implementi mwaħħlin, tagħmir armat jew kwalunkwe komponenti speċjalizzati.

    3.1.2   Testijiet

    3.1.2.1   Sekwenza tat-testijiet

    Is-sekwenza tat-testijiet, bla ħsara għat-testijiet addizzjonali msemmija fit-Taqsimiet 3.3.1.1.6, 3.2.1.1.7, 3.2.2.1.6 u 3.3.2.1.7, hija kif ġej:

    1.

    l-impatt (test dinamiku) jew it-tagħbija (test statiku) fuq wara tal-istruttura (ara 3.2.1.1.1 u 3.2.2.1.1);

    2.

    test ta’ tgħaffiġ fuq wara (test dinamiċi jew statiċi) (ara 3.2.1.1.4 u 3.2.2.1.4);

    3.

    l-impatt (test dinamiku) jew it-tagħbija (test statiku) fuq quddiem tal-istruttura (ara 3.2.1.1.2 u 3.2.2.1.2);

    4.

    l-impatt (test dinamiku) jew it-tagħbija (test statiku) fuq il-ġenb tal-istruttura (ara 3.2.1.1.3 u 3.2.2.1.3);

    5.

    tgħaffiġ fuq quddiem tal-istruttura (test dinamiku jew statiku) (ara 3.2.1.1.5 u 3.2.2.1.5).

    3.1.2.2   Rekwiżiti ġenerali

    3.1.2.2.1

    Jekk, matul it-test, xi parti tal-apparat li miegħu jintrabat it-trattur tiċċaqlaq jew tinkiser, it-test għandu jerġa' jsir mill-ġdid.

    3.1.2.2.2

    Ma jistgħu jsiru l-ebda tiswijiet jew aġġustamenti lit-trattur jew lill-istruttura ta’ protezzjoni waqt it-testijiet.

    3.1.2.2.3

    Il-‘gear-box’ tat-trattur għandha tkun fin-newtral u l-brejkijiet maħlula matul it-testijiet.

    3.1.2.2.4

    Jekk it-trattur ikun mgħammar b'sistema ta’ sospensjoni bejn il-karozzerija tat-trattur u r-roti, din għandha tiġi bblokkata matul it-testijiet.

    3.1.2.2.5

    In-naħa magħżula għall-applikazzjoni tal-ewwel impatt (it-test dinamiku) jew l-ewwel tagħbija (it-test statiku) fuq in-naħa ta’ wara tal-istruttura għandha tkun dik li, fl-opinjoni tal-awtoritajiet li qed iwettqu t-test, tirriżulta fl-applikazzjoni tas-serje ta’ impatti jew tagħbijiet fl-aktar kundizzjonijiet mhux favorevoli għall-istruttura. L-impatt laterali jew it-tagħbija u l-impatt jew it-tagħbija ta’ wara għandhom jiġu applikati fuq iż-żewġ naħat tal-wiċċ longitudinali medjan tal-istruttura ta’ protezzjoni. L-impatt jew it-tagħbija ta’ quddiem għandhom jiġu applikati fuq l-istess naħa tal-wiċċ lonġitudinali medjan tal-istruttura ta’ protezzjoni tal-impatt jew it-tagħbija tal-ġenb.

    3.1.3   Kundizzjonijiet ta’ aċċettazzjoni

    3.1.3.1

    Struttura protettiva tkun meqjusa bħala waħda li tissodisfa r-rekwiżiti tas-saħħa jekk tissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:

    3.1.3.1.1

    wara kull test fil-proċedura tat-test dinamiku, hija għandha tkun ħielsa minn tiċrit jew qsim, kif iddefinit fi 3.2.1.2.1. Jekk, matul it-test dinamiku, jidher it-tiċrit jew il-qsim b'mod sinifikanti, għandu jsir test addizzjonali minnufih għall-impatt jew it-tgħaffiġ kif definit fi 3.2.1.1.6 jew 3.2.1.1.7 wara t-test li jkun ikkaġuna dan it-tiċrit jew qsim;

    3.1.3.1.2

    matul it-test statitiku, fil-punt meta l-enerġija meħtieġa tinkiseb f'kull test tat-tagħbija orizzontali preskritt jew fit-test ta’ eċċess ta’ tagħbija, il-forza trid tkun iktar minn 0,8 F;

    3.1.3.1.3

    jekk matul test statiku, jitfaċċa qsim jew tiċrit bħala riżultat tal-applikazzjoni tal-forza ta’ tgħaffiġ, irid isir minnufih test addizzjonali ta’ tgħaffiġ kif iddefinit fi 3.2.2.1.7 wara t-test ta’ tgħaffiġ li jkun ikkaġuna dan il-qsim jew tiċrit;

    3.1.3.1.4

    matul it-testijiet minbarra t-test ta’ eċċess, l-ebda parti tal-istruttura ta’ protezzjoni ma għandha tidħol fiż-żona ta’ spazju ħieles kif definit f'1.6 tal-Anness I;

    3.1.3.1.5

    matul it-testijiet minbarra t-test ta’ eċċess, il-partijiet kollha taż-żona ta’ spazju ħieles għandhom ikunu żgurati mill-istruttura, skont 3.2.1.2.2 u 3.2.2.2.2;

    3.1.3.1.6

    waqt it-testijiet l-istruttura ta’ protezzjoni ma għandha timponi l-ebda trażżin fuq l-istruttura tas-sit;

    3.1.3.1.7

    id-deflessjoni elastika, imkejla skont 3.2.1.2.3 u 3.2.2.2.3 għandha tkun inqas minn 250 mm.

    3.1.3.2

    Ma għandu jkun hemm l-ebda aċċessorju li jkun ta’ periklu għas-sewwieq. Ma għandu jkun hemm l-ebda aċċessorju jew xi parti ħierġa 'l barra li tista' tweġġa' lis-sewwieq fil-każ li t-trattur jinqaleb, jew xi aċċessorju jew xi parti li jista' jinqabad magħha – pereżempju mir-riġel jew mis-sieq – bħala riżultat tad-deflessjonijiet tal-istruttura.

    3.1.4   [mhux applikabbli]

    3.1.5   Apparat u tagħmir għal testijiet dinamiċi

    3.1.5.1   Blokk tal-pendlu

    3.1.5.1.1

    Blokka li taġixxi bħala pendlu għandha tkun sospiża b'żewġ ktajjen jew ħbula tal-wajer minn punti tal-pern mhux anqas minn 6 m 'l fuq mill-art. Għandu jiġi pprovdut mezz biex l-għoli vertikali tal-blokka u l-angolu bejn il-blokka u l-ktajjen jew il-ħbula tal-wajer ta’ rfid ikunu jistgħu jiġu aġġustati indipendentement.

    3.1.5.1.2

    Il-massa tal-blokka tal-pendlu għandha tkun ta’ 2 000 ± 20 kg eskluża l-massa tal-ktajjen jew tal-ħbula tal-wajer li min-naħa tagħhom ma għandhomx jaqbżu l-100 kg. It-tul tal-ġnub tal-wiċċ tal-impatt għandu jkun ta’ 680 ± 20 mm (ara l-Figura 7.3). Il-blokka għandha tkun mimlija b'tali mod li l-pożizzjoni taċ-ċentru tal-gravità tagħha jkun kostanti u tikkoinċidi maċ-ċentru ġeometriku tal-parallelpiped.

    3.1.5.1.3

    Il-parallelpiped għandu jkun imqabbad mas-sistema li tiġbdu lura b'mekkaniżmu li jerħi instantanjament li hu ddisinjat u mqiegħed b'tali mod li jippermetti lill-blokka tal-pendlu li tintreħa mingħajr ma tikkawża li l-parallelpiped jitbandal madwar il-fus orizzontali tiegħu li huwa perpendikulari mal-wiċċ tat-tbandil tal-pendlu.

    3.1.5.2   L-irfid tal-pendlu

    Il-punti tal-pern tal-pendlu għandhom ikunu mwaħħla b'mod riġidu biex l-ispostament tagħhom f'kull direzzjoni ma jaqbiżx il-1 % tal-għoli tal-waqgħa.

    3.1.5.3   L-Irbit

    3.1.5.3.1

    Ganċijiet ta’ ankraġġ tal-wisa' ta’ bejn iż-żewġ roti skont ir-rekwiżiti u li jkopru l-parti meħtieġa għall-irbit tat-trattur fil-każijiet kollha spjegati (ara l-Figura 7.4, 7.5 u 7.6) għandhom jitwaħħlu b'mod riġidu ma’ bażi li ma ċċedix taħt il-pendlu.

    3.1.5.3.2

    It-trattur għandu jintrabat mal-ganċijiet permezz ta’ ħabel tal-wajer b'kurduni tondi, bil-qalba tal-fibra, ta’ kostruzzjoni 6 × 19 skont ISO 2408:2004 u ta’ dijametru nominali ta’ 13 mm. Il-kurduni tal-metall għandu jkollhom saħħa finali tensili ta ' 1 770 MPa.

    3.1.5.3.3

    Il-pern ċentrali ta’ trattur artikulat għandu jintrifed u jintrabat kif inhu xieraq għat-testijiet kollha. Għat-test tal-impatt laterali, il-pern għandu jkun mirfud ukoll min-naħa faċċata tal-impatt. Ir-roti ta’ quddiem u ta’ wara ma għandhomx bżonn ikunu bi dritt xulxin jekk dan jiffaċilita li l-ħbula tal-wajer jitwaħħlu kif suppost.

    3.1.5.4   Riffied u serratizz tar-rota

    3.1.5.4.1

    Matul it-testijiet tal-impatt, għandu jintuża travu ta’ njam artab ta’ 150 mm kwadru bħala riffied għar-roti (ara l-Figuri 7.4, 7.5 u 7.6).

    3.1.5.4.2

    Matul it-testijiet tal-impatt laterali, travu ta’ njam artab għandu jiġi marbut mal-art biex jorbot ix-xifer tar-rota faċċata n-naħa tal-impatt (ara l-Figura 7.6).

    3.1.5.5   Riffieda u r-rabbata għal tratturi artikulati

    3.1.5.5.1

    Riffieda u rabbata addizzjonali għandhom jintużaw għal tratturi artikulati. L-għan tagħhom hu li jiġi assigurat li s-sezzjoni tat-trattur li fuqha hija mwaħħla l-istruttura ta’ protezzjoni hija riġida daqs dik ta’ trattur mhux artikulat.

    3.1.5.5.2

    Dettalji speċifiċi addizzjonali jinsabu fit-Taqsima 3.2.1.1 fir-rigward tat-testijiet tal-impatt u tat-tgħaffiġ.

    3.1.5.6   Pressjoni tat-tajers u deflessjonijiet

    3.1.5.6.1

    It-tajers tat-trattur ma jistgħux ikunu mgħobbija b'saborra likwida u għandhom ikunu minfuħa sal-pressjoni preskritta mill-manifattur tat-trattur għax-xogħol tal-għalqa.

    3.1.5.6.2

    L-irbit għandu jiġi ssikkat f'kull każ partikolari b'mod li t-tajers jgħaddu minn deflessjoni ugwali għal 12 % tal-għoli tat-tajer (distanza bejn l-art u l-aktar punt baxx tax-xifer) qabel dan jiġi ssikkat.

    3.1.5.7   Tagħmir tat-tgħaffiġ

    Tagħmir, kif muri fil-Figura 7.7 għandu jkun jista' jeżerċita forza 'l isfel fuq struttura ta’ protezzjoni minn ġo travu riġidu ta’ wisa' bejn wieħed u ieħor ta’ 250 mm imqabbad mal-mekkaniżmu li japplika t-tagħbija permezz ta’ ġogi universali. Għandhom ikunu pprovduti pjanċieri xierqa tal-fus sabiex it-tajers tat-trattur ma jsofrux il-forza tat-tgħaffiġ.

    3.1.5.8   Apparat tal-kejl

    L-apparat tal-kejl li ġej huwa meħtieġ:

    3.1.5.8.1

    strument li jkejjel id-deflessjoni elastika (id-differenza bejn id-devjazzjoni momentarja massima u d-deflessjoni permanenti, ara l-Figura 7.8).

    3.1.5.8.2

    strument biex jiġi vverifikat li l-istruttura ta’ protezzjoni ma tkunx daħlet fiż-żona ta’ spazju ħieles u li din tal-aħħar baqgħet fi ħdan il-protezzjoni tal-istruttura matul it-test (ara t-Taqsima 3.2.2.2.2).

    3.1.6   Apparat u tagħmir għal testijiet statiċi

    3.1.6.1   It-tagħmir għall-ittestjar statiku

    3.1.6.1.1

    It-tagħmir għall-ittestjar statiku għandu jkun disinjat b'tali mod li jippermetti li tiġi applikata pressjoni jew tagħbija fuq l-istruttura ta’ protezzjoni.

    3.1.6.1.2

    Għandha ssir preparazzjoni biex it-tagħbija tiġi mqassma b'mod uniformi u b'mod normali mad-direzzjoni tat-tagħbija u matul il-ħanek li jkollu tul ta’ wieħed mill-multipli eżatti ta’ 50 bejn il-250 u s-700 mm. It-travu iebes għandu jkollu dimensjoni tal-wiċċ vertikali ta’ 150 mm. It-trufijiet tat-travu f'kuntatt mal-istruttura ta’ protezzjoni għandu jkollhom liwja b'raġġ massimu ta’ 50 mm.

    3.1.6.1.3

    Il-pjattaforma għandha tkun tista' tiġi aġġustata għal kull angolu b'relazzjoni mad-direzzjoni tat-tagħbija, sabiex tkun tista' ssegwi l-varjazzjonijiet angolari tal-wiċċ tal-istruttura li terfa' t-tagħbija hekk kif l-istruttura tintlewa.

    3.1.6.1.4

    Id-direzzjoni tat-tagħbija (devjazzjoni mill-orizzontal u mill-vertikal):

    fil-bidu tat-test, tagħbija taħt iż-żero: ± 2°;

    matul it-test, taħt il-tagħbija: 10° 'il fuq u 20° taħt l-orizzontal. Dawn il-varjazzjonijiet għandhom jinżamm għal minimu.

    3.1.6.1.5

    Ir-rata ta’ deflessjoni għandha tkun daqstant bil-mod, inqas minn 5 mm/s, li t-tagħbija f'kull mument tkun ikkunsidrata bħala statika.

    3.1.6.2   Apparat għall-kejl tal-enerġija assorbita mill-istruttura

    3.1.6.2.1

    Il-kurva tal-forza kontra d-deflessjoni għandha tiġi maħżuża biex tkun stabbilita l-enerġija assorbita mill-istruttura. Ma hemmx il-ħtieġa li jkunu mkejla l-forza u d-deflessjoni fil-waqt meta t-tagħbija tiġi applikata fuq l-istruttura; madankollu, il-forza u d-deflessjoni għandhom jiġu mkejla simultanjament u ko-linearment.

    3.1.6.2.2

    Il-punt ta’ oriġini tal-qisien tad-deflessjoni għandhom jintagħżlu b'tali mod li tiġi kkunsidrata l-enerġija assorbita mill-istruttura u/jew mid-deflessjoni ta’ ċerti partijiet tat-trattur. L-enerġija assorbita mid-deflessjoni u/jew miż-żlieq tal-ankoraġġ għandha tiġi injorata.

    3.1.6.3   Mezzi ta’ ankrar tat-trattur mal-art

    3.1.6.3.1

    Il-ganċijiet tal-ankoraġġ bil-wisa' ta’ bejn iż-żewġ roti kif rekwiżit, u li jkopru ż-żona meħtieġa biex jiġi ankrat it-trattur fil-każijiet kollha mogħtija, għandhom jeħlu b'mod riġidu ma’ bażi li ma tiċċaqlaqx ħdejn it-tagħmir tat-test.

    3.1.6.3.2

    It-trattur għandu jiġi ankrat mal-ganċijiet permezz ta’ mezz adattat (pjanċi, kunjardi, ħbula tal-wajer, ġakkijiet, eċċ.) b'tali mod li ma jkunx jista' jiċċaqlaq matul it-test. Din il-kundizzjoni għandha tiġi verifikata matul it-test, permezz tal-mekkaniżmi li normalment jintużaw biex jitkejjel it-tul.

    Jekk it-trattur jiċċaqlaq, it-test kollu għandu jerġa jsir mill-ġdid, sakemm is-sistema tal-kejl tad-deflessjonijiet meħudha inkonsiderazzjoni għat-taħżiż tal-kurva tal-forza kontra d-deflessjoni ma tkunx imqabbda mat-trattur.

    3.1.6.4   Tagħmir ta’ tgħaffiġ

    It-tagħmir kif muri fil-Figura 7.7 għandu jkun jista' jeżerċita forza 'l isfel fuq struttura ta’ protezzjoni minn ġo travu riġidu wiesgħa bejn wieħed u ieħor 250 mm imqabbad mal-mekkaniżmu li japplika t-tagħbija permezz ta’ ġogi universali. Għandhom ikunu pprovduti pjanċieri xierqa tal-fus biex it-tajers tat-trattur ma jsofrux il-forza tat-tgħaffiġ.

    3.1.6.5   Apparati oħra ta’ kejl

    L-apparati ta’ kejl li ġejjin huma wkoll meħtieġa:

    3.1.6.5.1

    strument li jkejjel id-deflessjoni elastika (id-differenza bejn id-devjazzjoni momentarja massima u d-deflessjoni permanenti, ara l-Figura 7.8).

    3.1.6.5.2

    strument biex jiġi vverifikat li l-istruttura ta’ protezzjoni ma tkunx daħlet fiż-żona ta’ spazju ħieles u li din tal-aħħar baqgħet fi ħdan il-protezzjoni tal-istruttura matul it-test (ara t-Taqsima 3.3.2.2.2).

    3.2   Proċedura tal-ittestjar

    3.2.1   Testijiet dinamiċi

    3.2.1.1   Testijiet ta’ tagħbija u tgħaffiġ

    3.2.1.1.1    Impatt fuq wara

    3.2.1.1.1.1

    It-trattur għandu jitqiegħed f'relazzjoni mal-blokka tal-pendlu b'tali mod li l-blokka tolqot l-istruttura ta’ protezzjoni meta l-wiċċ tal-impatt tal-blokka u l-ktajjen jew il-ħbula tal-wajer tal-irfid ikunu f'angolu mal-wiċċ vertikali A ugwali għal M/100 b'20° massimu, sakemm, matul id-deflessjoni, l-istruttura ta’ protezzjoni mal-punt ta’ kuntatt ma tiffurmax angolu akbar mal-vertikal. F'dan il-każ, il-wiċċ ta’ impatt tal-blokka għandu jiġi aġġustat permezz ta’ rfid addizzjonali sabiex ikun parallel mal-istruttura ta’ protezzjoni fil-punt tal-impatt fil-mument tad-deflessjoni massima, filwaqt li l-ktajjen jew il-ħbula tal-wajer tal-irfid jibqgħu fl-angolu definit hawn fuq.

    L-għoli sospiż tal-blokka għandu jiġi aġġustat u għandhom jittieħdu l-passi meħtieġa biex il-blokka ma titħalliex iddur madwar il-punt tal-impatt.

    Il-punt tal-impatt huwa dik il-parti tal-istruttura ta’ protezzjoni, normalment ix-xifer tan-naħa ta’ fuq, li għandha t-tendenza li tolqot l-ewwel l-art f'aċċident ta’ qlib lura. Il-pożizzjoni taċ-ċentru ta’ gravità tal-blokka hija 1/6 tal-wisa' tal-parti ta’ fuq tal-istruttura ta’ protezzjoni 'l ġewwa minn wiċċ vertikali parallel mal-wiċċ medjan tat-trattur li jmiss l-estremità ta’ barra tal-parti ta’ fuq tal-istruttura ta’ protezzjoni.

    Jekk l-istruttura għandha liwja jew toħroġ 'il barra f'dan il-punt, għandhom jiġu miżjuda l-kunjardi li jippermettu li l-impatt jiġi applikat hemmhekk, mingħajr mal-istruttura b'hekk tiġi msaħħa aktar.

    3.2.1.1.1.2

    It-trattur għandu jintrabat mal-art permezz ta’ erba' ħbula tal-wajer, wieħed f'kull tarf taż-żewġ fusien, imqiegħda kif indikat fil-Figura 7.4. L-ispazju bejn il-punti tal-irbit ta’ quddiem u ta’ wara għandu jkun tali li l-ħbula tal-wajer jagħmlu angolu ta’ inqas minn 30° mal-art. L-irbit ta’ wara għandu jkun irranġat ukoll b'mod li l-punt ta’ konverġenza taż-żewġ ħbula tal-wajer ikun jinsab fil-wiċċ vertikali li fih jitħarrek iċ-ċentru tal-gravità tal-blokka tal-pendlu.

    Il-ħbula tal-wajer għandhom jiġu ssikkati b'tali mod li t-tajers issirilhom id-deflessjoni mogħtija fi 3.1.5.6.2. Bil-ħbula tal-wajer issikkati, it-travu li jservi ta’ feles għandu jitpoġġa quddiem u għandu jitqiegħed issikkat mar-roti ta’ wara u mbagħad jitwaħħal mal-art.

    3.2.1.1.1.3

    Jekk it-trattur huwa tat-tip artikulat, il-punt ta’ artikulazzjoni wkoll jiġi mirfud bi blokka tal-injam ta’ mill-inqas 100 mm kwadru u marbuta sew mal-art.

    3.2.1.1.1.4

    Il-blokka tal-pendlu għandha tinġibed lura sabiex l-għoli taċ-ċentru ta’ gravità tagħha 'l fuq minn dak tal-punt tal-impatt jiġi kkalkulat b'waħda minn dawn iż-żewġ formuli:

    H = 2,165 × 10–8 M L2

    jew

    H = 5,73 × 10–2 I

    Il-blokka tal-pendlu għandha mbagħad tintreħa u tolqot l-istruttura ta’ protezzjoni.

    3.2.1.1.1.5

    Għal tratturi b'pożizzjoni tas-sewwieq riversibbli (sit u stering riversibbli), l-għoli għandu jkun skont liema huwa l-ikbar mit-tnejn ta’ hawn fuq jew mit-tnejn li ġejjin:

    H = 25 + 0,07 M

    għal trattur b'massa ta’ referenza ta’ inqas minn 2 000 kg;

    H = 125 + 0,02 M

    għal trattur b'massa ta’ referenza ta’ iktar minn 2 000 kg.

    3.2.1.1.2    Impatt fuq quddiem

    3.2.1.1.2.1

    It-trattur għandu jitqiegħed f'relazzjoni mal-blokka tal-pendlu b'tali mod li l-blokka tolqot l-istruttura ta’ protezzjoni meta l-wiċċ tal-impatt tal-blokka u l-ktajjen jew il-ħbula tal-wajer tal-irfid ikunu f'angolu mal-wiċċ vertikali A ugwali għal M/100 b'20° massimu, sakemm, matul id-deflessjoni, l-istruttura ta’ protezzjoni mal-punt ta’ kuntatt ma tiffurmax angolu akbar mal-vertikal. F'dan il-każ, il-wiċċ ta’ impatt tal-blokka għandu jiġi aġġustat permezz ta’ rfid addizzjonali sabiex ikun parallel mal-istruttura ta’ protezzjoni fil-punt tal-impatt fil-mument tad-deflessjoni massima, filwaqt li l-ktajjen jew il-ħbula tal-wajer tal-irfid jibqgħu fl-angolu definit hawn fuq.

    L-għoli sospiż tal-blokka tal-pendlu għandu jiġi aġġustat u għandhom jittieħdu l-passi meħtieġa biex il-blokka ma titħalliex iddur madwar il-punt tal-impatt.

    Il-punt tal-impatt huwa dik il-parti tal-istruttura ta’ protezzjoni, normalment ix-xifer tan-naħa ta’ fuq, li għandha t-tendenza li tolqot l-ewwel l-art jekk it-trattur jinqaleb fuq il-ġenb meta jkun miexi 'l quddiem. Il-pożizzjoni taċ-ċentru tal-gravità tal-blokka hija 1/6 tal-wisa' tal-parti ta’ fuq tal-istruttura ta’ protezzjoni 'l ġewwa minn wiċċ vertikali parallel mal-wiċċ medjan tat-trattur li jmiss l-estremità ta’ barra tal-parti ta’ fuq tal-istruttura ta’ protezzjoni.

    Jekk l-istruttura għandha liwja jew toħroġ 'il barra f'dan il-punt, għandhom jiġu miżjuda l-kunjardi li jippermettu li l-impatt jiġi applikat hemmhekk, mingħajr mal-istruttura b'hekk tiġi msaħħa aktar.

    3.2.1.1.2.2

    It-trattur għandu jintrabat mal-art permezz ta’ erba' ħbula tal-wajer, wieħed f'kull tarf taż-żewġ fusien, imqiegħda kif indikat fil-Figura 7.5. L-ispazju bejn il-punti tal-irbit ta’ quddiem u ta’ wara għandu jkun tali li l-ħbula tal-wajer jagħmlu angolu ta’ inqas minn 30° mal-art. L-irbit ta’ wara għandu jkun irranġat ukoll b'mod li l-punt ta’ konverġenza taż-żewġ ħbula tal-wajer ikun jinsab fil-wiċċ vertikali li fih jitħarrek iċ-ċentru tal-gravità tal-blokka tal-pendlu.

    Il-ħbula tal-wajer għandhom jiġu ssikkati b'tali mod li t-tajers issirilhom id-deflessjoni mogħtija fi 3.1.5.6.2. Bil-ħbula tal-wajer issikkati, it-travu li jservi ta’ feles għandu jitpoġġa quddiem u għandu jitqiegħed issikkat mar-roti ta’ wara u mbagħad jitwaħħal mal-art.

    3.2.1.1.2.3

    Jekk it-trattur huwa tat-tip artikulat, il-punt ta’ artikulazzjoni wkoll jiġi mirfud bi blokka tal-injam ta’ mill-inqas 100 mm kwadru u marbuta sew mal-art.

    3.2.1.1.2.4

    Il-blokka tal-pendlu għandha tinġibed lura biex l-għoli taċ-ċentru tal-gravità tagħha 'l fuq minn dak fil-punt tal-impatt jingħata permezz ta’ waħda miż-żewġ formuli li ġejjin, liema formula għandha tintagħżel skont il-massa ta’ referenza tal-immuntar suġġetta għat-testijiet:

    H = 25 + 0,07 M

    għal trattur b'massa ta’ referenza ta’ inqas minn 2 000 kg;

    H = 125 + 0,02 M

    għal trattur b'massa ta’ referenza ta’ iktar minn 2 000 kg.

    Il-blokka tal-pendlu għandha mbagħad tintreħa u tolqot l-istruttura ta’ protezzjoni.

    3.2.1.1.2.5

    F'każ ta’ tratturi b'pożizzjoni tas-sewwieq riversibbli (sit riversibbli u stering):

    jekk l-istruttura protettiva tkun rollbar b'żewġ postijiet fuq wara, għandha tapplika l-formula ta’ hawn fuq;

    għal tipi oħra ta’ struttura protettiva, l-għoli għandu jkun skont liema huwa l-ikbar mill-formula applikata hawn fuq u dik magħżula minn hawn taħt:

    H = 2,165 × 10-8 ML2

    jew

    H = 5,73 × 10-2 I

    Il-blokka tal-pendlu għandha mbagħad tintreħa u tolqot l-istruttura ta’ protezzjoni.

    3.2.1.1.3    Impatt mill-ġenb

    3.2.1.1.3.1

    It-trattur għandu jitpoġġa f'relazzjoni mal-blokka tal-pendlu b'tali mod li l-blokka tolqot l-istruttura ta’ protezzjoni meta l-wiċċ tal-impatt tal-piż u l-ktajjen jew il-ħbula tal-wajer tal-irfid jkunu vertikali sakemm, matul id-deflessjoni, l-istruttura ta’ protezzjoni fil-punt ta’ kuntatt ma tiffurmax angolu ta’ inqas minn 20° mal-vertikal. F'dan il-każ, il-wiċċ ta’ impatt tal-blokka għandu jiġi aġġustat permezz ta’ rfid addizzjonali biex ikun parallel mal-istruttura ta’ protezzjoni fil-punt tal-impatt fil-mument tad-deflessjoni massima, waqt li l-ktajjen jew il-ħbula tal-wajer tal-irfid jibqgħu vertikali waqt l-impatt.

    3.2.1.1.3.2

    L-għoli sospiż tal-blokka tal-pendlu għandu jiġi aġġustat u għandhom jittieħdu l-passi meħtieġa biex il-blokka ma titħalliex iddur madwar il-punt tal-impatt.

    3.2.1.1.3.3

    Il-punt tal-impatt għandu jkun dik il-parti tal-istruttura ta’ protezzjoni li x'aktarx tolqot l-art l-ewwel f’inċident ta’ qlib laġenba, normalment ix-xifer ta’ fuq. Sakemm ma jkunx ċert li parti oħra minn dan ix-xifer tolqot l-art l-ewwel, il-punt ta’ impatt għandu jkun fil-wiċċ kartabun mal-wiċċ medjan u li jgħaddi 60 mm minn quddiem il-punt tal-indiċi tas-sit, bis-sit fil-pożizzjoni tan-nofs tal-aġġustament lonġitudinali.

    3.2.1.1.3.4

    Għal tratturi b'pożizzjoni tas-sewwieq riversibbli (sit u stering riversibbli), il-punt ta’ impatt għandu jkun fil-wiċċ kartabun mal-wiċċ medjan u li jgħaddi mill-punt tan-nofs tas-segment li jgħaqqad iż-żewġ punti tal-indiċi tas-sits iddefiniti billi jingħaqdu flimkien iż-żewġ pożizzjonijiet differenti tas-sit. Għall-istrutturi protettivi b'sistema ta’ żewġ postijiet, l-impatt għandu jkun fuq wieħed miż-żewġ postijiet.

    3.2.1.1.3.5

    Ir-roti tat-trattur tan-naħa li tkun se tirċievi l-impatt għandhom jintrabtu mal-art permezz ta’ ħbula tal-wajer li jgħaddu minn fuq it-trufijiet korrispondenti tal-fusien ta’ quddiem u ta’ wara. Il-ħbula tal-wajer għandhom jiġu ssikkatti b'mod li jipproduċu l-valuri tad-deflessjoni tat-tajers mogħtija fi 3.1.5.6.2.

    Bil-ħbula tal-wajer issikkati, it-travu li jservi ta’ feles għandu jitpoġġa quddiem, għandu jitqiegħed issikkat mar-roti tan-naħa tal-faċċata li tkun se tirċievi l-impatt u mbagħad jitwaħħal mal-art. Jista' jkun meħtieġ li jintużaw żewġ travi jew kunjardi jekk il-ġnub ta’ barra tat-tajers ta’ quddiem u ta’ wara ma jkunux fl-istess wiċċ vertikali. Ir-riffied imbagħad għandu jitpoġġa kif muri fil-Figura 7.6 kontra x-xifer tar-rota li l-aktar li tkun qed tirċievi t-tagħbija faċċata tal-punt tal-impatt, imbuttat b'mod sod kontra x-xifer u mbagħad imwaħħal mill-bażi tiegħu. It-tul tar-riffied għandu jkun tali li dan jiġi f'angolu ta’ 30 ± 3° mal-art meta jitqiegħed kontra x-xifer. B'żieda għal dan, fejn possibbli, il-ħxuna tiegħu għandha tkun bejn 20 u 25 darba inqas mit-tul u bejn darbtejn (2) jew (3) tliet darbiet inqas mill-wisa'. Fiż-żewġ trufijiet, ir-riffieda għandu jkollhom il-forma kif tidher fid-dettalji tal-Figura 7.6.

    3.2.1.1.3.6

    Jekk it-trattur huwa tat-tip artikulat, il-punt ta’ artikulazzjoni jrid b'żieda jiġi mirfud bi blokka tal-injam tal-anqas 100 mm kwadri u mirfud mill-ġenb b'mezz simili għar-riffied magħfus kontra r-rota ta’ wara kif fi 3.3.1.1.3.2. Il-punt ta’ artikulazzjoni għandu mbagħad jintrabat sew mal-art.

    3.2.1.1.3.7

    Il-blokka tal-pendlu għandha tinġibed lura biex l-għoli taċ-ċentru tal-gravità tagħha 'l fuq minn dak fil-punt tal-impatt jiġi kkalkulat permezz ta’ waħda miż-żewġ formuli li ġejjin, liema formula għandha tintgħażel skont il-massa ta’ referenza tal-apparat suġġett għat-testijiet:

    H = 25 + 0,20 M

    għal tratturi b'massa ta’ referenza ta’ inqas minn 2 000 kg;

    H = 125 + 0,15 M

    għal tratturi b'massa ta’ referenza ta’ iktar minn 2 000 kg.

    3.2.1.1.3.8

    F'każ ta’ tratturi b'pożizzjoni tas-sewwieq riversibbli (sit riversibbli u stering):

    jekk l-istruttura protettiva tkun rollbar b'żewġ postijiet fuq wara, l-għoli magħżul għandu jkun dik li hija l-ikbar mill-formuli applikabbli hawn fuq u hawn taħt:

    H = (25 + 0,20 M) (B6 + B) / 2B

    għal trattur b'massa ta’ referenza ta’ inqas minn 2 000 kg;

    H = (125 + 0,15 M) (B6 + B) / 2B

    għal trattur b'massa ta’ referenza ta’ iktar minn 2 000 kg.

    għal tipi oħra ta’ strutturi protettivi, l-għoli għandu jkun skont liema huwa l-ikbar mill-formuli applikati hawn fuq u dik magħżula minn hawn taħt:

    H = 25 + 0,20 M

    għal trattur b'massa ta’ referenza ta’ inqas minn 2 000 kg;

    H = 125 + 0,15 M

    għal trattur b'massa ta’ referenza ta’ iktar minn 2 000 kg.

    Il-blokka tal-pendlu għandha mbagħad tintreħa u tolqot l-istruttura ta’ protezzjoni.

    3.2.1.1.4    Tgħaffiġ fuq wara

    It-travu għandu jitqiegħed fuq il-membru(i) strutturali ta’ wara li huwa l-aktar 'il fuq u r-riżultanti tal-forzi li jgħaffġu għandhom jiġu allokati fil-wiċċ medjan tat-trattur. Forza Fv għandha tiġi applikata fejn:

    Fv = 20 M

    Il-forza Fv għandha tinżamm għal ħames sekondi wara l-waqfien ta’ kwalunkwe moviment li jidher tal-istruttura ta’ protezzjoni.

    Fejn il-parti ta’ wara tas-saqaf tal-istruttura ta’ protezzjoni ma treġġix il-forza kollha li tgħaffeġ, il-forza għandha tiġi applikata sakemm is-saqaf jiġi defless biex jikkoinċidi mal-wiċċ li jgħaqqad il-parti ta’ fuq tal-istruttura ta’ protezzjoni ma’ dik il-parti ta’ wara tat-trattur li kapaċi treġġi l-massa tal-vettura meta tinqaleb.

    Il-forza għandha mbagħad titneħħa, u t-travu tat-tgħaffiġ jiġi mqiegħed fuq dik il-parti tal-istruttura ta’ protezzjoni li ssostni lit-trattur meta jinqaleb kompletamant. Il-forza tat-tgħaffiġ Fv għandha mbagħad terġa' tiġi applikata.

    3.2.1.1.5    Tgħaffiġ fuq quddiem

    It-travu għandu jiġi mqiegħed tul il-membru jew membri strutturali ta’ quddiem li huma l-aktar 'il fuq u r-riżultanti tal-forzi li jgħaffġu għandhom jiġu allokati fil-wiċċ medjan tat-trattur. Forza Fv għandha tiġi applikata fejn:

    Fv = 20 M

    Il-forza Fv għandha tinżamm għal ħames sekondi wara l-waqfien ta’ kwalunkwe moviment li jidher tal-istruttura ta’ protezzjoni.

    Fejn il-parti ta’ quddiem tas-saqaf tal-istruttura ta’ protezzjoni ma treġix il-forza kollha li tgħaffeġ, il-forza għandha tiġi applikata sakemm is-saqaf jiġi defless biex jikkoinċidi mal-wiċċ li jgħaqqad il-parti ta’ fuq tal-istruttura ta’ protezzjoni ma’ dik il-parti ta’ quddiem tat-trattur li kapaċi treġġi l-massa tal-vettura meta tinqaleb.

    Il-forza għandha mbagħad titneħħa, u t-travu tat-tgħaffiġ jiġi mqiegħed fuq dik il-parti tal-istruttura ta’ protezzjoni li ssostni lit-trattur meta jinqaleb kompletamant. Il-forza tat-tgħaffiġ Fv għandha mbagħad terġa' tiġi applikata.

    3.2.1.1.6    Testijiet ta’ impatt addizzjonali

    Jekk xquq jew tiċrit li ma jistgħux jitqiesu negliġibbli jidhru waqt it-test ta’ impatt, għandu jsir tieni test simili, iżda b'għoli ta’ waqgħa ta':

    H′ = (H × 10-1) (12 + 4a) (1 + 2a)-1

    immedjatament wara t-testijiet ta’ impatt li wasslu biex jidhru dawn ix-xquq jew tiċrit, ‘a’ tkun il-proporzjon tad-deformazzjoni permanenti (Dp) mad-deformazzjoni elastika (De):

    a = Dp / De

    kif imkejjel fil-punt tal-impatt. Id-deformazzjoni permanenti addizzjonali dovuta għat-tieni impatt ma għandhiex taqbeż it-30 % tad-deformazzjoni permanenti dovuta għall-ewwel impatt.

    Sabiex ikun jista' jsir it-test addizzjonali, jeħtieġ li titkejjel id-deformazzjoni elastika waqt it-testijiet kollha tal-impatt.

    3.2.1.1.7    Testijiet ta’ tgħaffiġ addizzjonali

    Jekk, matul it-test tat-tgħaffiġ, jidhru xquq u tiċrit sinifikanti, għandu jsir tieni test ta’ tgħaffiġ simili, iżda b'qawwa ekwivalenti għal 1,2 Fv, immedjatament wara t-test ta’ tgħaffiġ li wassal biex jidhru dawn ix-xquq jew tiċrit.

    3.2.1.2   Il-kejl li għandu jittieħed

    3.2.1.2.1    Ksur u xquq

    Wara kull test il-membri strutturali kollha, il-ġogi u s-sistemi tal-irbit għandhom ikunu eżaminati b’mod viżiv għal fratturi u xquq, bi kwalunkwe xquq żgħar f’partijiet mhux importanti jiġu injorati.

    Kwalunkwe tiċrit kkawżat mit-truf tal-piż tal-pendlu għandu jiġi injorat.

    3.2.1.2.2    Dħul fiż-żona ta’ spazju vojt

    Waqt kull test l-istruttura protettiva għandha tiġi eżaminata biex jiġi vverifikat jekk daħlitx kwalunkwe parti fiż-żona ta’ spazju vojt madwar is-sit tas-sewwieq kif definit f'1.6.

    Barra minn hekk, iż-żona ta’ spazju vojt ma għandhiex tkun 'il barra mill-istruttura protettiva. Għal din il-fini, għandha tiġi kkunsidrata bħala barra miż-żona protettiva jekk kwalunkwe parti minnha tkun għamlet kuntatt ma’ art ċatta jekk it-trattur jinqaleb lejn id-direzzjoni minn fejn ikun ġiet applikata t-tagħbija tat-test. Biex dan jiġi stmat, wieħed jassumi li t-tajers ta’ quddiem u ta’ wara u d-distanza tal-wisa' bejn ir-roti għandhom ikunu l-iżgħar fittjatura standard mill-manifattur.

    3.2.1.2.3    It-tagħwiġa elastika (taħt impatt mill-ġenb)

    It-tagħwiġa elastika għandha titkejjel (810 + av) mm 'il fuq mill-punt tal-indiċi tas-sit fil-pjan vertikali li fih tiġi applikata t-tagħbija. Għal dan il-kejl, jista' jintuża kwalunkwe apparat simili għal dak muri fil-Figura 7.8.

    3.2.1.2.4    Tagħwiġa permanenti

    Wara t-test tat-tgħaffiġ finali, it-tagħwiġa permanenti tal-istruttura protettiva għandha tiġi rreġistrata. Għal din il-fini, qabel ma jibda t-test, għandha tintuża l-pożizzjoni tal-membri tal-istruttura protettiva kontra t-tgerbib ewlenija f’relazzjoni mal-punt tal-indiċi tas-sit.

    3.2.2   Testijiet Statiċi

    3.2.2.1   Testijiet ta’ tagħbija u tgħaffiġ

    3.2.2.1.1    Tagħbija fuq wara

    3.2.2.1.1.1

    It-tagħbija għandha tiġi applikata b'mod orizzontali, fi pjan vertikali parallel mal-pjan medjan tat-trattur.

    Il-punt tal-applikazzjoni tat-tagħbija għandu jkun dik il-parti tal-istruttura protettiva kontra t-tgerbib li x'aktarx li tolqot l-art l-ewwel f'inċident ta’ qlib b'lura, normalment ix-xifer ta’ fuq. Il-pjan vertikali li t-tagħbija tiġi applikata fih għandu jkun f'distanza ta’ terz tal-wisa' estern tal-parti ta’ fuq tal-istruttura mill-pjan medjan.

    Jekk l-istruttura tkun għat-tond jew toħroġ 'il barra f'dan il-punt, għandhom jiżdiedu kunjardi li jippermettu li t-tagħbija tiġi applikata hemmhekk, mingħajr ma tissaħħaħ aktar l-istruttura.

    3.2.2.1.1.2

    L-assemblaġġ għandu jintrabat mal-art kif deskritt fi 3.1.6.3.

    3.2.2.1.1.3

    L-enerġija assorbita mill-istruttura protettiva matul it-test għandha tkun tal-anqas:

    Eil = 2,165 × 10-7 M L2

    jew

    Eil = 0,574 × I

    3.2.2.1.1.4

    Għat-tratturi b'pożizzjoni tas-sewwieq riversibbli (sit u rota tal-istering riversibbli), l-enerġija għandha tkun dik li tkun l-ogħla bejn il-formula magħżula minn hawn fuq u li ġejja:

    Eil = 500 + 0,5 M

    3.2.2.1.2    Tagħbija fuq quddiem

    3.2.2.1.2.1

    It-tagħbija għandha tiġi applikata b'mod orizzontali fi pjan vertikali parallel mal-pjan medjan tat-trattur. Il-punt ta’ applikazzjoni għandu jkun dik il-parti tal-istruttura protettiva li x'aktarx li tolqot l-art l-ewwel jekk it-trattur jinqaleb la ġenba meta jkun miexi 'l quddiem, jiġifieri normalment ix-xifer ta’ fuq. Il-punt ta’ applikazzjoni tat-tagħbija għandha tkun 1/6 tal-wisa' tal-parti ta’ fuq nett tal-istruttura protettiva 'l ġewwa minn pjan vertikali parallel mal-pjan medjan tat-trattur li jmiss l-estremità ta’ barra tal-parti ta’ fuq nett tal-istruttura protettiva.

    Jekk l-istruttura tkun għat-tond jew toħroġ 'il barra f'dan il-punt, għandhom jiżdiedu kunjardi li jippermettu li t-tagħbija tiġi applikata hemmhekk, mingħajr ma l-istruttura tissaħħaħ aktar.

    3.2.2.1.2.2

    L-assemblaġġ għandu jintrabat mal-art kif deskritt fi 3.1.6.3.

    3.2.2.1.2.3

    L-enerġija assorbita mill-istruttura protettiva matul it-test għandha tkun tal-anqas:

    Eil = 500 + 0,5 M

    3.2.2.1.2.4

    F'każ ta’ tratturi b'pożizzjoni tas-sewwieq riversibbli (sit riversibbli u rota tal-istering):

    jekk l-istruttura protettiva tkun rollbar b'żewġ postijiet fuq wara għandha tapplika wkoll il-formula preċedenti;

    għal tipi oħra ta’ strutturi protettivi, l-enerġija għandha tkun l-ogħla waħda bejn ta’ hawn fuq jew liema waħda tintgħażel milli ġejjin:

    Eil = 2,165 × 10-7 ML2

    jew

    Eil = 0,574 I

    3.2.2.1.3    Tagħbija mill-ġenb

    3.2.2.1.3.1

    It-tagħbija mill-ġenb għandha tkun applikata b'mod orizzontali, fi pjan vertikali perpendikulari għall-pjan medjan tat-trattur li jgħaddi 60 mm quddiem il-punt tal-indiċi tas-sit, bis-sit ikun fil-pożizzjoni tan-nofs tal-aġġustament lonġitudinali. Il-punt tal-applikazzjoni tat-tagħbija huwa dik il-parti tal-istruttura protettiva kontra t-tgerbib li x'aktarx li tolqot l-art l-ewwel f'inċident ta’ qlib la ġenba, normalment ix-xifer ta’ fuq.

    3.2.2.1.3.2

    L-assemblaġġ għandu jintrabat mal-art kif deskritt fi 3.1.6.3.

    3.2.2.1.3.3

    L-enerġija assorbita mill-istruttura protettiva matul it-test għandha tkun tal-anqas:

    Eis = 1,75 M

    3.2.2.1.3.4

    Għat-tratturi b'pożizzjoni tas-sewwieq riversibbli (sit u rota tal-istering riversibbli), il-punt tal-applikazzjoni tat-tagħbija għandu jkun fil-pjan f'angolu rett mal-pjan medjan u jgħaddi mill-punt tan-nofs tas-segment li jgħaqqad iż-żewġ punti tal-indiċi tas-sits definiti billi jingħaqdu maż-żewġ pożizzjonijiet differenti tas-sit. Għall-istrutturi protettivi b'sistema ta’ żewġ postijiet, it-tagħbija għandha tkun fuq wieħed miż-żewġ postijiet.

    3.2.2.1.3.5

    F'każ ta’ tratturi b'pożizzjoni tas-sewwieq riversibbli (sit u rota tal-istering riversibbli), fejn l-istruttura protettiva hija rollbar b'żewġ postijiet fuq wara, l-enerġija għandha tkun dik li tkun l-ogħla milli ġejjin:

    Eis = 1,75 M

    jew

    Eis = 1,75 M (B6 + B)/2B

    3.2.2.1.4    Tgħaffiġ fuq wara

    Id-dispożizzjonijiet kollha huma identiċi għal dawk fi 3.2.1.1.4.

    3.2.2.1.5    Tgħaffiġ fuq quddiem

    Id-dispożizzjonijiet kollha huma identiċi għal dawk fi 3.2.1.1.5.

    3.2.2.1.6    Test addizzjonali għal tagħbija eċċessiva (il-Figuri minn 7.9 sa 7.11)

    Għandu jsir test ta’ tagħbija eċċessiva fil-każijiet kollha fejn il-forza tonqos b'aktar minn 3 % matul l-aħħar 5 % tat-tgħawwiġ milħuq meta l-enerġija mitluba tkun assorbita mill-istruttura (ara l-Figura 7.10).

    It-test ta’ tagħbija eċċessiva jinvolvi ż-żieda gradwali tat-tagħbija orizzontali b'żidiet ta’ 5 % tar-rekwiżit ta’ enerġija inizjali sa massimu ta’ 20 % ta’ enerġija miżjuda (ara l-Figura 7.11).

    It-test ta’ tagħbija eċċessiva jkun sodisfaċenti jekk, wara kull żieda b'5, 10 jew 15 % f'enerġija meħtieġa, il-forza tonqos b'anqas minn 3 % għal żieda ta’ 5 % u tibqa' akbar minn 0,8 Fmax.

    It-test ta’ tagħbija eċċessiva jkun sodisfaċenti jekk, wara li l-istruttura tkun assorbit 20 % tal-enerġija miżjuda, il-forza taqbeż iż-0,8 Fmax.

    Xquq jew tiċrit addizzjonali u/jew dħul fiż-żona ta’ spazju vojt jew nuqqas ta’ protezzjoni tagħha minħabba tgħawwiġ elastiku huma permessi waqt it-test ta’ tagħbija eċċessiva. Madankollu, wara t-tneħħija tat-tagħbija, l-istruttura ma għandhiex tidħol fiż-żona ta’ spazju vojt, li għandha tkun protetta kompletament.

    3.2.2.1.7    Testijiet ta’ tgħaffiġ addizzjonali

    Jekk ix-xquq jew tiċrit ma jkunux jistgħu jitqiesu bħala negliġibbli matul test ta’ tgħaffiġ, għandu jsir tieni test simili, imma b'forza ta’ 1,2 Fv, immedjatament wara t-test tat-tgħaffiġ li wassal biex jidhru x-xquq jew it-tiċrit.

    3.2.2.2   Il-kejl li għandu jittieħed

    3.2.2.2.1    Ksur u xquq

    Wara kull test il-membri strutturali kollha, il-ġogi u s-sistemi tat-twaħħil għandhom ikunu eżaminati b’mod viżiv għal fratturi u xquq, bi kwalunkwe xquq żgħar f’partijiet mhux importanti jiġu injorati.

    3.2.2.2.2    Dħul fiż-żona ta’ spazju vojt

    Waqt kull test l-istruttura protettiva għandha tiġi eżaminata biex jiġi vverifikat jekk daħlitx kwalunkwe parti minnha fiż-żona ta’ spazju vojt kif definit f'1.6 tal-Anness I.

    Barra minn hekk, għandu jsir eżami biex jiġi ddeterminat jekk hemmx xi parti taż-żona ta’ spazju vojt 'il barra mill-istruttura protettiva. Għal din il-fini, hija titqies li qiegħda 'l barra mill-protezzjoni tal-istruttura protettiva ta’ kontra t-tgerbib jekk kwalunkwe parti minnha tiġi f'kuntatt mal-pjan tal-art jekk it-trattur ikun inqaleb fid-direzzjoni li minnha jkun ġie l-impatt. Għal din il-fini, wieħed jassumi li t-tajers ta’ quddiem u ta’ wara u d-distanza bejn ir-roti huma l-iżgħar li ġew speċifikati mill-manifattur.

    3.2.2.2.3    It-tagħwiġa elastika taħt tagħbija mill-ġenb

    It-tagħwiġa elastika għandha titkejjel (810 + av) mm 'il fuq mill-punt tal-indiċi tas-sit fil-pjan vertikali li fih tiġi applikata t-tagħbija. Għal dan il-kejl, jista' jintuża kwalunkwe apparat simili għal dak muri fil-Figura 7.8.

    3.2.2.2.4    Tagħwiġa permanenti

    Wara t-test tat-tgħaffiġ finali, it-tagħwiġa permanenti tal-istruttura protettiva għandha tiġi rreġistrata. Għal din il-fini, qabel ma jibda t-test, għandha tintuża l-pożizzjoni tal-membri tal-istruttura protettiva kontra l-qlib ewlenija f’relazzjoni mal-punt tal-indiċi tas-sit.

    Estensjoni għal mudelli oħra ta’ tratturi

    3.3.1   [mhux applikabbli]

    3.3.2   Estensjoni teknika

    Meta jsiru modifiki tekniċi fuq it-trattur, l-istruttura protettiva jew il-metodu ta’ twaħħil tal-istruttura protettiva mat-trattur, l-istazzjon tal-ittestjar li wettqet it-test oriġinali jista' joħroġ ‘rapport ta’ estensjoni teknika’ fil-każijiet li ġejjin:

    3.3.2.1   Estensjoni tar-riżultati tat-test strutturali għal mudelli oħra ta’ tratturi

    It-testijiet ta’ impatt u tgħaffiġ ma hemmx għalfejn isiru fuq kull mudell ta’ trattur, sakemm l-istruttura protettiva u t-trattur jikkonformaw mal-kundizzjonijiet imsemmija hawn taħt minn 3.3.2.1.1 sa 3.3.2.1.5.

    3.3.2.1.1

    L-istruttura għandha tkun identika għal dik ittestjata;

    3.3.2.1.2

    L-enerġija meħtieġa ma għandhiex taqbeż l-enerġija kkalkulata għat-test oriġinali b'iktar minn 5 %.

    3.3.2.1.3

    Il-metodu ta’ twaħħil u l-komponenti tat-trattur li magħhom isir it-twaħħil għandhom ikunu identiċi,

    3.3.2.1.4

    Kwalunkwe komponenti bħall-madgards u l-bonit li jistgħu jagħtu għajnuna għall-istruttura protettiva għandhom ikunu identiċi;

    3.3.2.1.5

    Il-pożizzjoni u d-dimensjonijiet kritiċi tas-sit fl-istruttra protettiva u l-pożizzjoni relattiva tal-istruttura protettiva fuq it-trattur għandha tkun tali li ż-żona ta’ spazju vojt jibqa' taħt il-protezzjoni tal-istruttura mgħawġa matul it-testijiet kollha (dan għandu jkun ivverifikat billi tintuża l-istess referenza ta’ żona ta’ spazju vojt bħal fir-rapport tat-test oriġinali, rispettivament il-Punt ta’ Referenza tas-Sit [PRS] jew il-Punt tal-Indiċi tas-Sit [PIS]).

    3.3.2.2   Estensjoni tar-riżultati tat-test strutturali għal mudelli mmodifikati tal-istruttura protettiva

    Din il-proċedura għandha tiġi segwita meta d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 3.3.2.1 ma jkunux sodisfatti u ma tistax tintuża meta l-metodu ta’ twaħħil tal-istruttura protettiva mat-trattur ma jibqgħux tal-istess prinċipju (eż. sostenituri tal-gomma jinbidlu b'tagħmir ta’ sospensjoni):

    3.3.2.2.1

    Modifiki li ma jħallu l-ebda impatt fuq ir-riżultati tat-test inizjali (eż. twaħħil bis-saldatura tal-pjanċa tal-immuntar ta’ aċċessorju f'post mhux kritiku tal-istruttura), żieda ta’ sits b'post tal-PIS differenti fl-istruttura protettiva (bil-kundizzjoni li jiġi vverifikat li ż-żona/i ta’ spazju vojt il-ġdida/ġodda tibqa'/jibqgħu taħt il-protezzjoni tal-istruttura mgħawġa matul it-testijiet kollha).

    3.3.2.2.2

    Modifiki li jistgħu jħallu impatt fuq ir-riżultati tat-test oriġinali mingħajr ma jintefa' dubju fuq l-aċċettabilità tal-istruttura protettiva (eż. modifika tal-komponent strutturali, modifika tal-metodu ta’ twaħħil tal-istruttura protettiva mat-trattur). Jista' jsir test ta’ validazzjoni u r-riżultati tat-test ikunu abbozzati fir-rapport ta’ estensjoni.

    Il-limiti li ġejjin għal din l-estensjoni tat-tip huma ffissati:

    3.3.2.2.2.1

    ma jistgħux jiġu aċċettati iktar minn ħames estensjonijiet mingħajr test ta’ validazzjoni;

    3.3.2.2.2.2

    ir-riżultati tat-test ta’ validazzjoni jkunu aċċettati għall-estesnjoni jekk il-kundizzjonijiet kollha ta’ aċċettazzjoni tal-Kodiċi jkunu sodisfatti u:

     

    jekk it-tagħwiġa li titkejjel wara kull test tal-impatt ma tvarjax mit-tagħwiġa mkejla wara kull test tal-impatt fir-rapport tat-test oriġinali b'iktar minn ± 7 % (f'każ ta’ test dinamiku);

     

    jekk il-forza mkejla meta l-livell tal-enerġija jkun intlaħaq fid-diversi testijiet ta’ tagħbija orizzjontali ma jvarjax mill-forza mkejla meta l-enerġija mitluba tkun intlaħqet fit-test oriġinali b'iktar minn ± 7 % u t-tagħwiġa mkejla (****) meta l-livell ta’ enerġija meħtieġa tkun intlaħqet fit-testijiet ta’ tagħbija orizzontali ma jvarjax mit-tagħwiġa mkejla meta l-enerġija meħtieġa tkun intlaħqet fit-test oriġinali b'iktar minn ± 7 % (f'każ ta’ test statiku).

    3.3.2.2.2.3

    iktar minn modifika waħda għall-istruttura protettiva jistgħu jkunu inklużi f'rapport ta’ estensjoni uniku jekk jirrappreżentaw possibilitajiet differenti tal-istruttura protettiva, imma test ta’ validazzjoni wieħed biss jista' jkun aċċettat f'rapport ta’ estensjoni uniku. L-għażliet li ma ġewx ittestjati għandhom ikunu deskritti f'taqsima speċifika tar-rapport ta’ estensjoni.

    3.3.2.2.3

    Żieda fil-massa ta’ referenza ddikjarata mill-manifattur għal struttura protettiva diġà ttestjata. Jekk il-manifattur irid iżomm l-istess numru ta’ approvazzjoni huwa possibbli li joħroġ rapport ta’ estensjoni wara li jwettaq test ta’ validazzjoni (il-limiti ta’ ± 7 % speċifikat fi 3.3.2.2.2.2 mhumiex applikabbli f'każ bħal dan).

    3.4   [mhux applikabbli]

    3.5   Rendiment ta’ strutturi protettivi f'temp kiesaħ

    3.5.1

    Jekk ikun allegat li l-istruttura protettiva għandha proprjetajiet reżistenti għall-effetti ta’ temp kiesaħ, il-manifattur għandu jagħti dettalji li jistgħu jkunu inklużi fir-rapport.

    3.5.2

    Ir-rekwiżiti u l-proċeduri li ġejjin huma maħsuba biex jipprovdu qawwa u reżistenza għall-ksur mill-effetti tal-kesħa f'temperaturi baxxi. Huwa ssuġġerit li għandhom ikunu sodisfatti r-rekwiżiti materjali minimi biex tiġi deċiża l-adattabilità tal-istruttura protettiva f'temperaturi operattivi mnaqqsa f'dawk il-pajjiżi li jeħtieġu din il-protezzjoni operattiva addizzjonali.

    3.5.2.1

    Boltijiet u skorfini użati biex titwaħħal l-istruttura protettiva mat-trattur u użati biex partijiet strutturali jingħaqdu mal-istruttura protettiva għandhom juru qawwa kkontrollata adegwata għal temperaturi baxxi.

    3.5.2.2

    L-elettrodi kollha tal-issaldjar fil-fabbrikazzjoni tal-membri strutturali u l-montaturi għandhom ikunu kompatibbli mal-materjal tal-istruttura protettiva bħal fi 3.5.2.3 hawn taħt.

    3.5.2.3

    Materjali tal-azzar għall-membri strutturali tal-istruttura protettiva għandhom ikunu ta’ materjal ta’ qawwa kkontrollata li turi rekwiżiti minimi tal-enerġija tal-impatt Charpy V-Notch kif muri fit-Tabella 7.1. Il-grad u l-kwalità tal-azzar għandu jkun speċifikat skont l-ISO 630:1995.

    Azzar bi ħxuna rrumblata ta’ inqas minn 2.5 mm u bil-kontenut ta’ karbonju inqas minn 0,2 % hu meqjus li jissodisfa din il-ħtieġa.

    Membri strutturali tal-istruttura protettiva magħmula minn materjali apparti mill-azzar għandu jkollhom reżistenza ekwivalenti f'impatt ta’ temperatura baxxa.

    3.5.2.4

    Meta jiġu ttestjati r-rekwiżiti tal-enerġija tal-impatt Charpy V-Notch, il-kampjun tad-daqs għandu jkun mhux inqas minn l-ikbar tad-daqsijiet iddikjarati fil-Tabella 7.1 li jippermetti l-materjal.

    3.5.2.5

    It-testijiet Charpy V-Notch għandhom isiru bi qbil mal-proċedura f'ASTM A 370-1979, ħlief għal daqsijiet ta’ kampjun li għandhom ikunu skont il-qisien mogħtija fit-Tabella 7.1.

    Tabella 7.1

    Enerġiji tal-impatt minimi Charpy V-notch

    Daqs tal-kampjun

    Enerġija fi

    Enerġija fi

     

    –30  °C

    –20  °C

    Mm

    J

    J (2)

    10 × 10 (1)

    11

    27,5

    10 × 9

    10

    25

    10 × 8

    9,5

    24

    10 × 7,5 (1)

    9,5

    24

    10 × 7

    9

    22,5

    10 × 6,7

    8,5

    21

    10 × 6

    8

    20

    10 × 5 (1)

    7,5

    19

    10 × 4

    7

    17,5

    10 × 3,5

    6

    15

    10 × 3

    6

    15

    10 × 2,5 (1)

    5,5

    14

    3.5.2.6

    Alternattivi għal din il-proċedura huma l-użu ta’ azzar newtralizzat jew seminewtralizzat li għandha tiġi pprovduta għalihom speċifikazzjoni adegwata. Il-grad u l-kwalità tal-azzar għandhom ikunu speċifikati skont ISO 630:1995, Amd 1:2003.

    3.5.2.7

    Il-kampjuni għandhom ikunu lonġitudinali u meħuda minn ħażna ċatta, sezzjonijiet tubulari jew strutturali qabel l-iffurmar jew l-issaldjar għal użu fl-istruttura ta’ protezzjoni. Kampjuni mis-sezzjonijiet tubulari jew strutturali għandhom jittieħdu min-nofs tal-ġenb tal-ikbar dimensjoni u ma għandhomx jinkludu saldaturi.

    3.6   [mhux applikabbli]

    Il-Figura 7.1

    Żona ta’ spazju vojt

    Il-Figura 7.1.a

    Viżjoni mill-ġenb

    Sezzjoni fil-pjan ta’ referenza

    Image

    Il-Figura 7.1.b

    Viżjoni minn wara

    Image

    Il-Figura 7.1.c

    Kif tidher minn fuq

    Image

    Il-Figura 7.2.a

    Żona ta’ spazju vojt għal tratturi b'pożizzjoni tas-sit riversibbli: rollbar b'żewġ postijiet

    Image

    Il-Figura 7.2.b

    Żona ta’ spazju vojt għal tratturi b'pożizzjoni tas-sit riversibbli: tipi oħra ta’ ROPS

    Image

    Il-Figura 7.3

    Blokka tal-pendlu u l-ktajjen ta’ sospensjoni tagħha jew ħbula tal-wajers

    Image

    Test ta 'immaġni

    Il-Figura 7.4

    Eżempju ta’ rbit tat-trattur (impatt minn wara)

    Image

    Test ta 'immaġni

    Il-Figura 7.5

    Eżempju ta’ rbit tat-trattur (impatt minn quddiem)

    Image

    Test ta 'immaġni

    Il-Figura 7.6

    Eżempju ta’ rbit tat-trattur (impatt mill-ġenb)

    Image

    Test ta 'immaġni

    Il-Figura 7.7

    Eżempju ta’ tagħmir tat-tgħaffiġ tat-trattur

    Image

    Test ta 'immaġni

    Il-Figura 7.8

    Eżempju ta’ apparat għall-kejl tat-tagħwiġa elastika

    Image

    Test ta 'immaġni

    Il-Figura 7.9

    Kurva forza / tagħwiġa

    Ma hemmx bżonn ta’ test ta’ tagħbija eċċessiva

    Image

    Test ta 'immaġni

    Il-Figura 7.10

    Kurva forza / tagħwiġa

    Hemm bżonn ta’ test ta’ tagħbija eċċessiva

    Image

    Test ta 'immaġni

    Il-Figura 7.11

    Kurva forza / tagħwiġa

    It-test ta’ tagħbija jrid ikompli

    Image

    Test ta 'immaġni

    (****)  Tagħwiġa permanenti + elastika fil-punt meta jinkiseb il-livell ta’ enerġija meħtieġ.’ ”"


    (1)  Tindika d-daqs preferut. Id-daqs tal-kampjun għandu jkun mhux inqas mill-ikbar daqs preferut li l-materjal jippermetti.

    (2)  Ir-rekwiżit tal-enerġija f'–20 °C huwa 2,5 darbiet il-valur speċifikat għal –30 °C. Fatturi oħra li jaffettwaw l-impatt tas-saħħa tal-enerġija, jiġifieri d-direzzjoni tat-tgerbib, is-saħħa tar-rendiment, l-orjentament tal-qamħ u l-issaldjar. Dawn il-fatturi għandhom jitqiesu meta jintgħażel jew jintuża l-azzar.


    ANNESS III

    Emendi għad-Direttiva 86/415/KEE

    Id-Direttiva 86/415/KEE hija emendata kif ġej:

    1.

    L-Anness II huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-punt 2.4.2.2.3 jinbidel b'dan li ġej:

    “2.4.2.2.3.

    Il-mekkaniżmu idrawliku tal-irfigħ minn tlett ibnadi jitħaddem permezz ta' kontrolli li jaħdmu bil-‘prinċipju ta' attivazzjoni kontinwa’;”

    (b)

    għandu jiżdied il-punt 2.5 li ġej:

    “2.5   Kontroll(i) tal-veloċità rotazzjonali ta' tluq (PTO)

    2.5.1.   Ma għandux ikun possibbli li tistartja l-magna meta l-PTO ikun mixgħul.

    2.5.2.   Kontrolli esterni

    2.5.2.1

    Il-kontrolli jridu jiġu rranġati b'tali mod li l-operatur ikun jista' jużahom minn post sikur.

    2.5.2.2

    Il-kontroll(i) għandhom jitfasslu b'tali mod li tevita attivazzjoni mhux intenzjonata tagħhom.

    2.5.2.3

    Il-kontroll għall-istartjar għandu jaħdem skont ‘il-prinċipju ta' attivazzjoni kontinwa’ għal tal-inqas tliet sekondi mill-attivazzjoni.

    2.5.2.4

    Wara l-attivazzjoni tal-kontroll(i) id-dewmien fil-ħin għall-operazzjoni intenzjonata ma għandux ikun iktar mill-ħin tas-sistema teknika għall-attivazzjoni/diżattivazzjoni. Jekk dan id-dewmien ma jinqabiżx, għandha ssir diżattivazzjoni awtomatika tal-PTO.

    2.5.2.5

    Għandu jkun dejjem possibbli li jitwaqqaf/jitwaqqfu għal kollox il-PTO(s) mis-sit tal-operatur kif ukoll mill-kontroll(i) esterni assoċjati. It-tifi għandu dejjem ikun il-kontroll li dejjem jirbaħ fuq kontrolli oħrajn.

    2.5.2.6

    L-interazzjoni bejn il-kontroll tal-PTO estern u l-PTO mill-pożizzjoni tas-sit tal-operatur ma għandhiex tkun permessa.”

    2.

    L-Anness III huwa emendat kif ġej:

    Taħt is-simbolu 1 daħħal “ISO 3767-1:1998, is-simbolu 8.18 jista' jintuża bħala alternattiva”;

    Taħt is-simbolu 3 daħħal “ISO 3767-1:1998, is-simbolu 8.19 jista' jintuża bħala alternattiva”;

    Taħt is-simbolu 6 daħħal “ISO 3767-2:1991, is-simbolu 7.11 flimkien ma' ISO 3767-1:1998, is-simbolu 7.1 sas-7.5 jista' jintuża bħala alternattiva”;

    Taħt is-simbolu 7 “ISO 37667-2:1991, il-wiri tas-simbolu 7.12 PTO flimkien ma' ISO 3767-1:1991, is-simbolu 7.1 sas-7.5 jistgħu jintużaw bħala alternattiva”.


    ANNESS IV

    Emendi għad-Direttiva 87/402/KEE

    Id-Direttiva 87/402/KEE hija emendata kif ġej:

    1.

    Fl-Anness I, il-punt 1 jinbidel b’dan li ġej:

    “1.

    Id-definizzjonijiet u r-rekwiżiti tal-punt 1 tal-Kodiċi 6 (*) tad-Deċiżjoni OECD C(2008) 128 ta’ Ottubru 2008, għajr għall-punt 1.1 (Tratturi agrikoli u forestali), għandhom japplikaw, u jinqraw kif ġej:

    ‘1.   Definizzjonijiet

    1.1   [mhux applikabbli]

    1.2   Struttura Protettiva fil-Każ ta’ Qlib (ROPS)

    Struttura ta’ protezzjoni fil-każ ta’ qlib (kabina ta’ sikurezza jew qafas), minn hawn ‘il quddiem imsejħa ‘struttura protettiva’, tfisser l-istruttura fuq trattur li l-iskop essenzjali tagħha huwa li jiġu evitati jew limitati riskji lis-sewwieq li jirriżultaw minn qlib tat-trattur waqt użu normali.

    L-istruttura protettiva fil-każ ta’ qlib hija kkaratterizzata minn li jitħalla spazju għal żona ta’ spazju vojt kbira biżżejjed biex tipproteġi lis-sewwieq meta jkun bil-qiegħda jew fi ħdan l-istruttura jew fi ħdan spazju magħluq minn għadd ta’ linji dritti mit-truf ta’ barra tal-istruttura għal kwalunkwe parti tat-trattur li tista’ tiġi f’kuntatt ma’ art ċatta u li tkun kapaċi terfa’ lit-trattur f’din il-pożizzjoni jekk it-trattur jinqaleb.

    1.3   Trekk

    1.3.1   Definizzjoni preliminari: wiċċ medjan tar-rota

    Il-wiċċ medjan tar-rota huwa ekwidistanti miż-żewġ uċuħ li fihom il-periferija tar-rimmijiet fit-truf ta’ barra tagħhom.

    1.3.2   Definizzjoni ta’ trekk

    Il-wiċċ vertikali minn ġol-fus tar-rota jaqsam minn naħa għall-oħra l-wiċċ medjan tagħha tul linja dritta li tiltaqa’ mal-wiċċ li jerfa’ f’xi punt. Jekk A u B huma ż-żewġ punti hekk iddefiniti għar-roti fuq l-istess fus tat-trattur, il-wisa’ tat-trekk hija d-distanza bejn il-punti A u B. It-trekk tista’ tiġi ddefinita b’dan il-mod kemm għar-roti ta’ quddiem kif ukoll ta’ wara. Fejn hemm żewġ roti tewmin, it-trekk hija d-distanza bejn żewġ uċuħ b’kull wieħed minnhom bħala l-wiċċ medjan tal-pari tar-roti.

    1.3.3   Definizzjoni addizzjonali: wiċċ medjan tat-trattur

    Jittieħdu l-pożizzjonijiet estremi tal-punti A u B għall-fus ta’ wara tat-trattur, li huwa l-akbar valur possibbli għat-trekk. Il-wiċċ vertikali f’angolu rett mal-linja AB fil-punt ċentrali tagħha huwa l-wiċċ medjan tat-trattur.

    1.4   Bażi tar-rota

    Id-distanza bejn l-uċuħ vertikali għaddejjin miż-żewġ linji AB kif iddefinit hawn fuq, waħda għar-roti ta’ quddiem u waħda għar-roti ta’ wara.

    1.5   Determinazzjoni tal-punt tal-indiċi tas-sit; post tas-sit u aġġustament għat-test

    1.5.1   Il-punt tal-indiċi tas-sit (SIP)  (**)

    Il-punt tal-indiċi tas-sit għandu jkun iddeterminat skont l-ISO 5353:1995

    1.5.2   Post tas-sit u aġġustament għat-test

    1.5.2.1

    fejn l-inklinazzjoni tad-dar u l-wiċċ tas-sit tkun aġġustabbli, dawn iridu jkunu aġġustati sabiex il-punt tal-indiċi tas-sit ikun fil-pożizzjoni ta’ wara l-aktar wieqfa;

    1.5.2.2

    fejn is-sit ikun mgħammar b’sospensjonijiet, dan irid jiġi mblukkat f’nofs triq, sakemm dan ma jkunx kontra l-istruzzjonijiet stabbiliti b’mod ċar mill-manifattur tas-sit.

    1.5.2.3

    fejn il-pożizzjoni tas-sit tkun aġġustabbli fit-tul u vertikalment biss, l-assi lonġitudinali li jgħaddi mill-punt tal-indiċi tas-sit għandu jkun parrallel mal-wiċċ vertikali lonġitudinali tat-trattur li jgħaddi miċ-ċentru tal-istering u mhux aktar minn 100 mm minn dan il-wiċċ.

    1.6   Żona ta’ spazju vojt

    1.6.1   Linja u wiċċ vertikali ta’ referenza

    Iż-żona ta’ spazju vojt (Il-Figura 6.1 fl-Anness II) hija definita fuq il-bażi ta’ wiċċ ta’ referenza vertikali u linja ta’ referenza:

    1.6.1.1

    Il-wiċċ ta’ referenza huwa wiċċ vertikali, ġeneralment lonġitudinali mat-trattur u li jgħaddi mill-punt tal-indiċi tas-sit u ċ-ċentru tar-rota tal-istering. Normalment il-wiċċ ta’ referenza jikkoinċidi mal-wiċċ medjan lonġitudinali tat-trattur. Il-wiċċ ta’ referenza għandu jitqies li jersaq orizzontalment mas-sit u r-rota tal-istering meta jkun mgħobbi iżda li jibqa’ perpendikulari mat-trattur jew mal-art tal-istruttura protettiva fil-każ ta’ qlib.

    1.6.1.2

    Il-linja ta’ referenza hija l-linja li tinsab fil-wiċċ ta’ referenza, li tgħaddi minn punt ta’ li jinsab 140 + ah lura u 90 – av taħt il-punt tal-indiċi tas-sit u l-ewwel punt fuq ix-xifer tar-rota tal-istering li hi taqsam meta tinġieb mal-orizzontali.

    1.6.2   Determinazzjoni taż-żona ta’ spazju vojt għal tratturi b’sit mhux riversibbli

    Iż-żona ta’ spazju vojt għal tratturi b’sit mhux riversibbli hija ddefinita f’minn 1.6.2.1 sa 1.6.2.11 hawn taħt u hija magħluqa mill-uċuħ li ġejjin, meta t-trattur ikun fuq wiċċ orizzontali, is-sit, fejn ikun jista’ jiġi aġġustat, aġġustat fil-pożizzjoni ta’ wara l-aktar wieqfa (***), u r-rota tal-istering, fejn ikun jista’ jiġi aġġustat, aġġustat fil-pożizzjoni tan-nofs għal sewqan bil-qiegħda:

    1.6.2.1

    żewġ uċuħ vertikali 250 mm fuq kull naħa tal-pjan ta’ referenza, fejn dawn il-pjanijiet vertikali jestendu 300 mm ‘il fuq mill-wiċċ definit f’1.6.2.8 hawn taħt u b’mod lonġitudinali tal-anqas 550 mm ‘il quddiem mill-wiċċ vertikali perpendikulari mal-pjan ta’ referenza li għaddi (210 – ah) mm ‘il quddiem mill-punt ta’ referenza tas-sit;

    1.6.2.2

    żewġ uċuħ vertikali 200 mm fuq kull naħa tal-wiċċ ta’ referenza, fejn dawn l-uċuħ vertikali jestendu 300 mm ‘il fuq mill-wiċċ definit f’1.6.2.8 hawn taħt u b’mod lonġitudinali mill-wiċċ definit f’1.6.2.11 ‘l isfel mill-wiċċ vertikali perpendikulari mal-pjan ta’ referenza li għaddi (210 – ah) mm ‘il quddiem mill-punt ta’ referenza tas-sit;

    1.6.2.3

    Wiċċ inklinat perpendikulari mal-wiċċ ta’ referenza, parallel ma’ u 400 mm ‘il fuq mil-linja ta’ referenza, li jestendi lura sal-punt fejn jaqsam mal-pjan vertikali li huwa perpendikulari mal-pjan ta’ referenza u li jgħaddi minn punt (140+ ah) mm lura mill-punt tal-indiċi tas-sit;

    1.6.2.4

    Wiċċ inklinat, perpendikulari mal-wiċċ ta’ referenza u li jiltaqa’ mal-wiċċ definit f’1.6.2.3 hawn fuq i x-xifer l-iktar luraiu jserraħ fuq id-dahar tas-sit;

    1.6.2.5

    wiċċ vertikali perpendikulari mal-wiċċ ta’ referenza, li jgħaddi tal-anqas 40 mm ‘il quddiem mir-rota tal-istering u tal-anqas 760 – ah ‘il quddiem mill-punt tal-indiċi tas-sit;

    1.6.2.6

    wiċċ ċilindriku bl-assi tiegħu perpendikulari mal-wiċċ ta’ referenza, li għandu raġġ ta’ 150 mm u tanġenzjali mal-uċuħ iddefiniti f’1.6.2.3 u 1.6.2.5;

    1.6.2.7

    żewġ uċuħ inklinati paralleli li jgħaddu mit-trufijiet ta’ fuq tal-uċuħ iddefiniti f’1.6.2.1 hawn fuq bil-wiċċ inklinat tal-ġenb fejn jiġi applikat l-impatt ma jkunx eqreb minn 100 mm mill-wiċċ ta’ referenza ‘l fuq miż-żona ta’ spazju vojt;

    1.6.2.8

    wiċċ orizzontali li jgħaddi minn punt 90 – av taħt il-punt tal-indiċi tas-sit;

    1.6.2.9

    żewġ porzjonijiet tal-wiċċ vertikali perpendikulari mal-wiċċ ta’ referenza li jgħaddi 210 – ah ‘il quddiem mill-punt tal-indiċi tas-sit, fejn dawn iż-żewġ partijiet mill-pjanijiet jingħaqdu rispettivament mal-limiti l-aktar lura tal-uċuħ iddefiniti f’1.6.2.1 fuq il-limiti l-aktar ‘il quddiem tal-uċuħ iddefiniti f’1.6.2.2 hawn fuq;

    1.6.2.10

    żewġ porzjonijiet tal-wiċċ orizzontali li jgħaddi 300 mm ‘il fuq mill-wiċċ iddefinit f’1.6.2.8 hawn fuq, fejn dawn iż-żewġ partijiet mill-uċuħ jingħaqdu rispettivament mal-limiti l-aktar ‘il fuq tal-pjanijiet vertikali ddefiniti f’1.6.2.2 u l-limiti l-aktar baxxi tal-uċuħ oblikwi ddefiniti f’1.6.2.7 hawn fuq;

    1.6.2.11

    wiċċ, għat-tond jekk hemm bżonn, li l-linja ġenerattiva tiegħu hija perpendikulari mal-wiċċ ta’ referenza u li sserraħ fuq in-naħa ta’ wara tad-dahar tas-sit.

    1.6.3   Determinazzjoni taż-żona ta’ spazju vojt għal tratturi b’pożizzjoni riversibbli tas-sewwieq

    Għal tratturi b’pożizzjoni tas-sewwieq riversibbli (sit u rota tal-istering riversibbli), iż-żona ta’ spazju vojt huwa l-involukru taż-żewġ żoni ta’ spazju vojt iddefiniti miż-żewġ pożizzjonijiet differenti tar-rota tal-istering u s-sit.

    1.6.4   Sits mhux obbligatorji

    1.6.4.1

    F’każ ta’ tratturi li jistgħu jintramaw b’sits mhux obbligatorji, l-involukru li fih il-punti tal-indiċi tas-sit tal-għażliet kollha offruti għandu jintuża matul it-testijiet. L-istruttura protettiva ma għandhiex tidħol fiż-żona l-kbira ta’ spazju ħieles li tqis dawn il-punti differenti tal-indiċi tas-sit.

    1.6.4.2

    F’każ fejn tiġi offruta għażla ġdida ta’ sit wara li jkun sar it-test, għandu jsir kalkolu biex jinstab jekk iż-żona ta’ spazju ħieles madwar l-SIP il-ġdid taqax fl-involukru stabbilit qabel. Jekk ma taqax hemm, irid isir test mill-ġdid.

    1.7   Tolleranzi permissibbli ta’ kejl

    Dimensjonijiet lineari

    :

    ± 3 mm

    għajr

    :

    :

    tagħwiġa fit-tajer

    :

    ± 1 mm

    :

    tagħwiġa tal-istruttura matul it-tagħbijiet orizzontali

    :

    ± 1 mm

    :

    għoli tal-waqgħa tal-blokka tal-pendlu

    :

    ± 1 mm

    Mases

    :

    ± 1 %

    Forzi

    :

    ± 2 %

    Angoli

    :

    ± 2°

    1.8   Simboli

    ah

    (mm)

    Nofs l-aġġustament orizzontali tas-sit

    av

    (mm)

    Nofs l-aġġustament vertikali tas-sit

    B

    (mm)

    Wisa’ minima ġenerali tat-trattur

    Bb

    (mm)

    Wisa’ massima esterna tal-istruttura protettiva

    D

    (mm)

    Tagħwiġa tal-istruttura fil-punt ta’ impatt (testijiet dinamiċi) jew fil-punt tal-applikazzjoni tat-tagħbija u bi dritt miegħu (testijiet statiċi)

    D′

    (mm)

    Tagħwiġa tal-istruttura għall-enerġija kkalkulata meħtieġa

    Ea

    (J)

    L-enerġija tat-tensjoni assorbita fil-punt meta titneħħa t-tagħbija. Żona kontenuta fi ħdan il-kurva F-D

    Ei

    (J)

    Enerġija ta’ tensjoni assorbita. Żona taħt il-kurva F-D

    E′i

    (J)

    Enerġija ta’ tensjoni assorbita wara tagħbija addizzjonali wara qasma jew tiċrita

    E″i

    (J)

    Enerġija ta’ tensjoni assorbita f’test ta’ eċċess ta’ tagħbija fil-każ li t-tagħbija tkun tneħħiet qabel jibda dan it-test ta’ tagħbija eċċessiva. Żona taħt il-kurva F-D

    Eil

    (J)

    Input ta’ enerġija li għandha tiġi assorbita matul it-tagħbija lonġitudinali

    Eis

    (J)

    Input ta’ enerġija li għandha tiġi assorbita matul it-tagħbija laterali

    F

    (N)

    Forza ta’ tagħbija statika

    F′

    (N)

    Forza ta’ tagħbija għall-enerġija kkalkulata meħtieġa, li tikkorrispondi għal E′i

    F-D

     

    Dijagramma forza/tagħwiġa

    Fi

    (N)

    Forza applikata mat-tagħmir sod ta’ wara

    Fmax

    (N)

    Forza massima ta’ tagħbija statika preżenti matul it-tagħbija, bl-eċċezzjoni ta’ tagħbija eċċessiva

    Fv

    (N)

    Forza vertikali ta’ tgħaffiġ

    H

    (mm)

    Għoli tal-waqgħa tal-blokka tal-pendlu (testijiet dinamiċi)

    H′

    (mm)

    Għoli tal-waqgħa tal-blokka tal-pendlu għal test addizzjonali (testijiet dinamiċi)

    I

    (kg m2)

    Mument ta’ inerzja ta’ referenza tat-trattur madwar il-linja ċentrali tar-roti ta’ wara, tkun xi tkun il-massa ta’ dawn ir-roti ta’ wara

    L

    (mm)

    Distanza bejn il-fus ta’ quddiem u dak ta’ wara ta’ referenza tat-trattur

    M

    (kg)

    Massa ta’ referenza tat-trattur matul testijiet ta’ qawwa, kif iddefinit fit-Taqsima 3.2.1.4 fl-Anness II.

    (**)  Għal testijiet ta’ estensjoni tar-rapporti ta’ testijiet li oriġinarjament użaw punt ta’ referenza tas-sit (SRP), il-kejl meħtieġ għandu jsir b’referenza għall-SRP minflok l-SIP u l-użu tal-SRP għandu jiġi indikat b’mod ċar (ara l-Anness 1)."

    (***)  Infakkru lill-utenti li l-punt tal-indiċi tas-sit huwa ddeterminat skont l-ISO 5353 u huwa punt fiss fir-rigward tat-trattur li ma jiċċaqlaqx hekk kif is-sit jiġi aġġustat lil hinn mill-pożizzjoni tan-nofs. Għall-finijiet tad-determinazzjoni taż-żona ta’ spazju vojt, is-sit għandu jitqiegħed fil-pożizzjoni ta’ wara l-aktar wieqaf.’ ”"

    (*)  Il-kodiċi standard tal-OECD għall-ittestjar uffiċjali ta’ strutturi mwaħħla fuq quddiem ta’ tratturi agrikoli jew forestali bi trekk dejjaq bħala protezzjoni fil-każ li jinqalbu."

    (**)  Għal testijiet ta’ estensjoni tar-rapporti ta’ testijiet li oriġinarjament użaw punt ta’ referenza tas-sit (SRP), il-kejl meħtieġ għandu jsir b’referenza għall-SRP minflok l-SIP u l-użu tal-SRP għandu jiġi indikat b’mod ċar (ara l-Anness 1)."

    (***)  Infakkru lill-utenti li l-punt tal-indiċi tas-sit huwa ddeterminat skont l-ISO 5353 u huwa punt fiss fir-rigward tat-trattur li ma jiċċaqlaqx hekk kif is-sit jiġi aġġustat lil hinn mill-pożizzjoni tan-nofs. Għall-finijiet tad-determinazzjoni taż-żona ta’ spazju vojt, is-sit għandu jitqiegħed fil-pożizzjoni ta’ wara l-aktar wieqaf.’ ”"

    2.

    L-Anness II jinbidel bit-test segwenti:

    “ANNESS II

    Rekwiżiti tekniċi

    Ir-rekwiżiti tekniċi għall-approvazzjoni tat-tip KE dwar strutturi li jipproteġu mill-qlib imwaħħla fuq quddiem tas-sit tas-sewwieq ta’ tratturi agrikoli jew forestali tat-tip bi trekk dejjaq, għandhom ikunu dawk stabbiliti fil-punt 3 tal-Kodiċi 6 (****) tad-Deċiżjoni tal-OECD K(2008) 128 ta’ Ottubru 2008, minbarra l-punti 3.2.4 (Rapporti tat-test), 3.4.1 (Estensjoni amministrattiva), 3.5 (Ittikkettjar) u 3.7 (Ir-rendiment tal-ankraġġ taċ-ċinturin tas-sigurtà), li jgħid kif ġej:

    ‘3.   REGOLI U STRUZZJONIJIET

    3.1   Kundizzjonijiet minn qabel għat-testijiet ta’ qawwa

    3.1.1   Tlestija ta’ żewġ testijiet preliminari

    L-istruttura protettiva tista' tkun suġġetta għat-testijiet ta’ saħħa jekk kemm it-Test ta’ Stabilità Laterali kif ukoll it-Test tat-Tgerbib Mhux Kontinwu tlestew b'mod sodisfaċenti (ara d-dijagramma tal-fluss bħala l-Figura 6.3).

    3.1.2   Preparazzjoni għat-testijiet preliminari

    3.1.2.1

    It-trattur irid ikun mgħammar bl-istruttura protettiva fil-pożizzjoni sikura tiegħu.

    3.1.2.2

    It-trattur irid ikun mgħammar b'tajers li għandhom l-akbar dijametru indikat mill-manifattur u l-iżgħar sezzjoni trażversali għal tajers b'dak id-dijametru. It-tajers ma jistgħux ikunu mgħobbija b'saborra tal-likwidu u jridu jkunu minfuħa sal-pressjoni rakkomandata għax-xogħol f'għalqa.

    3.1.2.3

    Ir-roti ta’ wara jridu jkunu ssettjati sal-idjaq wisa' tat-trekk; ir-roti ta’ quddiem għandhom jiġu ssettjati qrib kemm jista' jkun tal-istess wisa' tat-trekk. Jekk ikun possibbli li jkun hemm żewġ posizzjonijiet ta’ ssettjar tat-trekk ta’ quddiem li jkunu differenti b'mod ugwali mill-issettjar tal-idjaq trekk ta’ wara, għandu jintgħażel l-usa' minn dawn iż-żewġ posizzjonijiet ta’ ssettjar tat-trekk ta’ quddiem.

    3.1.2.4

    It-tankijiet kollha tat-trattur iridu jimtlew jew inkella l-likwidi jridu jiġu sostitwiti b'massa ekwivalenti fil-pożizzjoni korrispondenti.

    3.1.2.5

    L-aċċessorji kollha użati fil-produzzjoni tas-serje għandhom jitwaħħlu mat-trattur fil-pożizzjoni normali.

    3.1.3   Test ta’ stabilità laterali

    3.1.3.1

    It-trattur, ippreparat kif speċifikat hawn fuq, fuq wiċċ orizzontali b'tali mod li l-punt tal-pern tal-fus ta’ quddiem tat-trattur jew, fil-każ ta’ trattur artikulat, il-punt tal-pern orizzontali bejn iż-żewġ fusien jistgħu jiċċaqalqu liberament.

    3.1.3.2

    Bl-użu ġakk jew parank, mejjel il-parti tat-trattur li hija konnessa b'mod riġidu mal-fus li qed iġorr aktar minn 50 % tal-piż tat-trattur, filwaqt li tkejjel b'mod kostanti l-angolu ta’ inklinazzjoni. Dan l-angolu għandu jkun tal-anqas 38° fil-mument meta t-trattur ikun qed iserraħ fi stat ta’ ekwilibriju mhux stabbli fuq ir-roti li jmissu mal-art. Wettaq it-test darba bir-rota tal-istering imdawra kompletament u maqfula fuq in-naħa tal-lemin u darba bir-rota tal-istering imdawra kompletament u maqfula fuq in-naħa tax-xellug.

    3.1.4   Test ta’ tgerbib mhux kontinwu

    3.1.4.1   Rimarki ġenerali

    Dan it-test huwa maħsub biex jivverifika jekk l-istruttura mgħammra mat-trattur għall-protezzjoni tas-sewwieq tistax tipprevjeni b'mod sodisfaċenti t-tgerbib kontinwu tat-trattur fil-każ li jinqaleb lateralment f'niżla b'pendil ta’ 1 f'1.5 (il-Figura 6.4).

    Evidenza ta’ tgerbib mhux kontinwu tista' tinkiseb skont wieħed miż-żewġ metodi deskritti fi 3.1.4.2 u 3.1.4.3.

    3.1.4.2   Dimostrazzjoni ta’ mġiba ta’ tgerbib mhux kontinwu permezz tat-test tal-qlib

    3.1.4.2.1

    It-test tal-qlib irid isir fuq niżla għat-test twila tal-anqas erba' metri (ara l-Figura 6.4). Il-wiċċ irid ikun kopert b'ringiela ta’ 18-il ċm ta’ materjal li, kif imkejjel skont l-Istandards ASAE S313.3 FEB1999 u ASAE EP542 FEB1999 li huma relatati ma’ penetrometru ta’ kon tal-ħamrija, għandu indiċi tal-penetrazzjoni tal-kon ta':

    A = 235 ± 20

    jew

    B = 335 ± 20

    3.1.4.2.2

    It-trattur (imħejji kif deskritt fil-paragrafu 3.1.2) huwa mmejjel lateralment b'veloċità inizjali żero. Għal dan il-għan, huwa jitqiegħed fil-bidu tan-niżla tat-test b'tali mod li r-roti fuq in-naħa nieżla jserrħu fuq in-niżla u l-wiċċ medjan tat-trattur ikun parallel mal-linji ta’ kontorn. Wara li jolqot wiċċ in-niżla tat-tens, it-trattur ikun jista' jerfa' lilu nnifsu mill-wiċċ billi jdur mar-rokna ta’ fuq tal-istruttura protettiva, imma ma jridx jinqaleb. Irid jaqa' lura fuq in-naħa li laqat l-ewwel.

    3.1.4.3   Dimostrazzjoni ta’ mġiba ta’ tgerbib mhux kontinwu b'kalkolu

    3.1.4.3.1

    Għall-fini ta’ verifika tal-imġiba ta’ tgerbib mhux kontinwu b'kalkolu, id-dejta tal-karatteristika tat-trattur trid tiġi aċċertata (ara l-Figura 6.5):

    B0

    (m)

    Wisa' tat-tajer ta’ wara

    B6

    (m)

    Wisa' tal-istruttura protettiva bejn il-punti tal-lemin u tax-xellug tal-impatt

    B7

    (m)

    Wisa' tal-bonit tal-magna

    D0

    (rad)

    L-angolu ta’ tbandil tal-fus ta’ quddiem mill-pożizzjoni żero sa tmiem id-distanza tal-vjaġġ)

    D2

    (m)

    L-għoli tat-tajers ta’ quddiem b'tagħbija sħiħa tal-fus

    D3

    (m)

    L-għoli tat-tajers ta’ wara b'tagħbija sħiħa tal-fus

    H0

    (m)

    Għoli tal-punt ta’ quddiem tal-pern tal-fus

    H1

    (m)

    L-għoli taċ-ċentru ta’ gravità

    H6

    (m)

    L-għoli fil-punt ta’ impatt

    H7

    (m)

    L-għoli tal-bonit tal-magna

    L2

    (m)

    Id-distanza orizzontali bejn iċ-ċentru ta’ gravità u l-fus ta’ quddiem

    L3

    (m)

    Id-distanza orizzontali bejn iċ-ċentru ta’ gravità u l-fus ta’ wara

    L6

    (m)

    Id-distanza orizzontali bejn iċ-ċentru ta’ gravità u l-punt prinċipali ta’ intersezzjoni tal-istruttura protettiva (li għandu jiġi preċedut minn simbolu tan-negattiv jekk dan il-punt qiegħed quddiem il-wiċċ taċ-ċentru ta’ gravità)

    L7

    (m)

    Id-distanza orizzontali bejn iċ-ċentru ta’ gravità u r-rokna ta’ quddiem tal-bonit tal-magna

    Mc

    (kg)

    Massa tat-trattur użat għall-kalkolu

    Q

    (kgm2)

    Il-mument ta’ inerzja madwar il-fus lonġitudinali minn ġoċ-ċentru ta’ gravità

    S

    (m)

    Wisa' tat-trekk ta’ wara

    Is-somma tat-trekk (S) u l-wisgħat tat-tajers (B0) trid tkun akbar mill-wisa' B6 tal-istruttura protettiva.

    3.1.4.3.2

    Għall-finijiet ta’ kalkolu, jistgħu jsiru s-suppożizzjonijiet ta’ semplifikazzjoni li ġejjin:

    3.1.4.3.2.1

    it-trattur wieqaf jinqaleb fuq niżla b'pendil ta’ 1/1,5 b'fus ta’ quddiem ibbilanċjat, malli ċ-ċentru ta’ gravità jkun vertikalment fuq il-fus ta’ rotazzjoni;

    3.1.4.3.2.2

    il-fus ta’ rotazzjoni huwa parallel mal-fus lonġitudinali tat-trattur u jgħaddi miċ-ċentru tal-uċuħ ta’ kuntatt tar-roti ta’ quddiem u ta’ wara għan-niżla,

    3.1.4.3.2.3

    it-trattur ma jiżżerżaqx 'l isfel;

    3.1.4.3.2.4

    l-impatt fuq in-niżla huwa parzjalment elastiku, b'koeffiċjent ta’ elastiċità ta':

    U = 0,2

    3.1.4.3.2.5

    il-fond tal-penetrazzjoni fin-niżla u d-deformazzjoni tal-istruttura protettiva flimkien jammontaw għal:

    T = 0,2 m

    3.1.4.3.2.6

    l-ebda komponenti oħra tat-trattur ma jippenetraw fin-niżla.

    3.1.4.3.3

    Il-programm tal-kompjuter (BASIC (*****)) li jiddetermina l-imġiba tal-qlib kontinwu u interrott ta’ trattur bi trekk dejjaq li jinqaleb lateralment bi struttura protettiva mill-qlib imwaħħla fuq quddiem huwa parti mill-Kodiċi preżenti, bl-eżempji minn 6.1 sa 6.11.

    3.1.5   Metodi ta’ kejl

    3.1.5.1   Id-distanzi orizzontali bejn iċ-ċentru ta’ gravità u l-fus ta’ wara (L3) jew dak ta’ quddiem (L2)

    Id-distanza bejn l-fusien ta’ wara u ta’ quddiem fuq iż-żewġ naħat tat-trattur għandu jitkejjel sabiex jiġi vverifikat li ma hemm l-ebda angolu ta’ stering.

    Id-distanzi bejn iċ-ċentru ta’ gravità u l-fus ta’ wara (L3) jew il-fus ta’ quddiem (L2) għandhom ikunu kkalkulati mid-distribuzzjoni tal-massa tat-trattur bejn ir-roti ta’ wara u ta’ quddiem.

    3.1.5.2   L-għoli tat-tajers ta’ wara (D3) u ta’ quddiem (D2)

    Id-distanza mill-ogħla punt tat-tajer sa wiċċ l-art għandu jitkejjel (il-Figura 6.5), u l-istess metodu għandu jintuża għat-tajers ta’ quddiem u ta’ wara.

    3.1.5.3   Id-distanza orizzontali bejn iċ-ċentru ta’ gravità u l-punt ewlieni ta’ intersezzjoni tal-istruttura protettiva (L6)

    Id-distanza bejn iċ-ċentru ta’ gravità u l-punt ewlieni ta’ intersezzjoni tal-istruttura protettiva għandha titkejjel (il-Figuri 6.6.a, 6.6.b u 6.6.c). Jekk l-istruttura protettiva tinsab quddiem il-wiċċ taċ-ċentru ta’ gravità, il-miżura rreġistrata għandha tkun preċeduta minn simbolu tan-negattiv (–L6).

    3.1.5.4   Wisa' tal-istruttura protettiva (B6)

    Id-distanza bejn il-punti tal-impatt tal-lemin u tal-lemin u tax-xellug taż-żewġ postijiet vertikali tal-istruttura għandha titkejjel.

    Il-punt tal-impatt huwa ddefinit mill-pjan tanġenzjali għall-istruttura protettiva li tgħaddi mil-linja mill-punti ta’ barra ta’ fuq tat-tajer ta’ quddiem u ta’ wara (il-Figura 6.7).

    3.1.5.5   Għoli tal-istruttura protettiva (H6)

    Id-distanza vertikali mill-punt tal-impatt tal-istruttura ma’ wiċċ l-art għandu jitkejjel.

    3.1.5.6   Għoli tal-bonit tal-magna (H7)

    Id-distanza vertikali mill-ponta tal-impatt tal-bonit tal-magna għal-pjan terren għandu jiġi mkejjel.

    Il-punt tal-impatt huwa definit mill-pjan tanġenzjali għall-bonit tal-magna u l-istruttura protettiva li tgħaddi mill-punti ta’ fuq li hemm barra tat-tajer ta’ quddiem (il-Figura 6.7). Il-qisien għandhom jittieħdu fuq iż-żewġ naħat tal-bonit tal-magna.

    3.1.5.7   Għoli tal-bonit tal-magna (B7)

    Id-distanza bejn iż-żewġ punti tal-impatt tal-bonit tal-magna kif definit preċedentement, għandha tiġi mkejla.

    3.1.5.8   Id-distanza orizzontali bejn iċ-ċentru tal-gravità u l-kantuniera ta’ quddiem tal-bonit tal-magna. (L7)

    Id-distanza bejn il-punt tal-impatt tal-bonit tal-magna, kif definit preċedentement, għaċ-ċentru tal-gravità għandha tiġi mkejla.

    3.1.5.9   Għoli tal-ponta ta’ quddiem tal-pern tal-fus (H0)

    Id-distanza vertikali bejn iċ-ċentru tal-ponta ta’ quddiem tal-pern tal-fus għaċ-ċentru tal-fus tat-tajers ta’ quddiem (H01) għandhom ikunu inklużi fir-rapport tekniku tal-manifattur u għandhom jiġu ċċekkjati.

    Id-distanza vertikali miċ-ċentru tal-fus tat-tajers ta’ quddiem għall-pjan terren (H02) għandha tiġi mkejla (il-Figura 6.8).

    L-għoli tal-pern tal-fus ta’ quddiem (H0) huwa s-somma taż-żewġ valuri preċendenti.

    3.1.5.10   Il-wisa' ta’ bejn iż-żewġ roti ta’ wara (S)

    Il-wisa' minima ta’ bejn iż-żewġ roti ta’ wara mgħammra b'tajers tal-akbar daqs, kif speċifikat mill-manifattur, għandha tiġi mkejla. (il-Figura 6.9).

    3.1.5.11   Il-wisa' ta’ bejn iż-żewġ tajers ta’ wara (B0)

    Id-distanza ta’ bejn il-pjani vertikali ta’ barra u ta’ ġewwa tat-tajer ta’ wara fil-parti superjuri tagħhom għandha tiġi mkejla (il-Figura 6.9).

    3.1.5.12   Il-fus ta’ quddiem tal-angolu li jixxengel (D0)

    L-akbar angolu definit bix-xengil tal-fus ta’ quddiem mill-pożizzjoni orizzontali għat-tagħwiġa massima għandu jiġi mkejjel miż-żewġ naħat tal-fus, waqt li tkun meħudha inkonsiderazzjoni kwalunkwe ‘end-stroke’ tax-shock absorber. L-angolu massimu mkejjel għandu jiġi wżat.

    3.1.5.13   Il-Massa tat-Trattur (M)

    Il-massa tat-trattur għandha tkun determinata skont il-kundizzjonijiet speċifikati fil-paragrafu 3.2.1.4.

    3.2   Kundizzjonijiet għall-ittestjar tas-saħħa tal-istruttura ta’ protezzjoni u tat-twaħħil tagħha mat-trattur

    3.2.1   Rekwiżiti ġenerali

    3.2.1.1   L-iskopijiet tal-ittestjar

    Testijiet li jsiru bl-użu ta’ riggijiet speċjali huma maħsuba li jissimulaw tali piżijiet bħalma jiġu imposti fuq struttura ta’ protezzjoni, meta jinqaleb it-trattur. Dawn it-testijiet jippermettu li jsiru osservazzjonijiet fuq is-saħħa tal-istruttura ta’ protezzjoni u fuq il-brakits li jwaħħluha mat-trattur u fuq partijiet oħra tat-trattur li jittrasmettu t-tagħbija tat-test.

    3.2.1.2   Il-metodi tal-ittestjar

    It-testijiet jistgħu jiġu mwettqa skont il-proċedura dinamika jew il-proċedura statika. Iż-żewġ metodi huma meqjusa ekwivalenti.

    3.2.1.3   Ir-regoli ġenerali li jirregolaw il-preparazzjoni għat-testijiet

    3.2.1.3.1

    L-istruttura ta’ protezzjoni għandha tkun konformi mal-ispeċifikazzjonijiet tal-produzzjoni tas-serje. Għandha titwaħħal skont il-metodu rrakkomandat mill-manifattur ma’ wieħed mit-tratturi li għalihom hi ddisinjata.

    Nota: Għat-test statiku tas-saħħa ma hemmx il-ħtieġa ta’ trattur komplut; madankollu, l-istruttura ta’ protezzjoni u l-partijiet tat-trattur li magħhom jirrappreżentaw stallazzjoni ta’ tħaddim, imsejħa hawnhekk minn issa 'l quddiem bħala ‘l-immuntar’.

    3.2.1.3.2

    Kemm għat-test statiku kif ukoll għat-test dinamiku t-trattur kif immuntat (jew l-immuntar) għandu jiġi mgħammar bil-komponenti kollha tal-produzzjoni tas-serje li jistgħu jaffettwaw is-saħħa tal-istruttura ta’ protezzjoni jew li jistgħu jkunu meħtieġa għat-test tas-saħħa.

    Il-komponenti li jistgħu joħolqu ħsara fiż-żona ta’ spazju vojt għandhom wkoll jiġu mgħammra fuq it-trattur (jew l-immuntar) biex ikun jista' jiġi eżaminat jekk ir-rekwiżiti tal-Kundizzjonijiet tal-Aċċettazzjoni 3.2.3 jkunux ġew ssodisfatti.

    Il-komponenti kollha tat-trattur jew tal-istruttura ta’ protezzjoni li jinkludu l-protezzjoni kontra t-temp għandhom jiġu provduti jew deskritti fid-disinji.

    3.2.1.3.3

    Għat-test tas-saħħa, il-pannelli kollha u l-komponenti kollha li mhumiex strutturali u li jistgħu jinqalgħu għandhom jitneħħew biex ma jgħinux fit-tisħiħ tal-istuttura ta’ protezzjoni.

    3.2.1.3.4

    Il-wisa' ta’ bejn iż-żewġ roti għandha tiġi aġġustata biex l-istruttura ta’ protezzjoni ma tkunx kemm jista' jkun mirfuda bit-tajers matul it-testijiet tas-saħħa. Jekk dawn it-testijiet isiru skont il-proċedura statika, ir-roti jistgħu jiġu mneħħija.

    3.2.1.4   Ir-referenza tal-massa tat-trattur matul it-testijiet tas-saħħa

    Ir-referenza tal-massa M, użata fil-formuli sabiex jiġi kkalkulat l-għoli tal-waqgħa tal-blokka tal-pendlu, l-enerġiji tat-tagħbija u l-forza ta’ tgħaffiġ, għandha tkun mill-inqas il-massa tat-trattur, li teskludi aċċessorji mhux obbligatorji imma li tinkludi coolant, żjut, fjuwil, għodod flimkien mal-istruttura ta’ protezzjoni. Mhumiex inklużi piżijiet mhux obbligatorji fuq quddiem jew fuq wara, ballast tat-tajer, implementi mwaħħlin, tagħmir armat jew kwalunkwe komponenti speċjalizzati.

    3.2.2   Testijiet

    3.2.2.1   Sekwenza tat-testijiet

    Is-sekwenza tat-testijiet, mingħajr ħsara għat-testijiet addizzjonali msemmija fit-taqsimiet 3.3.1.1.6, 3.3.1.1.7, 3.3.2.1.6 u 3.3.2.1.7, huwa kif ġej:

    (1)

    l-impatt (it-test dinamiku) jew it-tagħbija (it-test statiku) fuq wara tal-istruttura

    (ara 3.3.1.1.1 u 3.3.2.1.1);

    (2)

    test ta’ tgħaffiġ fuq wara (it-test dinamiku jew statiku)

    (ara 3.3.1.1.4 u 3.3.2.1.4);

    (3)

    l-impatt (it-test dinamiku) jew it-tagħbija (it-test statiku) fuq quddiem tal-istruttura

    (ara 3.3.1.1.2 u 3.3.2.1.2);

    (4)

    l-impatt (it-test dinamiku) jew it-tagħbija (it-test statiku) fuq il-ġenb tal-istruttura

    (ara 3.3.1.1.3 u 3.3.2.1.3);

    (5)

    tgħaffiġ fuq quddiem tal-istruttura (it-test dinamiku jew statiku)

    (ara 3.3.1.1.5 u 3.3.2.1.5).

    3.2.2.2   Rekwiżiti ġenerali

    3.2.2.2.1

    Jekk, matul it-test, xi parti tal-apparat li miegħu jintrabat it-trattur tiċċaqlaq jew tinkiser, it-test għandu jerġa' jsir mill-ġdid.

    3.2.2.2.2

    Ma jistgħu jsiru l-ebda tiswijiet jew aġġustamenti lit-trattur jew lill-istruttura ta’ protezzjoni waqt it-testijiet.

    3.2.2.2.3

    Il-gerboks tat-trattur għandha tkun fin-newtral u l-brejkijiet maħlula matul it-testijiet.

    3.2.2.2.4

    Jekk it-trattur ikun mgħammar b'sistema ta’ sospensjoni bejn il-karozzerija tat-trattur (‘the tractor body’) u r-roti, din għandha tiġi bblokkata matul it-testijiet.

    3.2.2.2.5

    In-naħa magħżula għall-applikazzjoni tal-ewwel impatt (it-test dinamiku) jew l-ewwel tagħbija (it-test statiku) fuq in-naħa ta’ wara tal-istruttura għandha tkun dik li, fl-opinjoni tal-awtoritajiet li qed iwettqu t-test, tirriżulta fl-applikazzjoni tas-serje ta’ impatti jew tagħbija fl-aktar kundizzjonijiet mhux favorevoli għall-istruttura. L-impatt laterali jew it-tagħbija u l-impatt fuq wara jew it-tagħbija fuq wara għandhom jiġu applikati fuq iż-żewġ naħat tal-pjan lonġitudinali medjan tal-istruttura ta’ protezzjoni. L-impatt jew it-tagħbija ta’ quddiem għandhom jiġu applikati fuq l-istess ġenb tal-pjan lonġitudinali medjan tal-istruttura ta’ protezzjoni tal-impatt jew it-tagħbija tal-ġenb.

    3.2.3   Kundizzjonijiet ta’ aċċettazzjoni

    3.2.3.1

    Struttura protettiva tkun meqjusa bħala waħda li tissodisfa r-rekwiżiti tas-saħħa jekk tissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:

    3.2.3.1.1

    għandha tkun ħielsa minn xquq jew tiċrit wara kull parti tat-test skont it-tifsira ta’ 3.3.1.2.1 jew 3.2.3.1.2. Jekk, matul xi wieħed mit-testijiet, jidhru xquq jew tiċrit sinifikanti, għandu jiġi applikat test addizzjonali, skont it-testijiet dinamiċi jew statiċi, immedjatament wara l-impatt jew it-tgħaffiġ li jkun ikkaġuna li jidhru t-tiċritiet jew xquq;

    3.2.3.1.2

    matul it-testijiet minbarra t-test ta’ eċċess, l-ebda parti tal-istruttura ta’ protezzjoni ma għandha tidħol fiż-żona ta’ spazju vojt kif definit f'1.6 fl-Anness I;

    3.2.3.1.3

    matul it-testijiet minbarra t-test ta’ eċċess, il-partijiet kollha taż-żona ta’ spazju vojt għandhom ikunu assigurati mill-istruttura, skont 3.3.1.2.2 u 3.3.2.2.2;

    3.2.3.1.4

    waqt it-testijiet l-istruttura ta’ protezzjoni ma għandha timponi l-ebda trażżin fuq l-istruttura tas-sit;

    3.2.3.1.5

    it-tagħwiġa elastika, imkejla skont 3.3.1.2.3 u 3.3.2.2.3 għandha tkun inqas minn 250 mm.

    3.2.3.2

    Ma għandu jkun hemm l-ebda aċċessorju li jkun ta’ periklu għas-sewwieq. Ma għandu jkun hemm l-ebda aċċessorju jew xi parti ħierġa 'l barra li għandha t-tendenza li tweġġa' lis-sewwieq fil-każ li t-trattur jinqaleb, jew xi aċċessorju jew xi parti li għandha t-tendenza li taqflu ġewwa – pereżempju bir-riġel jew bis-sieq – bħala riżultat tat-tagħwiġ tal-istruttura.

    3.2.4   [mhux applikabbli]

    3.2.5   Apparat u tagħmir għat-testijiet dinamiċi

    3.2.5.1   Blokk tal-pendlu

    3.2.5.1.1

    Blokka li taġixxi bħala pendlu għandha tkun sospiża b’żewġ ktajjen jew ħbula tal-wajer minn punti tal-pern mhux anqas minn 6 m 'l fuq mill-art. Għandu jiġi pprovdut mezz biex l-għoli mdendel tal-blokka u l-angolu bejn il-blokka u l-ktajjen jew il-ħbula tal-wajer li qed jirfdu, ikunu jistgħu jiġu aġġustati indipendentement.

    3.2.5.1.2

    Il-massa tal-blokka tal-pendlu għandha tkun ta’ 2 000 ± 20 kg eskluża l-massa tal-ktajjen jew tal-ħbula tal-wajer li dawn, min-naħa tagħhom, ma għandhomx jaqbżu l-100 kg. It-tul tal-ġnub tal-wiċċ tal-impatt għandu jkun ta’ 680 ± 20 mm (ara l-Figura 6.10). Il-blokka għandha tkun mimlija b'tali mod li l-pożizzjoni taċ-ċentru tal-gravità tagħha jkun kostanti u tikkoinċidi maċ-ċentru ġeometriku tal-parallelpiped.

    3.2.5.1.3

    Il-parallelpiped għandu jkun imqabbad mas-sistema li tiġbdu lura b'mekkaniżmu li jerħi instantanjament li hu ddisinjat u mqiegħed b'tali mod li jippermetti lill-blokka tal-pendlu li tintreħa mingħajr ma tikkawża li l-parallelpiped jitbandal madwar il-fus orizzontali tiegħu li huwa perpendikulari mal-pjan tat-tbandil tal-pendlu.

    3.2.5.2   Is-sostenni tal-pendlu

    Il-punti tal-pern tal-pendlu għandhom ikunu mwaħħla b'mod riġidu biex l-ispostament tagħhom f'kull direzzjoni ma jaqbiżx il-1 % tal-għoli tal-waqgħa.

    3.2.5.3   L-irbit

    3.2.5.3.1

    Ganċijiet ta’ ankraġġ tal-wisa' ta’ bejn iż-żewġ roti skont ir-rekwiżiti u li jkopru l-parti meħtieġa għall-irbit tat-trattur fil-każijiet spjegati (ara l-Figuri 6.11, 6.12 u 6.13) għandhom jitwaħħlu b'mod riġidu ma’ bażi li ma ċċedix taħt il-pendlu.

    3.2.5.3.2

    It-trattur għandu jintrabat mal-ganċijiet permezz ta’ ħabel tal-wajer b'kurduni tondi, bil-qalba tal-fibra, ta’ kostruzzjoni 6 × 19 skont ISO 2408:2004 u ta’ dijametru nominali ta’ 13 mm. Il-kurduni tal-metall għandu jkollhom saħħa finali tensili ta' 1 770 MPa.

    3.2.5.3.3

    Il-pern ċentrali ta’ trattur artikulat għandu jintrifed u jintrabat kif inhu xieraq għat-testijiet kollha. Għat-test tal-impatt laterali, il-pern għandu jkun mirfud ukoll min-naħa faċċata tal-impatt. Ir-roti ta’ quddiem u ta’ wara ma għandhomx bżonn ikunu bi dritt xulxin jekk dan jiffaċilità li l-ħbula tal-wajer jitwaħħlu kif suppost.

    3.2.5.4   Riffieda u seratizz tar-rota

    3.2.5.4.1

    Matul it-testijiet tal-impatt, għandu jintuża travu ta’ njam artab ta’ 150 mm kwadru bħala riffieda għar-roti (ara l-Figuri 6.11, 6.12 u 6.13).

    3.2.5.4.2

    Matul it-testijiet tal-impatt laterali, travu ta’ njam artab għandu jiġi marbut mal-art biex jorbot ix-xifer tar-rota faċċata n-naħa tal-impatt (ara l-Figura 6.13).

    3.2.5.5   Ir-riffieda u r-rabbata għat-tratturi artikulati

    3.2.5.5.1

    Ir-riffieda u r-rabbata addizzjonali għandhom jintużaw għat-tratturi artikulati. L-għan tagħhom hu li jiġi assigurat li s-sezzjoni tat-trattur li fuqha hija mwaħħla l-istruttura ta’ protezzjoni hija riġida daqs dik ta’ trattur mhux artikolat.

    3.2.5.5.2

    Dettalji speċifiċi addizzjonali jinsabu fit-Taqsima 3.3.1.1 għat-testijiet tal-impatt u tat-tgħaffiġ.

    3.2.5.6   Pressjoni tat-tajers u tat-tagħwiġ

    3.2.5.6.1

    It-tajers tat-trattur ma jistgħux ikunu mgħobbija b'saborra likwida u għandhom ikunu minfuħa sal-pressjoni preskritta mill-manifattur tat-trattur għax-xogħol tal-għalqa.

    3.2.5.6.2

    L-irbit għandu jiġi ssikkat f'kull każ partikolari b'mod li t-tajers jgħaddu minn tagħwiġ ugwali għal 12 % tal-għoli tal-ħajt tat-tajer (‘tyre wall height’) (distanza bejn l-art u l-aktar punt baxx tax-xifer) qabel dan jiġi ssikkat.

    3.2.5.7   Tagħmir tat-tgħaffiġ

    It-tagħmir kif muri fil-Figura 6.14 għandu jkun jista' jeżerċita forza 'l isfel fuq struttura ta’ protezzjoni minn ġo travu riġidu ta’ wisa' bejn wieħed u ieħor ta’ 250 mm imqabbad mal-mekkaniżmu li japplika t-tagħbija permezz ta’ ġogi universali. Għandhom ikunu pprovduti pjanċi xierqa tal-fus biex it-tajers tat-trattur ma jsofrux il-forza tat-tgħaffiġ.

    3.2.5.8   Apparat tal-kejl

    L-apparat tal-kejl li ġej huwa meħtieġ:

    3.2.5.8.1

    strument li jkejjel it-tagħwiġa elastika (id-differenza bejn it-tagħwiġa momentarja massima u t-tagħwiġa permanenti, (ara l-Figura 6.15).

    3.2.5.8.2

    strument biex jiġi vverifikat li l-istruttura ta’ protezzjoni ma tkunx daħlet fiż-żona ta’ spazju vojt u li din tal-aħħar baqgħet taħt il-protezzjoni tal-istruttura matul it-test (ara t-Taqsima 3.3.2.2.2).

    3.2.6   Apparat u tagħmir għal testijiet statiċi

    3.2.6.1   It-tagħmir għall-ittestjar statiku

    3.2.6.1.1

    It-tagħmir għall-ittestjar statiku għandu jkun iddisinjat b'tali mod li jippermetti li jiġu applikati daqqiet jew tagħbija fuq l-istruttura ta’ protezzjoni.

    3.2.6.1.2

    Għandha ssir dispożizzjoni biex it-tagħbija tiġi mqassma b'mod uniformi u b'mod normali mad-direzzjoni tat-tagħbija u matul il-ħanek li jkollu tul ta’ wieħed mill-multipli eżatti ta’ 50 bejn il-250 u s-700 mm. It-travu iebes għandu jkollu dimensjoni tal-wiċċ vertikali ta’ 150 mm. It-trufijiet tat-travu f'kuntatt mal-istruttura ta’ protezzjoni għandhom jiġu magħwġa b'raġġ massimu ta’ 50 mm.

    3.2.6.1.3

    Il-pjattaforma għandha tkun tista' tiġi aġġustata għal kull angolu b'relazzjoni mad-direzzjoni tat-tagħbija, biex tkun tista' ssegwi l-varjazzjonijiet angolari tal-wiċċ tal-istruttura li terfa' t-tagħbija hekk kif l-istruttura tintlewa.

    3.2.6.1.4

    Id-direzzjoni tat-tagħbija (devjazzjoni mill-orizzontal u mill-vertikal):

    fil-bidu tat-test, tagħbija taħt iż-żero: ± 2°;

    matul it-test, taħt il-tagħbija: 10° 'il fuq u 20° taħt l-orizzontali. Dawn il-varjazzjonijiet għandhom jinżammu għal minimu.

    3.2.6.1.5

    Ir-rata tat-tagħwiġ għandha tkun daqstant bil-mod, inqas minn 5 mm/s, li t-tagħbija f'kull mument tkun ikkunsidrata bħala statika.

    3.2.6.2   Apparat għall-kejl tal-enerġija assorbita mill-istruttura

    3.2.6.2.1

    Il-kurva tal-forza kontra t-tagħwiġ għandha tiġi maħżuża biex tkun stabbilita l-enerġija assorbita mill-istruttura. Ma hemmx il-ħtieġa li jkunu mkejla l-forza u t-tagħwiġa fil-waqt meta t-tagħbija tiġi applikata fuq l-istruttura; madankollu, il-forza u t-tagħwiġa għandhom jiġu mkejla simultanjament u ko-linearment.

    3.2.6.2.2

    Il-punt tal-oriġini tal-qisien tat-tagħwiġa għandhom jintagħżlu b'tali mod li tiġi kkunsidrata l-enerġija assorbita mill-istruttura u/jew mit-tagħwiġa ta’ ċerti partijiet tat-trattur. L-enerġija assorbita mit-tagħwiġa u/jew miż-żelqa tal-ankoraġġ għandha tiġi injorata.

    3.2.6.3   Mezzi tal-ankoraġġ tat-trattur mal-art

    3.2.6.3.1

    Il-ganċijiet tal-ankoraġġ bil-wisa' ta’ bejn iż-żewġ roti kif rekwiżit, u li jkopru ż-żona meħtieġa biex jiġi ankrat it-trattur fil-każijiet kollha mogħtija, għandhom jeħlu b'mod riġidu ma’ bażi li ma tiċċaqlaqx ħdejn it-tagħmir tat-test.

    3.2.6.3.2

    It-trattur għandu jiġi ankrat mal-ganċijiet permezz ta’ mezz adattat (pjanċi, kunjardi, ħbula tal-wajer, ġakkijiet, eċċ) b'tali mod li ma jkunx jista' jiċċaqlaq matul it-test. Din il-kundizzjoni għandha tiġi verifikata matul it-test, permezz tal-mekkaniżmi li normalment jintużaw biex jitkejjel it-tul.

    Jekk it-trattur jiċċaqlaq, it-test kollu għandu jerġa jiġi jsir mill-ġdid, sakemm is-sistema tal-kejl tat-tagħwiġ meħudha inkonsiderazzjoni għat-taħżiż tal-kurva tal-forza kontra t-tagħwiġ ma tkunx imqabbda mat-trattur.

    3.2.6.4   Tagħmir tat-tgħaffiġ

    It-tagħmir kif muri fil-Figura 6.14 għandu jkun jista' jeżerċita forza 'l isfel fuq struttura ta’ protezzjoni minn ġo travu riġidu wiesgħa bejn wieħed u ieħor 250 mm imqabbad mal-mekkaniżmu li japplika t-tagħbija permezz ta’ ġogi universali. Għandhom ikunu pprovduti pjanċi xierqa tal-fus biex it-tajers tat-trattur ma jsofrux il-forza tat-tgħaffiġ.

    3.2.6.5   Apparati oħra tal-kejl

    L-apparati tal-kejl li ġejjin huma wkoll meħtieġa:

    3.2.6.5.1

    strument li jkejjel it-tagħwiġa elastika (id-differenza bejn id-devjazzjoni momentarja massima u t-tagħwiġa permanenti, (ara l-Figura 6.15).

    3.2.6.5.2

    strument biex jiġi vverifikat li l-istruttura ta’ protezzjoni ma tkunx daħlet fiż-żona ta’ spazju vojt u li din tal-aħħar baqgħet taħt il-protezzjoni tal-istruttura matul it-test (ara t-Taqsima 3.3.2.2.2).

    3.3   Proċedura tal-ittestjar

    3.3.1   Testijiet Dinamiċi

    3.3.1.1   Testijiet ta’ tagħbija u tgħaffiġ

    3.3.1.1.1    Impatt fuq wara

    3.3.1.1.1.1

    It-trattur għandu jitqiegħed f'relazzjoni mal-blokka tal-pendlu b'tali mod li l-blokka tolqot l-istruttura ta’ protezzjoni meta l-wiċċ tal-impatt tal-blokka u l-ktajjen jew il-ħbula tal-wajer tal-irfid ikunu f'angolu mal-pjan vertikali A ugwali għal M/100 b'20° massimu, sakemm, matul it-tagħwiġ, l-istruttura ta’ protezzjoni mal-punt ta’ kuntatt ma tiffurmax angolu akbar mal-vertikal. F'dan il-każ, il-wiċċ tal-impatt tal-blokka għandu jiġi aġġustat permezz ta’ rfid addizzjonali biex ikun parallel mal-istruttura ta’ protezzjoni fil-punt tal-impatt fil-mument tat-tagħwiġa massima, filwaqt li l-ktajjen jew il-ħbula tal-wajer tal-irfid jibqgħu fl-angolu definit hawn fuq.

    L-għoli sospiż tal-blokka għandu jiġi aġġustat u għandhom jittieħdu l-passi meħtieġa biex il-blokka ma titħallhiex iddur madwar il-punt tal-impatt.

    Il-punt tal-impatt huwa dik il-parti tal-istruttura ta’ protezzjoni, normalment ix-xifer tan-naħa ta’ fuq, li għandha t-tendenza li tolqot l-ewwel l-art f'aċċident ta’ qlib lura. Il-pożizzjoni taċ-ċentru ta’ gravità tal-blokka hija 1/6 tal-wisa' tal-parti ta’ fuq tal-istruttura ta’ protezzjoni 'l ġewwa minn pjan vertikali parallel mal-pjan medjan tat-trattur li jmiss l-estremità ta’ barra tal-parti ta’ fuq tal-istruttura ta’ protezzjoni.

    Jekk l-istruttura hija kurvata jew toħroġ 'il barra f'dan il-punt, għandhom jiġu miżjuda l-kunjardi li jippermettu li l-impatt jiġi applikat hemmhekk, mingħajr mal-istruttura tiġi msaħħa aktar.

    3.3.1.1.1.2

    It-trattur għandu jintrabat mal-art permezz ta’ erba' ħbula tal-wajer, wieħed f'kull tarf taż-żewġ fusien, irranġati kif indikat fil-Figura 6.11. L-ispazju bejn il-punti tal-irbit ta’ quddiem u ta’ wara għandu jkun tali li l-ħbula tal-wajer jagħmlu angolu ta’ inqas minn 30° mill-art. L-irbit ta’ wara għandu jkun irranġat ukoll b'mod li l-punt ta’ konverġenza taż-żewġ ħbula tal-wajer ikun jinsab fil-pjan vertikali li fih jitħarrek iċ-ċentru tal-gravità tal-blokka tal-pendlu.

    Il-ħbula tal-wajer għandhom jiġu ssikkatti b'tali mod li t-tajers issirilhom it-tagħwiġa mogħtija fi 3.2.5.6.2. Bil-ħbula tal-wajer issikkati, it-travu li jservi ta’ feles għandu jitpoġġa quddiem u għandu jitqiegħed issikkat mar-roti ta’ wara u mbagħad imwaħħal mal-art.

    3.3.1.1.1.3

    Jekk it-trattur huwa tat-tip artikulat, il-punt ta’ artikulazzjoni jiġi wkoll mirfud bi blokka tal-injam ta’ mill-inqas 100 mm kwadru u marbuta sew mal-art.

    3.3.1.1.1.4

    Il-blokka tal-pendlu għandha tinġibed lura biex l-għoli taċ-ċentru tal-gravità tagħha 'l fuq minn dak fil-punt tal-impatt jingħata permezz ta’ waħda miż-żewġ formuli li ġejjin, liema formula għandha tintagħżel skont il-massa ta’ referenza tal-immuntar suġġetta għat-testijiet:

    H = 25 + 0,07 M

    għal trattur b'massa ta’ referenza ta’ inqas minn 2 000 kg;

    H = 125 + 0,02 M

    għal trattur b'massa ta’ referenza ta’ iktar minn 2 000 kg;

    Il-blokka tal-pendlu għandha mbagħad tintreħa u tolqot l-istruttura ta’ protezzjoni.

    3.3.1.1.1.5

    Għal tratturi b'pożizzjoni riversibbli tas-sewwieq (sit u rota tal-istering riversibbli), għandhom jiġu applikati l-istess formuli.

    3.3.1.1.2    Tgħaffiġ fuq quddiem

    3.3.1.1.2.1

    It-trattur għandu jitqiegħed f'relazzjoni mal-blokka tal-pendlu b'tali mod li l-blokka tolqot l-istruttura ta’ protezzjoni meta l-wiċċ tal-impatt tal-blokka u l-ktajjen jew il-ħbula tal-wajer tal-irfid ikunu f'angolu mal-pjan vertikali A ugwali għal M/100 b'20° massimu, sakemm, matul it-tagħwiġa, l-istruttura ta’ protezzjoni mal-punt ta’ kuntatt ma tiffurmax angolu akbar mal-vertikal. F'dan il-każ, il-wiċċ ta’ impatt tal-blokka għandu jiġi aġġustat permezz ta’ rfid addizzjonali sabiex ikun parallel mal-istruttura ta’ protezzjoni fil-punt tal-impatt fil-mument tat-tagħwiġa massima, filwaqt li l-ktajjen jew il-ħbula tal-wajer tal-irfid jibqgħu fl-angolu definit hawn fuq.

    L-għoli sospiż tal-blokka tal-pendlu għandu jiġi aġġustat u għandhom jittieħdu l-passi meħtieġa biex il-blokka ma titħallhiex iddur madwar il-punt tal-impatt.

    Il-punt tal-impatt huwa dik il-parti tal-istruttura ta’ protezzjoni, normalment ix-xifer tan-naħa ta’ fuq, li għandha t-tendenza li tolqot l-ewwel l-art jekk it-trattur jinqaleb fuq ġenb meta jkun miexi 'l quddiem. Il-pożizzjoni taċ-ċentru tal-gravità tal-blokka hija 1/6 tal-wisa' tal-parti ta’ fuq tal-istruttura ta’ protezzjoni 'l ġewwa minn pjan vertikali parallel mal-pjan medjan tat-trattur li jmiss l-estremità ta’ barra tal-parti ta’ fuq tal-istruttura ta’ protezzjoni.

    Jekk l-istruttura hija kurvata jew toħroġ 'il barra f'dan il-punt, għandhom jiġu miżjuda l-kunjardi li jippermettu li l-impatt jiġi applikat hemmhekk, mingħajr mal-istruttura tiġi msaħħa aktar.

    3.3.1.1.2.2

    It-trattur għandu jintrabat mal-art permezz ta’ erba' ħbula tal-wajer, wieħed f'kull tarf taż-żewġ fusien, imqiegħda kif indikat fil-Figura 6.12. L-ispazju bejn il-punti tal-irbit ta’ quddiem u ta’ wara għandu jkun tali li l-ħbula tal-wajer jagħmlu angolu ta’ inqas minn 30° mill-art. L-irbit ta’ wara għandu jkun irranġat ukoll b'mod li l-punt ta’ konverġenza taż-żewġ ħbula tal-wajer ikun jinsab fil-pjan vertikali li fih jitħarrek iċ-ċentru tal-gravità tal-blokka tal-pendlu.

    Il-ħbula tal-wajer għandhom jiġu ssikkatti b'tali mod li t-tajers issirilhom it-tagħwiġa mogħtija fi 3.2.5.6.2. Bil-ħbula tal-wajer issikkati, it-travu li jservi ta’ feles għandu jitpoġġa quddiem u għandu jitqiegħed issikkat mar-roti ta’ wara u mbagħad imwaħħal mal-art.

    3.3.1.1.2.3

    Jekk it-trattur huwa tat-tip artikulat, il-punt ta’ artikulazzjoni jiġi wkoll mirfud bi blokka tal-injam ta’ mill-inqas 100 mm kwadru u marbuta sew mal-art.

    3.3.1.1.2.4

    Il-blokka tal-pendlu għandha tinġibed lura biex l-għoli taċ-ċentru tal-gravità tagħha 'l fuq minn dak fil-punt tal-impatt jingħata permezz ta’ waħda miż-żewġ formuli li ġejjin, liema formula għandha tintagħżel skont il-massa ta’ referenza tal-immuntar suġġetta għat-testijiet:

    H = 25 + 0,07 M

    għal trattur b'massa ta’ referenza ta’ inqas minn 2 000 kg.

    H = 125 + 0,02 M

    għal trattur b'massa ta’ referenza ta’ iktar minn 2 000 kg.

    Il-blokka tal-pendlu għandha mbagħad tintreħa u tolqot l-istruttura ta’ protezzjoni.

    3.3.1.1.2.5

    Għat-tratturi b'pożizzjoni riversibbli tas-sewwieq (sit riversibbli u rota tal-istering), l-għoli għandu jkun l-għola wieħed mill-formula applikata fuq u li magħżula hawn taħt:

    H = 2,165 × 10–8 M × L2

    jew

    H = 5,73 × 10–2 I

    3.3.1.1.3    Tagħbija mill-ġenb

    3.3.1.1.3.1

    It-trattur għandu jitpoġġa f'relazzjoni mal-blokka tal-pendlu b'tali mod li l-blokka tolqot l-istruttura ta’ protezzjoni meta l-wiċċ tal-impatt tal-piż u l-ktajjen jew il-ħbula tal-wajer tal-irfid jkunu vertikali sakemm, matul it-tagħwiġa, l-istruttura ta’ protezzjoni fil-punt ta’ kuntatt ma tiffurmax angolu ta’ inqas minn 20° mal-vertikal. F'dan il-każ, il-wiċċ tal-impatt tal-blokka għandu jiġi aġġustat permezz ta’ rfid addizzjonali biex ikun parallel mal-istruttura ta’ protezzjoni fil-punt tal-impatt fil-mument tat-tagħwiġa massima, waqt li l-ktajjen jew il-ħbula tal-wajer tal-irfid jibqgħu vertikali waqt l-impatt.

    L-għoli sospiż tal-blokka tal-pendlu għandu jiġi aġġustat u għandhom jittieħdu l-passi meħtieġa biex il-blokka ma titħallhiex iddur madwar il-punt tal-impatt.

    Il-punt tal-impatt għandu jkun dik il-parti tal-istruttura ta’ protezzjoni li għandha t- tendenza li tolqot l-ewwel l-art f'aċċident ta’ qlib fuq il-ġenb.

    3.3.1.1.3.2

    Ir-roti tat-trattur tan-naħa li tkun se tirċievi l-impatt għandhom jintrabtu mal-art permezz ta’ ħbula tal-wajer li jgħaddu minn fuq it-trufijiet korrispondenti tal-fusien ta’ quddiem u ta’ wara. Il-ħbula tal-wajer għandhom jiġu ssikkati b'mod li jipproduċu l-valuri tat-tagħwiġa tat-tajers mogħtija fi 3.2.5.6.2.

    Bil-ħbula tal-wajer issikkati, it-travu li jservi ta’ feles għandu jitpoġġa quddiem, għandu jitqiegħed issikkat mar-roti tan-naħa tal-faċċata li tkun se tirċievi l-impatt u mbagħad imwaħħal mal-art. Jista' jkun meħtieġ li jintużaw żewġ travi jew kunjardi jekk il-ġnub ta’ barra tat-tajers ta’ quddiem u ta’ wara ma jkunux fl-istess pjan vertikali. Ir-riffieda mbagħad għandha titpoġġa kif muri fil-Figura 6.13 kontra x-xifer tar-rota li l-aktar li tkun qed tirċievi t-tagħbija faċċata tal-punt tal-impatt, imbuttata b'mod sod kontra x-xifer u mbagħad imwaħħla mal-bażi tagħha. It-tul tar-riffieda għandu jkun tali li din tkun f'angolu ta’ 30 ± 3° mal-art meta tkun imqiegħda kontra x-xifer. B'żieda għal dan, fejn possibbli, it-tul tagħha għandu jkun bejn 20 u 25 darba inqas mit-tul tagħha u bejn 2 jew 3 darbiet inqas mill-wisa' tagħha. Fiż-żewġ trufijiet, ir-riffieda għandu jkollhom il-forma kif tidher fid-dettalji tal-Figura 6.13.

    3.3.1.1.3.3

    Jekk it-trattur huwa tat-tip artikulat, il-punt ta’ artikulazzjoni jrid jiġi wkoll mirfud bi blokka tal-injam tal-anqas 100 mm kwadru u mirfud lateralment b'mekkaniżmu simili għar-riffieda mbuttat kontra r-rota ta’ wara kif fi 3.3.1.1.3.2. Il-punt tal-artikulazzjoni għandu mbagħad jintrabat sew mal-art.

    3.3.1.1.3.4

    Il-blokka tal-pendlu għandha tinġibed lura biex l-għoli taċ-ċentru tal-gravità tagħha 'l fuq minn dak fil-punt tal-impatt jingħata permezz ta’ waħda miż-żewġ formuli li ġejjin, liema formula għandha tintagħżel skont il-massa ta’ referenza tal-immuntar suġġetta għat-testijiet:

    H = (25 + 0,20 M) (B6+B) / 2B

    għal trattur b'massa ta’ referenza ta’ inqas minn 2 000 kg.

    H = (125 + 0,15 M) (B6+B) / 2B

    għal trattur b'massa ta’ referenza ta’ iktar minn 2 000 kg.

    3.3.1.1.3.5

    Għal tratturi riversibbli, l-għoli għandu jkun dak l-akbar tar-riżultati miksuba mill-formuli applikabbli fuq u hawn isfel:

    H = 25 + 0,2 M

    għal trattur b'massa ta’ referenza ta’ inqas minn 2 000 kg.

    H = 125 + 0,15 M

    għal trattur b'massa ta’ referenza ta’ iktar minn 2 000 kg.

    Il-blokka tal-pendlu għandha mbagħad tintreħa u tolqot l-istruttura ta’ protezzjoni.

    3.3.1.1.4    Tgħaffiġ fuq wara

    It-travu għandu jiġi mqiegħed fuq il-membri strutturali ta’ wara li huma l-aktar 'il fuq u r-riżultanti tal-forzi li jgħaffġu għandhom jiġu allokati fil-pjan vertikali medjan tat-trattur. Għandha tiġi applikata forza Fv meta:

    Fv = 20 M

    Il-forza Fv għandha tinżamm għal ħames sekondi wara l-waqfien ta’ kwalunkwe moviment li jidher tal-istruttura ta’ protezzjoni.

    Fejn il-parti ta’ wara tas-saqaf tal-istruttura ta’ protezzjoni ma treġġix il-forza kollha li tgħaffeġ, il-forza għandha tiġi applikata sakemm is-saqaf jitgħawweġ u jibda jmiss mal-pjan li jgħaqqad il-parti ta’ fuq tal-istruttura ta’ protezzjoni ma’ dik il-parti ta’ wara tat-trattur li kapaċi treġġi l-massa tal-vettura meta tinqaleb.

    Il-forza għandha mbagħad titneħħa, u t-travu tat-tgħaffiġ jiġi mqiegħed fuq dik il-parti tal-istruttura ta’ protezzjoni li ssostni lit-trattur meta jinqaleb kompletamant. Il-forza tat-tgħaffiġ Fv għandha mbagħad terġa' tiġi applikata.

    3.3.1.1.5    Tgħaffiġ fuq quddiem

    It-travu għandu jiġi mqiegħed tul il-membru jew membri strutturali ta’ quddiem li huma l-aktar 'il fuq u r-riżultanti tal-forzi li jgħaffġu għandhom jiġu allokati fil-pjan vertikali medjan tat-trattur. Għandha tiġi applikata forza Fv meta:

    Fv = 20 M

    Il-forza Fv għandha tinżamm għal ħames sekondi wara l-waqfien ta’ kwalunkwe moviment li jidher tal-istruttura ta’ protezzjoni.

    Fejn il-parti ta’ quddiem tas-saqaf tal-istruttura ta’ protezzjoni ma treġġix il-forza kollha li tgħaffeġ, il-forza għandha tiġi applikata sakemm is-saqaf jitgħawweġ u jibda jmiss mal-pjan li jgħaqqad il-parti ta’ fuq tal-istruttura ta’ protezzjoni ma’ dik il-parti ta’ quddiem tat-trattur li kapaċi treġġi l-massa tal-vettura meta tinqaleb.

    Il-forza għandha mbagħad titneħħa, u t-travu tat-tgħaffiġ jiġi mqiegħed fuq dik il-parti tal-istruttura ta’ protezzjoni li ssostni lit-trattur meta jinqaleb kompletamant. Il-forza tat-tgħaffiġ Fv għandha mbagħad terġa' tiġi applikata.

    3.3.1.1.6    Testijiet ta’ impatt addizzjonali

    Jekk jidhru waqt it-test ta’ impatt xquq jew tiċrit li ma jistgħux jitqiesu negliġibbli, għandu jsir it-tieni test simili, iżda b'għoli ta’ waqgħa ta':

    H′ = (H × 10-1) (12 + 4a) (1 + 2a)-1

    immedjatament wara t-testijiet tal-impatt li wasslu biex jidhru dawn ix-xquq jew tiċrit, ‘a’ tkun il-proporzjon tad-deformazzjoni permanenti (Dp) mad-deformazzjoni elastika (De):

    a = Dp / De

    kif imkejjel fil-punt tal-impatt. Id-deformazzjoni permanenti addizzjonali dovuta għat-tieni impatt ma għandhiex taqbeż it-30 % tad-deformazzjoni permanenti dovuta għall-ewwel impatt.

    Sabiex ikun jista' jsir it-test addizzjonali, jeħtieġ li titkejjel id-deformazzjoni elastika waqt it-testijiet kollha tal-impatt.

    3.3.1.1.7    Testijiet ta’ tgħaffiġ addizzjonali

    Jekk, matul it-test tat-tgħaffiġ, jidhru xquq u tiċrit sinifikanti, għandu jsir it-tieni test ta’ tgħaffiġ simili, iżda b'qawwa ekwivalenti għal 1.2 Fv, immedjatament wara t-test ta’ tgħaffiġ li wassal biex jidhru dawn ix-xquq jew tiċrit.

    3.3.1.2   Il-kejl li għandu jittieħed

    3.3.1.2.1    Ksur u xquq

    Wara kull test il-membri strutturali kollha, il-ġogi u s-sistemi tal-irbit għandhom ikunu eżaminati b’mod viżiv għal tiċrit u xquq, waqt li kwalunkwe xquq żgħar f’partijiet mhux importanti għandhom jiġu injorati.

    Kwalunkwe tiċrit kkawżat mit-truf tal-piż tal-pendlu għandu jiġi injorat.

    3.3.1.2.2    Żona ta’ spazju vojt

    3.3.1.2.2.1   Dħul fiż-żona ta’ spazju vojt

    Waqt kull test l-istruttura protettiva għandha tiġi eżaminata biex jiġi vverifikat jekk daħlitx kwalunkwe parti fiż-żona ta’ spazju vojt madwar is-sit tas-sewwieq kif definit f'1.6.

    Barra minn hekk, iż-żona ta’ spazju vojt ma għandhiex tkun 'il barra mill-istruttura protettiva. Għal dan il-għan, għandha tiġi kkunsidrata bħala barra miż-żona protettiva jekk kwalunkwe parti minnha tkun għamlet kuntatt ma’ art ċatta jekk it-trattur jinqaleb lejn id-direzzjoni minn fejn ikun ġiet applikata t-tagħbija tat-test. Biex dan jiġi stmat, wieħed jassumi li t-tajers ta’ quddiem u ta’ wara u d-distanza tal-wisa' bejn ir-roti għandhom ikunu l-iżgħar fittjatura standard mill-manifattur.

    3.3.1.2.2.2   Testijiet għat-tagħmir iebes ta’ wara

    Jekk it-trattur ikun mgħammar b'sezzjoni riġida, b'kisi jew b'tagħmir iebes ieħor imqiegħed fuq wara tas-sit tas-sewwieq, dan it-tagħmir għandu jitqies bħala punt ta’ protezzjoni, fil-każ ta’ qlib fuq ġenb jew qlib lura. Dan it-tagħmir iebes imqiegħed fuq wara tas-sit tas-sewwieq għandu jkollu l-kapaċità li jiflaħ, mingħajr ma jinkiser jew jidħol fiż-żona ta’ spazju vojt, forza 'l isfel Fi fejn:

    Fi = 15 M

    applikata perpendikularment mal-wiċċ tal-qafas fil-pjan ċentrali tat-trattur. L-angolu inizjali tal-applikazzjoni ta’ forza għandu jkun ta’ 40° ikkalkulat b'mod parallel għall-art kif muri fil-Figura 6.16. Il-wisa' minima ta’ din sezzjoni riġida għandha tkun ta’ 500 mm (ara l-Figura 6.17).

    B'żieda għal dan, din għandha tkun riġida biżżejjed u mwaħħla b'mod sod man-naħa ta’ wara tat-trattur.

    3.3.1.2.3    It-tagħwiġa elastika (taħt impatt mill-ġenb)

    It-tagħwiġa elastika hija mkejla (810 + av) mm 'l fuq mill-punt tal-indiċi, fil-pjan vertikali li jgħaddi minn ġol-punt tal-impatt. Għal dan il-kejl, jista' jintuża apparat simili għal dak muri fil-Figura 6.15.

    3.3.1.2.4    Tagħwiġa permanenti

    Wara t-test tat-tgħaffiġ finali, it-tagħwiġa permanenti tal-istruttura protettiva għandha tiġi rreġistrata. Għal dan il-għan, qabel ma jibda t-test, għandha tintuża l-pożizzjoni tal-membri tal-istruttura protettiva ewlenija kontra l-qlib f’relazzjoni mal-punt tal-indiċi tas-sit.

    3.3.2   Testijiet Statiċi

    3.3.2.1   Testijiet ta’ tagħbija u tgħaffiġ

    3.3.2.1.1    Tagħbija fuq wara

    3.3.2.1.1.1

    It-tagħbija għandha tiġi applikata b'mod orizzontali fi pjan vertikali parallel mal-pjan medjan tat-trattur.

    Il-punt tal-applikazzjoni tat-tagħbija għandu jkun dik il-parti tal-istruttura protettiva kontra t-tgerbib li x'aktarx li tolqot l-art l-ewwel f'inċident ta’ qlib b'lura, normalment ix-xifer ta’ fuq. Il-pjan vertikali li t-tagħbija tiġi applikata fuqu għandu jkun f'distanza ta’ 1/3 tal-wisa' estern tal-parti ta’ fuq tal-istruttura mill-pjan medjan.

    Jekk l-istruttura tkun għat-tond jew toħroġ 'il barra f'dan il-punt, għandhom jiġu miżjuda l-kunjardi li jippermettu li t-tagħbija tiġi applikata hemmhekk, mingħajr ma l-istruttura tissaħħaħ aktar.

    3.3.2.1.1.2

    L-assemblaġġ għandu jintrabat mal-art kif deskritt fi 3.2.6.3.

    3.3.2.1.1.3

    L-enerġija assorbita mill-istruttura protettiva matul it-test għandha tkun tal-anqas:

    Eil = 500 + 0,5 M

    3.3.2.1.1.4

    Għal tratturi b'pożizzjoni riversibbli tas-sewwieq (sit u ‘steering wheel’ riversibbli), għandha tiġi applikata l-istess formula.

    3.3.2.1.2    Tagħbija fuq quddiem

    3.3.2.1.2.1

    It-tagħbija għandha tiġi applikata b'mod orizzontali, fi pjan vertikali parallel mal-pjan medjan tat-trattur u mqiegħda f'distanza ta’ 1/3 tal-wisa' estern tal-part ta’ fuq tal-istruttura.

    Il-punt tal-applikazzjoni tat-tagħbija jkun dik il-parti tal-istruttura ta’ protezzjoni ta’ kontra l-qlib li għandha t-tendenza li tolqot l-ewwel l-art jekk it-trattur jinqaleb fuq ġenb meta jkun miexi 'l quddiem, normalment ix-xifer tan-naħa ta’ fuq.

    Jekk l-istruttura tkun għat-tond jew toħroġ 'il barra f'dan il-punt, għandhom jiġu miżjuda l-kunjardi li jippermettu li t-tagħbija tiġi applikata hemmhekk, mingħajr ma l-istruttura tissaħħaħ aktar.

    3.3.2.1.2.2

    L-assemblaġġ għandu jintrabat mal-art kif deskritt fi 3.2.6.3.

    3.3.2.1.2.3

    L-enerġija assorbita mill-istruttura protettiva matul it-test għandha tkun tal-anqas:

    Eil = 500 + 0,5 M

    3.3.2.1.2.4

    Għal tratturi b'pożizzjoni tas-sewwieq riversibbli (sit u rota tal-istering riversibbli), l-enerġija għandha tkun dik li tkun l-aktar waħda għolja minn dawk ta’ fuq jew waħda minn dawn li ġejjin kif magħżula:

    Eil = 2,165 × 10–7M × L2

    jew

    Eil= 0,574 I

    3.3.2.1.3    Tagħbija mill-ġenb

    3.3.2.1.3.1

    It-tagħbija mill-ġenb għandha tiġi applikata b'mod orizzontali, fi pjan vertikali b'mod perpendikulari mal-pjan medjan tat-trattur. Il-punt tal-applikazzjoni tat-tagħbija huwa dik il-parti tal-istruttura protettiva kontra t-tgerbib li x'aktarx li tolqot l-art l-ewwel f'inċident ta’ qlib fuq genb, normalment ix-xifer ta’ fuq.

    3.3.2.1.3.2

    L-assemblaġġ għandu jintrabat mal-art kif deskritt fi 3.2.6.3.

    3.3.2.1.3.3

    L-enerġija assorbita mill-istruttura protettiva matul it-test għandha tkun tal-anqas:

    Eis = 1,75 M(B6+B) / 2B

    3.3.2.1.3.4

    Għal tratturi b'pożizzjoni tas-sewwieq riversibbli (sit u rota tal-istering riversibbli), l-enerġija għandha tkun dik li tkun l-ogħla minn dawk ta’ fuq jew minn dik li ġejja:

    Eis = 1,75 M

    3.3.2.1.4    Tgħaffiġ fuq wara

    Id-dispożizzjonijiet kollha huma identiċi għal dawk fi 3.3.1.1.4.

    3.3.2.1.5    Tgħaffiġ fuq quddiem

    Id-dispożizzjonijiet kollha huma identiċi għal dawk fi 3.3.1.1.5.

    3.3.2.1.6    Test addizzjonali għal tagħbija eċċessiva (il-Figuri minn 6.18 sa 6.20)

    Għandu jsir test ta’ tagħbija eċċessiva fil-każijiet kollha fejn il-forza tonqos b'aktar minn 3 % matul l-aħħar 5 % tat-tgħawwiġ milħuq meta l-enerġija mitluba tkun assorbita mill-istruttura (ara l-Figura 6.19).

    It-test ta’ tagħbija eċċessiva jinvolvi ż-żieda gradwali tat-tagħbija orizzontali b'żidiet ta’ 5 % tar-rekwiżit ta’ enerġija inizjali sa massimu ta’ 20 % ta’ enerġija miżjuda (ara l-Figura 6.20).

    It-test ta’ tagħbija eċċessiva jkun sodisfaċenti jekk, wara kull żieda b'5, 10 jew 15 % f'enerġija meħtieġa, il-forza tonqos b'anqas minn 3 % għal żieda ta’ 5 % u tibqa' akbar minn 0,8 Fmax.

    It-test ta’ tagħbija eċċessiva jkun sodisfaċenti jekk, wara li l-istruttura tkun assorbiet 20 % tal-enerġija miżjuda, il-forza taqbeż iż-0,8 Fmax.

    Xquq jew tiċrit addizzjonali u/jew dħul fiż-żona ta’ spazju vojt jew nuqqas ta’ protezzjoni tagħha minħabba tgħawwiġ elastiku huma permessi waqt it-test ta’ tagħbija eċċessiva. Madankollu, wara t-tneħħija tat-tagħbija, l-istruttura ma għandhiex tidħol fiż-żona ta’ spazju vojt, li għandha tkun protetta kompletament.

    3.3.2.1.7    Testijiet ta’ tgħaffiġ addizzjonali

    Jekk matul it-test tat-tgħaffiġ jidhru xquq jew tiċrit ma jkunux jistgħu jitqiesu bħala negliġibbli, għandu jsir it-tieni test simili, imma b'forza ta’ 1,2 Fv, immedjatament wara t-test tat-tgħaffiġ li wassal biex jidhru x-xquq jew it-tiċrit.

    3.3.2.2   Il-kejl li għandu jittieħed

    3.3.2.2.1    Ksur u xquq

    Wara kull test il-membri strutturali kollha, il-ġogi u s-sistemi tat-twaħħil għandhom ikunu eżaminati b’mod viżiv għal fratturi u xquq, bi kwalunkwe xquq żgħar f’partijiet mhux importanti jiġu injorati.

    3.3.2.2.2    Żona ta’ spazju vojt

    3.3.2.2.2.1   Dħul fiż-żona ta’ spazju vojt

    Waqt kull test l-istruttura protettiva għandha tiġi eżaminata biex jiġi vverifikat jekk daħlitx kwalunkwe parti minnha fiż-żona ta’ spazju vojt kif definit f'1.6 fl-Anness I.

    Barra minn hekk, iż-żona ta’ spazju vojt ma għandhiex tkun 'il barra mill-istruttura protettiva. Għal dan il-għan, għandha tiġi kkunsidrata bħala 'l barra miż-żona protettiva jekk kwalunkwe parti minnha tagħmel kuntatt ma’ art ċatta jekk it-trattur jinqaleb lejn id-direzzjoni minn fejn tkun ġiet applikata t-tagħbija tat-test. Biex dan jiġi stmat, wieħed jassumi li t-tajers ta’ quddiem u ta’ wara u d-distanza tal-wisa' bejn ir-roti għandhom ikunu l-iżgħar fittjatura standard mill-manifattur.

    3.3.2.2.2.2   Testijiet għat-tagħmir iebes ta’ wara

    Jekk it-trattur ikun mgħammar b'sezzjoni riġida, b'kisi jew b'tagħmir iebes ieħor imqiegħed fuq wara tas-sit tas-sewwieq, dan it-tagħmir għandu jitqies bħala punt ta’ protezzjoni, fil-każ ta’ qlib fuq ġenb jew qlib lura. Dan it-tagħmir iebes imqiegħed fuq wara tas-sit tas-sewwieq għandu jkollu l-kapaċità li jiflaħ, mingħajr ma jinkiser jew jidħol fiż-żona ta’ spazju vojt, forza 'l isfel Fi fejn:

    Fi = 15 M

    applikata perpendikularment mal-wiċċ tal-qafas fil-pjan ċentrali tat-trattur. L-angolu inizjali tal-applikazzjoni ta’ forza għandu jkun ta’ 40° ikkalkolat b'mod parallel għall-art kif muri fil-Figura 6.16. Il-wisa' minima ta’ din sezzjoni riġida għandu jkun ta’ 500 mm (ara l-Figura 6.17).

    B'żieda għal dan, din għandha tkun riġida biżżejjed u mwaħħla b'mod sod man-naħa ta’ wara tat-trattur.

    3.3.2.2.3    It-tagħwiġa elastika taħt tagħbija mill-ġenb

    It-tagħwiġa elastika għandha titkejjel (810+av) mm 'il fuq mill-punt tal-indiċi tas-sit, fil-pjan vertikali li fih tiġi applikata t-tagħbija. Għal dan il-kejl, għandu jintuża kull apparat simili għal dak muri fil-Figura 6.15.

    3.3.2.2.4    Tagħwiġa permanenti

    Wara t-test tat-tgħaffiġ finali t-tagħwiġa permanenti tal-istruttura protettiva għandha tiġi rreġistrata. Għal dan il-għan, qabel ma jibda t-test, għandha tiġi reġistrata l-pożizzjoni tal-membri tal-istruttura protettiva ewlenija kontra l-qlib f’relazzjoni mal-punt tal-indiċi tas-sit.

    3.4   Estensjoni għal mudelli oħra ta’ tratturi

    3.4.1   [mhux applikabbli]

    3.4.2   Estensjoni teknika

    Meta jseħħu modifiki tekniċi fuq it-trattur, l-istruttura ta’ protezzjoni jew il-metodu tat-twaħħil tal-istruttura ta’ protezzjoni għat-trattur, l-istazzjon tal-ittestjar li jkun wettaq it-test oriġinali jista' joħroġ ‘rapport tekniku tal-estensjoni’ jekk it-trattur u l-istruttura ta’ protezzjoni jkunu ssodisfaw it-testijiet preliminari tal-istabbilità laterali u ta’ tgerbib mhux kontinwu kif definit fi 3.1.3 u 3.1.4 u jekk it-tagħmir riġidu ta’ wara kif deskritt fil-paragrafu 3.3.1.2.2.2, meta mwaħħal, ikun ġie ittestjat skont il-proċedura deskritta f'dan il-paragrafu (ħlief fi 3.4.2.2.4) fil-każijiet li ġejjin:

    3.4.2.1   Estensjoni tar-riżultati tat-test strutturali għal mudelli oħra ta’ tratturi

    It-testijiet tal-impatt jew tat-tagħbija u dawk tat-tgħaffiġ ma hemmx għalfejn isiru fuq kull mudell ta’ trattur, sakemm l-istruttura protettiva u t-trattur ikunu konformi mal-kundizzjonijiet imsemmija hawn taħt minn 3.4.2.1.1 sa 3.4.2.1.5.

    3.4.2.1.1

    L-istruttura (inkluż it-tagħmir riġidu ta’ wara) għandu jkun identiku għal dak ittestjat;

    3.4.2.1.2

    L-enerġija meħtieġa ma għandhiex taqbeż l-enerġija kkalkulata għat-test oriġinali b'iktar minn 5 %;

    3.4.2.1.3

    Il-metodu ta’ twaħħil u l-komponenti tat-trattur li magħhom isir it-twaħħil għandhom ikunu identiċi,

    3.4.2.1.4

    Kwalunkwe komponenti bħall-madgards u l-bonit li jistgħu jagħtu għajnuna għall-istruttura protettiva għandhom ikunu identiċi;

    3.4.2.1.5

    Il-pożizzjoni u d-dimensjonijiet kritiċi tas-sit fl-istruttura protettiva u l-pożizzjoni relattiva tal-istruttura protettiva fuq it-trattur għandha tkun tali li ż-żona ta’ spazju vojt jibqa' taħt il-protezzjoni tal-istruttura mgħawġa matul it-testijiet kollha (dan għandu jkun ivverifikat billi tintuża l-istess referenza ta’ żona ta’ spazju vojt bħal fir-rapport tat-test oriġinali, rispettivament il-Punt ta’ Referenza tas-Sit [PRS] jew il-Punt tal-Indiċi tas-Sit [PIS]).

    3.4.2.2   Estensjoni tar-riżultati tat-test strutturali għal mudelli modifikati tal-istruttura protettiva

    Din il-proċedura għandha tiġi segwita meta d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 3.4.2.1 ma jkunux sodisfatti u ma tistax tintuża meta l-metodu ta’ twaħħil tal-istruttura protettiva mat-trattur ma jibqgħux tal-istess prinċipju (eż. sostenituri tal-gomma jinbidlu b'tagħmir ta’ sospensjoni):

    3.4.2.2.1

    Modifiki li ma jħallu l-ebda impatt fuq ir-riżultati tat-test inizjali (eż. twaħħil bis-saldatura tal-pjanċa tal-immuntar ta’ aċċessorju f'post mhux kritiku tal-istruttura), żieda ta’ sits b'post tal-PIS differenti fl-istruttura protettiva (bil-kundizzjoni li jiġi vverifikat li ż-żona/i ta’ spazju vojt il-ġdida/ġodda tibqa'/jibqgħu taħt il-protezzjoni tal-istruttura mgħawġa matul it-testijiet kollha).

    3.4.2.2.2

    Modifiki li jistgħu jħallu impatt fuq ir-riżultati tat-test oriġinali mingħajr ma jintefa' dubju fuq l-aċċettabilità tal-istruttura protettiva (eż. modifika tal-komponent strutturali, modifika tal-metodu ta’ twaħħil tal-istruttura protettiva mat-trattur). Jista' jsir test ta’ validazzjoni u r-riżultati tat-test ikunu abbozzati fir-rapport ta’ estensjoni.

    Il-limiti li ġejjin għal din l-estensjoni tat-tip huma ffissati:

    3.4.2.2.2.1

    ma jistgħux jiġu aċċettati iktar minn ħames estensjonijiet mingħajr test ta’ validazzjoni;

    3.4.2.2.2.2

    ir-riżultati tat-test ta’ validazzjoni jkunu aċċettati għall-estensjoni jekk il-kundizzjonijiet kollha ta’ aċċettazzjoni tal-Kodiċi jkunu sodisfatti u:

    jekk it-tagħwiġa li titkejjel wara kull test tal-impatt ma tvarjax mit-tagħwiġa mkejla wara kull test tal-impatt fir-rapport tat-test oriġinali b'iktar minn ± 7 % (f'każ ta’ testijiet dinamiċi);

    jekk il-forza mkejla meta l-livell tal-enerġija jkun intlaħaq fil-varji testijiet ta’ tagħbija orizzjontali ma jvarjax mill-forza mkejla meta l-enerġija mitluba tkun intlaħqet fit-test oriġinali b'iktar minn ± 7 % u t-tagħwiġa mkejla (******) meta l-livell ta’ enerġija meħtieġa tkun intlaħqet fit-testijiet ta’ tagħbija orizzontali ma jvarjax mit-tagħwiġa mkejla meta l-enerġija meħtieġa tkun intlaħqet fit-test oriġinali b'iktar minn ± 7 % (f'każ ta’ testijiet statiċi).

    3.4.2.2.2.3

    iktar minn modifika waħda għall-istruttura protettiva jistgħu jkunu inklużi f'rapport ta’ estensjoni uniku jekk dawn jirrappreżentaw possibilitajiet differenti tal-istruttura protettiva, imma jista' jkun aċċettat test ta’ validazzjoni wieħed biss f'rapport wieħed ta’ estensjoni. L-għażliet li ma ġewx ittestjati għandhom ikunu deskritti f'taqsima speċifika tar-rapport ta’ estensjoni.

    3.4.2.2.3

    Żieda fil-massa ta’ referenza ddikjarata mill-manifattur għal struttura protettiva diġà ttestjata. Jekk il-manifattur irid iżomm l-istess numru ta’ approvazzjoni huwa possibbli li joħroġ rapport ta’ estensjoni wara li jwettaq test ta’ validazzjoni (il-limiti ta’ ± 7 % speċifikat fi 3.4.2.2.2.2 mhumiex applikabbli f'każ bħal dan).

    3.4.2.2.4

    Modifika tat-tagħmir riġidu fuq wara jew żieda ta’ tagħmir riġidu fuq wara ġdid. Għandu jkun iċċekkjat li ż-żona ta’ spazju vojt tibqa' fi ħdan il-protezzjoni tal-istruttura magħwġa matul it-test kollu filwaqt li jittieħed inkonsiderazzjoni tagħmir riġidu fuq wara ġdid jew immodifikat. Għandha ssir validazzjoni tat-tagħmir riġidu fuq wara li tikkonsisti fit-test deskritt fi 3.3.1.2.2.2 jew 3.3.2.2.2.2 u r-riżultati tat-testijiet jiġu abbozzati fiż-żieda tar-rapport.

    3.5   [mhux applikabbli]

    3.6   Rendiment ta’ strutturi protettivi f'temp kiesaħ

    3.6.1   Jekk ikun allegat li l-istruttura protettiva għandha proprjetajiet reżistenti għall-effetti ta’ temp kiesaħ, il-manifattur għandu jagħti dettalji li jistgħu jkunu inklużi fir-rapport.

    3.6.2   Ir-rekwiżiti u l-proċeduri li ġejjin huma maħsuba biex jipprovdu qawwa u reżistenza għall-ksur mill-effetti tal-kesħa f'temperaturi baxxi. Huwa ssuġġerit li għandhom ikunu sodisfatti r-rekwiżiti materjali minimi biex tiġi deċiża l-adattabilità tal-istruttura protettiva f'temperaturi operattivi mnaqqsa f'dawk il-pajjiżi li jeħtieġu din il-protezzjoni operattiva addizzjonali.

    3.6.2.1

    Boltijiet u skorfini wżati biex titwaħħal l-istruttura protettiva mat-trattur u wżati biex partijiet strutturali jingħaqdu mal-istruttura protettiva għandhom juru qawwa kkontrollata adegwata għal temperaturi baxxi.

    3.6.2.2

    L-elettrodi kollha tal-issaldjar fil-fabbrikazzjoni tal-membri strutturali u l-montaturi għandhom ikunu kompatibbli mal-materjal tal-istruttura protettiva bħal fi 3.6.2.3 hawn taħt.

    3.6.2.3

    Materjali tal-azzar għall-membri strutturali tal-istruttura protettiva għandhom ikunu ta’ materjal ta’ qawwa kkontrollata li turi rekwiżiti minimi tal-enerġija tal-impatt Charpy V-Notch kif muri fit-Tabella 6.1. Il-grad u l-kwalità tal-azzar għandhom ikunu speċifikati skont l-ISO 630:1995.

    Azzar bi ħxuna rrumblata ta’ inqas minn 2,5 mm u bil-kontenut ta’ karbonju inqas minn 0,2 % hu meqjus li jissodisfa din il-ħtieġa.

    Membri strutturali tal-istruttura protettiva magħmula minn materjali apparti mill- azzar għandu jkollhom reżistenza ekwivalenti f'impatt ta’ temperatura baxxa.

    3.6.2.4

    Meta jiġu ttestjati r-rekwiżiti tal-enerġija tal-impatt Charpy V-Notch, il-kampjun tad-daqs għandu jkun mhux inqas minn l-ikbar tad-daqsijiet iddikjarati fit-Tabella 6.1 li jippermetti l-materjal.

    3.6.2.5

    It-testijiet Charpy V-Notch għandhom isiru bi qbil mal-proċedura ASTM 370-1979 A, ħlief għal daqsijiet ta’ kampjun li għandhom ikunu skont il-qisien mogħtija fit-Tabella 6.1.

    3.6.2.6

    Alternattivi għal din il-proċedura huma l-użu ta’ azzar newtralizzat jew semi-newtralizzat li għandha tiġi provduta għalihom speċifikazzjoni adegwata. Il-grad u l-kwalità tal-azzar għandhom ikunu speċifikati skont ISO 630:1995, Amd 1:2003.

    3.6.2.7

    Il-kampjuni għandhom ikunu lonġitudinali u meħuda minn ħażna ċatta, sezzjonijiet tubulari jew strutturali qabel l-iffurmar jew il-welding għal użu fl-istruttura ta’ protezzjoni. Kampjuni mis-sezzjonijiet tubulari jew strutturali għandhom jittieħdu min-nofs tal-ġenb tad-dimensjoni l-iktar kbira u ma għandhomx jinkludu weldjaturi.

    Tabella 6.1

    Enerġiji tal-impatt minimi Charpy V-notch

    Daqs tal-Kampjun

    Enerġija fi

    Enerġija fi

     

    –30  °C

    –20  °C

    mm

    J

    J (2)

    10 × 10 (1)

    11

    27,5

    10 × 9

    10

    25

    10 × 8

    9,5

    24

    10 × 7,5 (1)

    9,5

    24

    10 × 7

    9

    22,5

    10 × 6,7

    8,5

    21

    10 × 6

    8

    20

    10 × 5 (1)

    7,5

    19

    10 × 4

    7

    17,5

    10 × 3,5

    6

    15

    10 × 3

    6

    15

    10 × 2,5 (1)

    5,5

    14

    3.7   [mhux applikabbli]

    Il-Figura 6.1

    Żona ta’ spazju vojt

    Il-Figura 6.1.a

    Viżjoni mill-ġenb

    Sezzjoni trażversali mill-wiċċ ta' referenza

    Image

    Il-Figura 6.1.b

    Viżjoni minn wara

    Image

    Il-Figura 6.1.c

    Viżjoni minn fuq

    Image

    1 –

    Linja ta’ referenza

    2 –

    Punt ta’ indiċi tas-sit

    3 –

    Wiċċ ta’ referenza

    Il-Figura 6.2

    Żona ta’ spazju vojt għal tratturi b'sit u stering riversibbli

    Image

    Il-Figura 6.3

    Dijagramma li tispjega l-proċess kontinwu għad-determinazzjoni ta’ x'jiġri meta trattur jinqaleb fuq ġenbu bi struttura ta’ protezzjoni mwaħħla fuq quddiem (ROPS)

    Image

    Il-Figura 6.4

    Rigg għall-ittestjar ta’ karatteristiċi kontra l-qlib fuq pendil ta’ 1/1.5

    Image

    Il-Figura 6.5

    Dejta meħtieġa għall-kalkolu ta' x'jiġri meta trattur bi tliet fusien jinqaleb

    Image

    Il-Figuri 6.6.a, 6.6.b, 6.6.c

    Distanza orizzontali bejn iċ-ċentru tal-gravità u l-punt ewlieni ta' ħbit tal-istruttura ta' protezzjoni (L6)

    Image

    Image

    Image

    Il-Figura 6.7

    Determinazzjoni tal-punti ta' impatt għall-kejl tal-wisa' tal-istruttura protettiva (B6) u l-għoli tal-bonit tal-magna (H7)

    Image

    Image

    Image

    Image

    Test ta 'immaġni

    Il-Figura 6.8

    Għoli tal-punt tal-pern tal-fus ta' quddiem (H0)

    Image

    Il-Figura 6.9

    Wisa' tat-trekk ta' wara (S) u wisa tat-tajer ta' wara (B0)

    Image

    Il-Figura 6.10

    Blokka tal-pendlu u l-ktajjen jew ħbula tal-wajer ta' sospensjoni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Il-Figura 6.11

    Eżempju ta' rbit tat-trattur (impatt minn wara)

    Image

    Test ta 'immaġni

    Il-Figura 6.12

    Eżempju ta' rbit tat-trattur (impatt fuq quddiem)

    Image

    Test ta 'immaġni

    Il-Figura 6.13

    Eżempju ta' rbit ta' trattur (impatt mill-ġenb)

    Image

    Test ta 'immaġni

    Il-Figura 6.14

    Eżempju ta' tgħamir ta' tgħaffiġ tat-trattur

    Image

    Test ta 'immaġni

    Il-Figura 6.15

    Eżempju ta' apparat għall-kejl tad-deflessjoni elastika

    Image

    Test ta 'immaġni

    Il-Figura 6.16

    Linja fl-art simulata

    Image

    Test ta 'immaġni

    Il-Figura 6.17

    Wisa' minima tat-tagħmir sod ta' wara

    Image

    Test ta 'immaġni

    Il-Figura 6.18

    Kurva Forza / Deflessjoni

    Test ta' eċċess ta' tagħbija mhux meħtieġ

    Image

    Test ta 'immaġni

    Il-Figura 6.19

    Kurva Forza / deflessjoni

    Test ta' eċċess ta' tagħbija meħtieġ

    Image

    Test ta 'immaġni

    Il-Figura 6.20

    Kurva forza / deflessjoni

    Test ta' eċċess ta' piż irid jitkompla

    Image

    Test ta 'immaġni

    (****)  Il-kodiċi standard tal-OECD għall-ittestjar uffiċjali ta’ strutturi mwaħħla fuq quddiem ta’ tratturi agrikoli jew forestali bi trekk dejjaq bħala protezzjoni fil-każ li jinqalbu."

    (*****)  Il-programm u l-eżempji huma disponibbli fuq il-websajt tal-OECD."

    (******)  Tagħwiġa permanenti + elastika fil-punt meta jinkiseb il-livell ta’ enerġija meħtieġ.’ ”"


    (1)  Tindika daqs preferit. Id-daqs tal-kampjun għandu jkun mhux inqas mill-ikbar daqs preferit li l-materjal jippermetti.

    (2)  Ir-rekwiżit tal-enerġija f'–20 °C huwa 2,5 darbiet l-valur speċifikat għal –30 °C. Fatturi oħra li jaffettwaw l-impatt tas-saħħa tal-enerġija, jiġifieri d-direzzjoni tat-tgerbib, is-saħħa tar-rendiment, l-orjentament tal-qamħ u l-iwweldjar. Dawn il-fatturi għandhom jitqiesu meta jintagħżel jew jintuża l-azzar.


    ANNESS V

    Emenda għad-Direttiva 2000/25/KE

    Fl-Anness I, l-Appendiċi 4, il-punt 1 it-Taqsima 2 TAD-Direttiva 2000/25/KE huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “Taqsima 2

    In-numru tad-Direttiva bażi li hija segwita mill-ittra A għall-istadju I, l-ittra B għall-istadju II, l-ittra C għall-istadju IIIA, l-ittra D għall-istadju IIIB u l-ittra E għall-istadju IV.”


    ANNESS VI

    Emenda għad-Direttiva 2003/37/KE

    Id-Direttiva 2003/37/KE hija emendata kif ġej:

    1.

    L-Anness I, mudell A huwa emendat kif ġej:

    (a)

    Il-punt 2.4, huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “2.4.

    Massa jew masses teknikament permissibbli għall-irmunkar (skont it-tip tal-igganġjar)

    2.4.1.

    Massa tal-irmunkar mhux ibbrejkjata: …

    2.4.2.

    Massa tal-irmunkar ibbrejkjata indipendentament: …

    2.4.3.

    Massa tal-irmunkar ibbrejkjata bl-inertia: …

    2.4.4.

    Massa tal-irmunkar meta mgħammra bi brejk idrawliku jew pnewmatiku: …

    2.4.5.

    Massa jew masses totali teknikament permissibbli għall-kombinazzjoni ta’ trattur-karru għal kull konfigurazzjoni tal-ibbrejkjar tal-karru: …

    2.4.6.

    Pożizzjoni tal-punt tal-coupling

    2.4.6.1.

    Għoli 'l fuq mill-art

    2.4.6.1.1.

    Għoli massimu: …

    2.4.6.1.2.

    Għoli minimu: …

    2.4.6.2.

    Distanza mill-pjan vertikali li jgħaddi mill-assi tal-fus ta’ wara

    2.4.6.2.1.

    Massimu: …

    2.4.6.2.2.

    Minima: …

    2.4.6.3.

    Piż statiku vertikali/piż teknikament permissibbli fuq il-punt tal-coupling:

    2.4.6.3.1.

    tat-trattur: …

    2.4.6.3.2.

    tas-semi-karru (jew makkinarju rmunkat interkambjabbli) jew l - karru ta’ fus ċentrali (makkinarju interkambjabbli li jiġi rmunkat): …”

    (b)

    Il-Punt 2.7.2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “2.7.2.

    Dimensjoni totali tat-trattur, inkluż il-coupling unit

    2.7.2.1.

    Tul għal użu fit-triq (10):

     

    massimu: …

     

    minimu: …

    2.7.2.2.

    Wisa’ għal użu fit-triq (11):

     

    massimu: …

     

    minimu: …

    2.7.2.3.

    Għoli għal użu fit-triq (12):

     

    massimu: …

     

    minimu: …

    2.7.2.4.

    Kemm jisporġi 'l quddiem (13):

     

    massimu: …

     

    minimu: …

    2.7.2.5.

    Kemm jisporġi fuq wara (14):

     

    massimu: …

     

    minimu: …

    2.7.2.6.

    Għoli mill-art (15):

     

    massimu: …

     

    minimu: …”

    2.

    Fl-Anness I, Mudell A, in-Nota 15 f’qiegħ il-paġna għandha tinqara kif ġej: “Standard ISO 612/-6.8:1978”.

    3.

    Fl-Anness II, Kapitolu B, Parti II.C hija emendata kif ġej:

    (a)

    fil-frażi ta’ introduzzjoni, il-kliem “bulettin tat-test” huma sostitwiti bil-kliem “rapport tat-test”;

    (tikkonċerna biss il-verżjoni bl-Ingliż);

    (b)

    in-nota f'qiegħ il-paġna (*) hija sostitwita b'dan li ġej:

    “(*)

    Ir-rapporti tal-ittestjar għandhom ikunu f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-OECD C(2008) 128 ta’ Ottubru 2008. L-ekwivalenza tar-rapporti tal-ittestjar tista’ tiġi rikonoxxuta mill-ankraġġ taċ-ċinturin tas-sikurezza jekk dawn ikunu ġew ittestjati. Ir-rapporti tat-testijiet f’konformità mal-Kodiċi li jsegwu d-Deċiżjoni tal-Kunsill C(2000) 59 tal-OECD kif l-aħħar emendata mid-Deċiżjoni tal-Kunsill C(2005) 1 tal-OECD għandhom jibqgħu validi. Mid-data ta’ traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva, rapporti ġodda tal-ittestjar għandhom ikunu bbażati fuq il-verżjoni l-ġdida tal-Kodiċi.”


    Top