This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009R0710
Commission Regulation (EC) No 710/2009 of 5 August 2009 amending Regulation (EC) No 889/2008 laying down detailed rules for the implementation of Council Regulation (EC) No 834/2007, as regards laying down detailed rules on organic aquaculture animal and seaweed production
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 710/2009 tal- 5 ta’ Awwissu 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 889/2008 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007, f’dak li għandu x’jaqsam mal-iffissar ta’ regoli ddettaljati dwar il-produzzjoni organika tal-annimali tal-akkwakultura u tal-alka tal-baħar
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 710/2009 tal- 5 ta’ Awwissu 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 889/2008 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007, f’dak li għandu x’jaqsam mal-iffissar ta’ regoli ddettaljati dwar il-produzzjoni organika tal-annimali tal-akkwakultura u tal-alka tal-baħar
ĠU L 204, 6.8.2009, p. 15–34
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2021; Impliċitament imħassar minn 32021R1165
6.8.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 204/15 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 710/2009
tal-5 ta’ Awwissu 2009
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 889/2008 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007, f’dak li għandu x’jaqsam mal-iffissar ta’ regoli ddettaljati dwar il-produzzjoni organika tal-annimali tal-akkwakultura u tal-alka tal-baħar
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta’ Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jemenda [jħassar] ir-Regolament (KEE) Nru 2092/91 (1), u b’mod partikulari l-Artikoli 11, 13(3), 15(2), 16(1) u (3)(a) u (c), 17(2) u 18(5), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(3), l-Artikoli 22(1), 28(6), u 38(a), (b), (c), u l-Artikolu 40 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 834/2007, u b’mod partikulari t-Titolu III tiegħu jistabbilixxi rekwiżiti bażiċi f’dak li għandu x’jaqsam mal-produzzjoni tal-annimali tal-akkwakultura u tal-alka. Ir-regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni ta’ dawn ir-rekwiżiti għandhom jiġu stabbiliti billi jiġi emendat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 889/2008 (2), li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 834/2007. |
(2) |
Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar strateġija għall-iżvilupp sostenibbli tal-akkwakultura Ewropea (3) tippreżenta viżjoni għall-iżvilupp ta’ dan is-settur fuq perjodu ta’ għaxar snin sabiex ikun hemm industrija stabbli fiż-żoni rurali u f’dawk kostali li tipprovdi alternattivi lill-industrija tas-sajd f’termini tal-prodotti u tal-impjiegi. Il-Komunikazzjoni saħqet fuq il-potenzjal tal-produzzjoni tal-akkwakultura organika u fuq ir-rekwiżit li jkunu żviluppati normi u kriterji. |
(3) |
Sabiex ikun żgurat ftehim komuni, għandhom ikunu ssuplimentati u kkoreġuti t-tifsiriet kif stabbiliti fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 889/2008 sabiex ikunu evitati l-ambigwitajiet u tkun żgurata l-applikazzjoni uniformi tar-regoli dwar il-produzzjoni organika tal-annimali tal-akkwakultura u tal-alka. |
(4) |
Iż-żona għat-tkabbir akkwatiku tal-alka u tal-annimali tal-akkwakultura organiċi hija importanti ferm sabiex jitkabbru prodotti kemm sikuri kif ukoll ta’ kwalità għolja b’impatt minimu fuq l-ambjent akkwatiku. Il-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar il-kwalità tal-ilmijiet u tal-kontaminanti fl-ikel, inklużi d-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (4), id-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ambjent marin (id-Direttiva Kwadru [ta’ qafas] dwar l-Istrateġija Marina) (5), ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 tad-19 ta’ Diċembru 2006 li jiffissa l-livelli massimi ta’ ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel (6), u r-Regolamenti tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 852/2004 (7), (KE) Nru 853/2004 (8), u (KE) Nru 854/2004 (9), tipprovdi għal għanijiet ambjentali għall-ilma u tiżgura ikel ta’ kwalità għolja. Għaldaqstant huwa xieraq li jitfassal pjan dwar il-ġestjoni sostenibbli tal-produzzjoni tal-alka u tal-akkwakultura li jispeċifika l-miżuri, bħat-tnaqqis tal-iskart. |
(5) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE tas-27 ta’ Ġunju 1985 dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (10), id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġi (11), u d-Direttiva tal-Kunsill 79/403/KEE tat-2 ta’ April 1979 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (12) għandhom jiżguraw interazzjoni tajba mal-ambjent filwaqt li jqisu l-impatt ta’ dawn l-attivitajiet fuq l-għanijiet ambjentali għall-ilma mniżżlin fl-applikazzjoni tad-Direttivi 2000/60/KE u 2008/56/KE. Għandhom isiru dispożizzjonijiet sabiex titfassal valutazzjoni ambjentali li tkopri l-aqwa adattament għall-ambjent tal-madwar u t-taffija ta’ effetti negattivi possibbli. Għandu jitqies li t-tali valutazzjonijiet għandhom jiżguraw li l-produzzjoni organika tal-alka u tal-annimali tal-akkwakultura, li hija attività pjuttost ġdida meta mqabbla mal-agrikultura organika, għandha mhux biss tkun aċċettabbli għall-ambjent, iżda li, meta mqabbla ma’ għażliet oħrajn, din għandha tkun taqbel l-iktar mal-interessi pubbliċi wesgħin u għandha tkun kemm adattata għall-ambjent kif ukoll sostenibbli. |
(6) |
Il-mezz solubbli speċifiku tal-ilma jeħtieġ li unitajiet organiċi tal-produzzjoni tal-akkwakultura jkunu separati b’mod xieraq minn dawk li mhumiex organiċi; u għalhekk għandhom jiġu stabbiliti miżuri xierqa għal din is-separazzjoni. Minħabba l-varjabbiltà tas-sitwazzjonijiet rigward kemm l-ambjent tal-ilma ħelu kif ukoll dak tal-baħar mal-Komunità kollha, huwa preferibbli li jkunu stabbiliti distanzi adegwati ta’ separazzjoni fuq il-livell tal-Istati Membri, peress li l-Istati Membru huma l-aktar li jistgħu jittrattaw is-separazzjoni minħabba n-natura eteroġena ta’ ambjenti akkwatiċi bħal dawn. |
(7) |
It-tkabbir tal-alka jista’ jkun ta’ benefiċċju f’ċerti aspetti bħat-tneħħija tan-nutrijenti u jista’ jħaffef il-polikultura (it-tkabbir ta’ iktar minn speċi waħda fl-istess żona (“polyculture”)). Trid tingħata attenzjoni biex ma tinqatax iżżejjed l-alka selvaġġa sabiex din titħalla terġa’ ttella’, u jkun żgurat li l-produzzjoni ma toħloqx impatt sinifikanti fuq l-istat tal-ambjent akkwatiku. |
(8) |
L-Istati Membri qed iħabbtu wiċċhom ma’ nuqqasijiet dejjem jiżdiedu fil-forniment ta’ għelejjel organiċi tal-proteini. Fl-istess ħin, l-importazzjoni tal-għalf organiku tal-proteini ma kinitx biżżejjed biex tissodisfa l-ħtiġijiet. Iż-żona kollha għat-tkabbir tal-għelejjel organiċi tal-proteini mhix kbira biżżejjed biex tissodisfa l-ħtieġa għall-proteini organiċi; għalhekk, għandu jitħalla jintuża għalf tal-proteini li ġej minn biċċiet agrikoli li jkunu fl-ewwel sena tal-bidla tagħhom, skont ċerti kundizzjonijiet. |
(9) |
Minħabba l-istadju bikri tal-produzzjoni organika tal-annimali tal-akkwakultura, l-istokk organiku għar-riproduzzjoni (“broodstock”) mhuwiex disponibbli fi kwantitajiet li huma biżżejjed. Għandha ssir dispożizzjoni sabiex jiddaħħlu, taħt ċerti kundizzjonijiet, stokk għar-riproduzzjoni u ħut żgħir li mhumiex organiċi. |
(10) |
Il-produzzjoni organika tal-annimali tal-akkwakultura għandha tiżgura li jintlaħqu l-ħtiġijiet tal-annimali, li jkunu speċifiċi għall-ispeċi. F’dan ir-rigward, il-prattiki tat-trobbija, u s-sistemi tal-ġestjoni u taż-żamma għandhom jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-benesseri tal-annimali. Għandhom isiru dispożizzjonijiet dwar il-bini xieraq tal-gaġeġ u tan-nases fil-baħar kif ukoll dwar is-sistemi ta’ trobbija fuq l-art. Sabiex jitnaqqsu kemm jista’ jkun l-annimali qerrieda u l-parassiti u sabiex il-benesseri u s-saħħa tal-annimali jkunu tajbin ferm, għandhom ikunu stabbiliti d-densitajiet massimi tal-istokk. Għandhom ikunu stabbiliti dispożizzjonijiet speċifiċi, filwaqt li titqies il-firxa wiesgħa tal-ispeċijiet bi ħtiġijiet partikulari. |
(11) |
L-iżvilupp tekniku ta’ dan l-aħħar wassal għal użu dejjem ikbar ta’ sistemi magħluqin taċ-ċirkulazzjoni mill-ġdid fil-produzzjoni tal-akkwakultura; it-tali sistemi jiddependu fuq kontribut estern u fuq ħafna enerġija imma jippermettu li titnaqqas it-tnixxija tal-iskart u li jkun evitat il-ħrib. Minħabba l-prinċipju li l-produzzjoni organika għandha tkun kemm jista’ jkun qrib tan-natura, l-użu ta’ tali sistemi ma għandux ikun permess fil-produzzjoni organika sakemm ma jkunx disponibbli aktar tagħrif. Għandu jkun possibbli l-użu eċċezzjonali tagħhom biss għall-qagħda speċifika tal-produzzjoni tal-mafqsiet u tal-mixtliet. |
(12) |
Il-prinċipji ġenerali tal-produzzjoni organika, li dwarhom hemm dispożizzjoni fl-Artikoli 4 u 5 tar-Regolament (KE) Nru 834/2007, għandhom jissejsu fuq disinn u ġestjoni xierqa tal-proċessi bijoloġiċi, imsejsin fuq sistemi ekoloġiċi li jużaw riżorsi naturali li jkunu jinsabu fis-sistema nnifisha, permezz ta’ metodi li fihom ikun hemm, b’mod partikulari, l-akkwakultura li tkun konformi mal-prinċipju tal-isfruttament sostenibbli tas-sajd. Huma jinkludu wkoll dispożizzjoni dwar il-prinċipju li, fil-produzzjoni tal-akkwakultura, għandha tinżamm il-bijodiversità tal-ekosistemi akkwatiċi naturali. Mill-bqija, dawn il-prinċipji jissejsu fuq valutazzjoni tar-riskju, u fuq l-użu ta’ miżuri preventivi u ta’ prekawzjoni, fejn dan ikun xieraq. Għal dan il-għan, għandu jkun iċċarat li, li wieħed jagħti bidu għall proċess tar-riproduzzjoni b’mod artifiċjali permezz tal-ormoni u tad-derivati tal-ormoni mhuwiex kompatibbli mal-kunċett tal-produzzjoni organika u ta’ dak li jaħsbu l-konsumaturi dwar il-prodotti organiċi tal-akkwakultura u li, għalhekk, it-tali sustanzi ma għandhomx jintużaw fl-akkwakultura organika. |
(13) |
L-għalf tal-annimali tal-akkwakultura għandu jissodisfa l-ħtiġijiet nutrizzjonali u għandu jissodisfa wkoll ir-rekwiżit tas-saħħa li għalf li ġej minn speċi partikulari ma jintużax bħala għalf għall-istess speċi kif stabbilit fir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 999/2001 tat-22 ta’ Mejju 2001 li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-eradikazzjoni ta’ ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (13). Għaldaqstant huwa xieraq li wieħed jistabbilixxi dispożizzjonijiet speċifiċi għall-annimali tal-akkwakultura li huma karnivori u għal dawk li mhumiex. |
(14) |
Il-materja prima għall-għalf tal-ħut u l-krustaċej organiċi li huma karnivori għandu jkun ġej, preferibbilment, mill-isfruttament sostenibbli tas-sajd kif imsemmi fl-Artikolu 5(o) tar-Regolament 834/2007 u kif iddefinit fl-Artikolu 3(e) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar [l-isfruttament] sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd [Politika Komuni tas-Sajd] (14) jew minn għalf organiku li ġej minn sorsi tal-akkwakultura organiċi. Minħabba l-istadju bikri tal-akkwakultura organika u tas-sajd sostenibbli, jista’ jkun hemm nuqqas ta’ għalf organiku jew ta’ għalf li ġej mis-sajd sostenibbli, għalhekk għandu jkun hemm dispożizzjonijiet għall-użu tal-għalf mhux organiku, imsejsin fuq ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1774/2002 (15), li jistabbilixxi regoli tas-saħħa għall-materjali li ġejjin mill-ħut li jistgħu jintużaw fl-akkwakultura u li jipprojbixxi l-għalf ta’ ċerti materjali li ġejjin mill-ħut fl-istabbiliment lill-ħut fl-istabbiliment li jkun tal-istess speċi. |
(15) |
Għall-għanijiet tal-produzzjoni organika tal-annimali tal-akkwakultura u tal-alka, jistgħu jintużaw ċerti materjali għall-għalf, addittivi tal-għalf u għajnuniet għall-ipproċessar li mhumiex organiċi, skont kundizzjonijiet iddefiniti tajjeb. Il-materjali l-ġodda kkonċernati għandhom jingħataw awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 16(1) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007. Abbażi tar-rakkomandazzjoni ta’ grupp espert (16) imwaqqaf apposta dwar “L-għalf tal-ħut u l-materjali għat-tindif fl-akkwakultura organika” li kkonkluda li t-tali sustanzi li diġà huma mniżżlin fl-Annessi V u VI tar-Regolament (KE) Nru 889/2008 u li huma awtorizzati għall-produzzjoni organika tal-bhejjem għandhom jitħallew jintużaw ukoll fl-akkwakultura organika u li ċerti sustanzi huma essenzjali għal ċerti speċi partikulari ta’ ħut, it-tali sustanzi għandhom jiżdiedu mal-Anness VI ta’ dak ir-Regolament. |
(16) |
It-tkabbir ta’ molluski bivalvi li jieklu billi jiffiltraw l-ilma jista’ jkun ta’ benefiċċju għall-kwalità tal-ilma ta’ mal-kosta permezz tat-tneħħija tan-nutrijenti, u l-użu tagħhom jista’ jħaffef ukoll il-polikultura. Għandhom ikunu stabbiliti regoli speċifiċi għall-molluski billi jitqies li dawn ma għandhomx bżonn jingħataw għalf supplimentari u li, b’hekk, f’dan ir-rigward, l-impatt ambjentali jista’ jkun iktar baxx milli f’oqsma oħra tal-akkwakultura. |
(17) |
Il-ġestjoni ta’ saħħet l-annimali għandha tkun ibbażata l-aktar fuq il-prevenzjoni tal-mard. Il-miżuri li dwarhom hemm dispożizzjoni f’dan ir-Regolament ma għandhomx jagħmlu ħsara lid-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE tal-24 ta’ Ottubru 2006 dwar il-ħtiġiet [ir-rekwiżiti] tas-saħħa tal-annimali għall-annimali tal-akkwakultura u l-prodotti tagħhom, u dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard f’annimali akkwatiċi (17), fil-każ tat-trattament veterinarju. Għandhom jitħallew jintużaw ċerti sustanzi għat-tindif tat-tagħmir u tal-faċilitajiet tal-produzzjoni, għat-trattamenti għal kontra t-tkabbir ta’ ħaxix tal-baħar magħhom u għad-diżinfezzjoni tagħhom, skont kundizzjonijiet iddefiniti. Meta jkun hemm annimali ħajjin preżenti, l-użu ta’ sustanzi għad-diżinfezzjoni jeħtieġ jingħata attenzjoni partikulari u jeħtieġ miżuri sabiex ikun żgurat li l-applikazzjoni tagħhom ma tkunx ta’ ħsara. It-tali sustanzi għandhom jingħataw awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 16(1) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007. Abbażi tar-rakkomandazzjoni ta’ grupp espert imwaqqaf apposta, it-tali sustanzi għandhom jitniżżlu fl-Anness. |
(18) |
Għandhom ikunu stabbiliti regoli speċifiċi għat-trattament veterinarju, li jikklassifikaw it-tipi ta’ trattamenti differenti u jistabbilixxu limiti għall-frekwenza tal-użu fil-każ tat-trattamenti allopatiċi. |
(19) |
Meta jkun qed jitqandel u jinġarr il-ħut ħaj, għandha tittieħed prekawzjoni sabiex jintlaħqu l-ħtiġijiet fiżjoloġiċi tiegħu. |
(20) |
Il-bidla għall-metodu organiku ta’ produzzjoni teħtieġ li l-mezzi kollha jkunu adattati għall-metodu organiku għal żmien speċifiku. Għandhom ikunu stabbiliti perjodi speċifiċi għall-bidla skont is-sistemi tal-produzzjoni ta’ qabel. |
(22) |
Jidher li ċerti Annessi għar-Regolament (KE) Nru 889/2007 fihom xi żbalji. Għalhekk, għandhom isiru dispożizzjonijiet sabiex jitranġaw dawn l-iżbalji. |
(22) |
Għandhom ikunu stabbiliti dispożizzjonijiet dwar rekwiżiti speċifiċi tal-kontroll li jqisu l-karatteristiċi speċifiċi tal-akkwakultura. |
(23) |
Għandhom ikunu stabbiliti ċerti miżuri tranżizzjonali sabiex tkun iffaċilitata l-bidla ta’ stabbilimenti li diġà qed jipproduċu b’mod organiku skont l-istandards nazzjonali jew privati għar-regoli l-ġodda Komunitarji. |
(24) |
L-akkwakultura organika hija qasam tal-produzzjoni organika pjuttost ġdid meta mqabbel mal-agrikultura organika, fejn teżisti esperjenza twila fuq il-livell tal-irziezet. Minħabba l-interess dejjem jikber tal-konsumaturi fil-prodotti organiċi tal-akkwakultura, x’aktarx li se jkun hemm aktar żvilupp fil-bidla tal-unitajiet tal-akkwakultura għall-produzzjoni organika. Dan dalwaqt se jwassal għal iktar esperjenza u iktar għarfien tekniku. Barra minn hekk, ir-riċerka ppjanata mistennija ssarraf f’għarfien ġdid b’mod partikulari dwar is-sistemi taż-żamma, il-ħtieġa għal ingredjenti mhux organiċi tal-għalf u d-densitajiet ta’ ħażna għal ċerti speċijiet. L-għarfien u l-iżvilupp tekniku l-ġodda, li għandhom iwasslu għal titjib fl-akkwakultura organika, għandhom ikunu riflessi fir-regoli tal-produzzjoni. Għalhekk, għandhom isiru dispożizzjonijiet sabiex ikun hemm analiżi tal-leġislazzjoni attwali bil-ħsieb li tkun immodifikata fejn xieraq. |
(25) |
Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 889/2008 għandu jiġi emendat skont dan. |
(26) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat regolatorju għall-produzzjoni organika, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 889/2008 għandu jiġi emendat kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 1, il-paragrafu 2 għandu jinbidel b’dan li ġej: “2. Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal:
Madanakollu, it-Titolu II, it-Titolu III u t-Titolu IV għandhom japplikaw mutatis mutandis għat-tali prodotti sakemm ikunu stabbiliti regoli tal-produzzjoni ddettaljati għal dawk il-prodotti fuq il-bażi tar-Regolament (KE) Nru 834/2007.” |
(2) |
L-Artikolu 2 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
(3) |
Fit-Titolu II għandu jiżdied il-Kapitolu 1a li ġej: “KAPITOLU 1a Il-produzzjoni tal-alka Artikolu 6a L-ambitu Dan il-Kapitolu jistabbilixxi regoli tal-produzzjoni ddettaljati għall-ġbir u t-tkabbir tal-alka. Japplika mutatis mutandis għall-produzzjoni tal-algi marini ta’ ħafna ċelloli kollha jew tal-fitoplankton u tal-mikroalgi għall-użu wara bħala għalf għall-annimali tal-akkwakultura. Artikolu 6b Kemm il-midjum akkwatiku huwa adattat u l-pjan dwar il-ġestjoni sostenibbli 1. Il-ħidmiet għandhom iseħħu f’postijiet li mhumiex suġġetti għat-tniġġis minn prodotti jew sustanzi li mhumiex awtorizzati għall-produzzjoni organika, jew minn pollutanti li jikkompromettu n-natura organika tal-prodotti. 2. L-unitajiet organiċi tal-produzzjoni tal-akkwakultura għandhom ikunu separati b’mod xieraq minn dawk li mhumiex organiċi. It-tali miżuri ta’ separazzjoni għandhom jissejsu fuq il-qagħda naturali, fuq sistemi separati tat-tixrid tal-ilma, fuq id-distanzi, il-flussi tal-marea u l-post tal-unità organika tal-produzzjoni jkunx favur jew kontra l-kurrent. L-awtoritajiet tal-Istati Membri jistgħu jiddeżinjaw postijiet jew żoni li huma jqisu li mhumiex adattati għall-qbid tal-akkwakultura organika jew għall-qtugħ tal-alka organika u jistgħu jiffissaw ukoll id-distanzi minimi ta’ separazzjoni bejn l-unitajiet tal-produzzjoni organika u dawk tal-produzzjoni li mhix organika. F’każ li l-Istati Membri jkunu ffissaw distanzi minimi ta’ separazzjoni, għandhom jgħaddu dan it-tagħrif lill-operaturi, lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni. 3. Għall-ħidmiet il-ġodda kollha li jkunu qed japplikaw għall-produzzjoni organika u li jkunu qed jipproduċu iktar minn 20 tunnellata ta’ prodotti tal-akkwakultura fis-sena, għandha tkun meħtieġa valutazzjoni ambjentali li tkun proporzjonata mal-unità tal-produzzjoni sabiex jiġu ddeterminati l-kundizzjonijiet tal-unità tal-produzzjoni u tal-ambjent immedjat tagħha u l-effetti li probabbli jkollha meta tibda titħaddem. L-operatur għandu jipprovdi l-valutazzjoni ambjentali lill-korp jew lill-awtorità ta’ kontroll. Il-kontenut tal-valutazzjoni ambjentali għandu jissejjes fuq l-Anness IV tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE (****). Jekk l-unità tkun diġà suġġetta għal valutazzjoni ekwivalenti, allura l-użu tagħha għandu jkun permess għal dan il-għan. 4. L-operatur għandu jipprovdi pjan dwar il-ġestjoni sostenibbli tal-qbid tal-akkwakultura u tal-qtugħ tal-alka li jkun proporzjonat mal-unità tal-produzzjoni. Il-pjan għandu jkun aġġornat kull sena u għandu jagħti dettalji dwar l-effetti ambjentali tal-ħidma u dwar il-monitoraġġ ambjentali li għandu jsir, u jniżżel il-miżuri li għandhom jittieħdu sabiex jitnaqqsu kemm jista’ jkun l-impatti negattivi fuq l-ambjenti akkwatiċi u terrestri tal-madwar, inkluż, fejn applikabbli, it-tnixxija ta’ nutrijenti fl-ambjent għal kull ċiklu tal-produzzjoni jew fis-sena. Il-pjan għandu jirreġistra s-sorveljanza u t-tiswija tat-tagħmir tekniku. 5. L-operaturi tan-negozji tal-akkwakultura u tal-alka għandhom jużaw, bi preferenza, sorsi tal-enerġija rinnovabbli u jirriċiklaw il-materjali, u għandhom ifasslu, bħala parti mill-pjan dwar il-ġestjoni sostenibbli, skeda għat-tnaqqis tal-iskart li għandha tkun implimentata meta jinbdew il-ħidmiet. Fejn ikun possibbli, l-użu tas-sħana li tibqa’ għandu jkun illimitat għall-enerġija minn sorsi rinnovabbli. 6. Għall-qtugħ tal-alka għandha ssir stima ta’ darba tal-bijomassa fil-bidu. Artikolu 6c Il-qtugħ sostenibbli tal-alka selvaġġa 1. Għandhom jinżammu kontijiet dokumentarji fl-unità jew fuq il-post u dawn għandhom igħinu lill-operatur jidentifika u lill-awtorità jew lill-korp ta’ kontroll jivverifika li dawk li jaqtgħu l-alka jkunu fornew biss alka selvaġġa prodotta skont ir-Regolament (KE) Nru 834/2007. 2. Il-qtugħ għandu jsir b’tali mod li l-ammonti maqtugħa ma joħolqux impatt sinifikanti fuq l-istat tal-ambjent akkwatiku. Għandhom jittieħdu miżuri sabiex ikun żgurat li l-alka tkun tista’ terġa’ ttella’, bħal per eżempju t-teknika tal-qtugħ, id-daqs minimu, l-età, iċ-ċikli tar-riproduzzjoni u d-daqs tal-alka li jkun għad baqa’. 3. Jekk l-alka tinqata’ minn żona komuni jew maqsuma għall-qtugħ tal-alka, għandu jkun hemm evidenza dokumentarja li l-ammont maqtugħ kollu huwa f’konformità ma’ dan ir-Regolament. 4. F’dak li għandu x’jaqsam mal-Artikolu 73b(2)(b) u (c), dawn ir-reġistri jridu jagħtu evidenza ta’ ġestjoni sostenibbli u ta’ ebda impatt fit-tul fuq iż-żoni għall-qtugħ. Artikolu 6d It-tkabbir tal-alka 1. Il-kultura tal-alka fil-baħar għandha tuża biss nutrijenti li jinsabu b’mod naturali fl-ambjent jew li jkunu ġejjin mill-produzzjoni organika tal-annimali tal-akkwakultura, li preferibbilment tkun tinsab fil-qrib bħala parti minn sistema ta’ polikultura. 2. F’faċilitajiet fuq l-art fejn jintużaw sorsi esterni ta’ nutrijenti, il-livelli tan-nutrijenti fl-ilma li jkun ħiereġ ‘il barra minnhom għandhom ikunu l-istess jew inqas mill-ilma li jkun dieħel fihom, b’mod li jista’ jkun ivverifikat. Jistgħu jintużaw biss in-nutrijenti li ġejjin mill-pjanti jew mill-minerali u hekk kif imniżżel fl-Anness I. 3. Id-densità tal-kultura jew l-intensità operattiva għandha tiġi rreġistrata u għandha żżomm l-integrità tal-ambjent akkwatiku billi jkun żgurat li ma tinqabiżx il-kwantità massima tal-alka li tista’ tiġi appoġġata mingħajr effetti negattivi fuq l-ambjent. 4. Il-ħbula u tagħmir ieħor użat biex titkabbar l-alka għandu jerġa’ jintuża jew jiġi rriċiklat fejn ikun possibbli. Artikolu 6e Il-miżuri għal kontra t-tkabbir ta’ ħaxix tal-baħar mat-tagħmir u t-tindif tat-tagħmir u tal-faċilitajiet tal-produzzjoni 1. Organiżmi bijoloġiċi li jikbru mat-tagħmir għandhom jitneħħew biss b’mezzi fiżiċi jew bl-idejn u, fejn ikun xieraq, għandhom jerġgħu jintefgħu fil-baħar ‘il bogħod mill-istabbiliment. 2. It-tindif tat-tagħmir u tal-faċilitajiet għandu jsir biss permezz ta’ miżuri fiżiċi jew mekkaniċi. F’każ li dan ma jkunx biżżejjed, jistgħu jintużaw biss is-sustanzi kif imniżżlin fit-Taqsima 2 tal-Anness VII. |
(4) |
Fl-Artikolu 21, il-paragrafu 2 għandu jinbidel b’dan li ġej: 2. “Sa 20 % tal-ammont medju totali ta’ prodotti tal-għalf mogħtija lill-bhejjem jista’ jkun ġej mill-imrieħ jew mill-ħsad ta’ mergħat permanenti, minn biċċiet agrikoli perenni tal-għalf jew mill-għelejjel tal-proteini, miżrugħin skont ġestjoni organika f’artijiet li jkunu fl-ewwel sena tal-bidla tagħhom, dejjem jekk dawn ikunu parti mill-istabbiliment stess u ma jkunux iffurmaw parti minn unità organika tal-produzzjoni ta’ dak l-istess stabbiliment fl-aħħar ħames snin. F’każ li jkunu qed jintużaw kemm prodotti tal-għalf fil-fażi tal-konverżjoni kif ukoll prodotti tal-għalf minn biċċiet agrikoli li jkunu fl-ewwel sena tal-bidla tagħhom, il-perċentwal tal-ammont totali tat-tali prodotti tal-għalf meħudin flimkien m’għandux jaqbeż il-perċentwali massimi stabbiliti fil-paragrafu 1.” |
(5) |
Fit-Titolu II għandu jiżdied il-Kapitolu 2a li ġej: “KAPITOLU 2a Il-produzzjoni tal-annimali tal-akkwakultura
Artikolu 25a L-ambitu Dan il-Kapitolu jistabbilixxi regoli tal-produzzjoni ddettaljati għall-ispeċijiet tal-ħut, tal-krustaċej, tal-ekinodermi u tal-molluski kif koperti mill-Anness XIIIa. Japplika mutatis mutandis għaż-żooplankton, għall-mikrokrustaċej, għar-rotiferi, għad-dud u għall-annimali akkwatiċi l-oħra għall-għalf. Artikolu 25b Kemm il-midjum akkwatiku huwa adattat u l-pjan dwar il-ġestjoni sostenibbli 1. Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6b(1) sa (5) għandhom japplikaw għal dan il-Kapitolu. 2. Miżuri preventivi u ta’ difiża meħudin kontra l-predaturi skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE (*****) u skont ir-regoli nazzjonali għandhom jitniżżlu fil-pjan dwar il-ġestjoni sostenibbli. 3. Għandu jkun hemm koordinazzjoni li tista’ tkun ivverifikata bejn l-operaturi li ħidmiethom imissu ma’ ta’ xulxin huma u jfasslu l-pjanijiet tagħhom dwar il-ġestjoni, fejn dan ikun applikabbli. 4. Għall-produzzjoni tal-annimali tal-akkwakultura fil-vaski tal-ħut, fit-tankijiet u fil-korsi, l-istabbilimenti għandhom ikunu mgħammra jew b’tankijiet jew vaski b’saff naturali biex jiffiltraw l-ilma, jew b’vaski fejn joqgħod in-naqal, jew b’filtri bijoloġiċi jew mekkaniċi biex jiġbru n-nutrijenti tal-iskart jew għandhom jużaw l-alka u/jew l-annimali (bivalvi u l-algi) li jikkontribwixxu għat-titjib tal-kwalità tal-ilma li jkun ħiereġ ‘il barra minnhom. Fejn ikun xieraq, għandu jkun hemm monitoraġġ tal-ilma li jkun ħiereġ ‘il barra minnhom f’perjodi regolari. Artikolu 25c Il-produzzjoni fl-istess ħin ta’ annimali tal-akkwakultura li huma organiċi u ta’ dawk li mhumiex 1. L-awtorità kompetenti tista’ tħalli lill-mafqsiet u lill-mixtliet ikabbru kemm ħut żgħir organiku u mhux fl-istess stabbiliment, dejjem jekk l-unitajiet ikunu fiżikament separati b’mod ċar u jekk ikun hemm sistema separata tad-distribuzzjoni tal-ilma. 2. Fil-każ tal-produzzjoni tat-tkabbir għad-daqs tas-suq, l-awtorità kompetenti tista’ tħalli unitajiet organiċi tal-produzzjoni tal-annimali tal-akkwakultura u dawk li mhumiex organiċi fl-istess stabbiliment, dejjem jekk ikun hemm konformità mal-Artikolu 6b(2) ta’ dan ir-Regolament u f’każ fejn ikunu involuti fażijiet differenti tal-produzzjoni u perjodi differenti tat-tqandil tal-annimali tal-akkwakultura. 3. L-operaturi għandhom iżommu evidenza dokumentarja tal-użu tad-dispożizzjonijiet imsemmija f’dan l-Artikolu.
Artikolu 25d L-oriġini tal-annimali tal-akkwakultura li huma organiċi 1. Għandhom jintużaw speċi mkabbrin lokalment u t-tgħammir għandu jimmira li joħloq razez li huma iktar adattati għall-kundizzjonijiet tat-tkabbir, għas-saħħa tajba, u għall-użu tajjeb tar-riżorsi tal-għalf. Il-korp jew l-awtorità ta’ kontroll għandhom jingħataw evidenza dokumentarja dwar l-oriġini u t-trattament tagħhom. 2. Għandhom jingħażlu speċi li jistgħu jitkabbru mingħajr ma ssir ħsara sinifikanti lill-istokks selvaġġi. Artikolu 25e L-oriġini u l-ġestjoni ta’ annimali tal-akkwakultura li mhumiex organiċi 1. Għall-għanijiet tat-tgħammir jew tat-titjib tal-istokk ġenetiku u f’każ fejn ma jkunx hemm annimali organiċi tal-akkwakultura disponibbli, jistgħu jiddaħħlu fl-istabbiliment annimali selvaġġi tal-akkwakultura maqbudin jew annimali tal-akkwakultura mhux organiċi. It-tali annimali għandhom jinżammu skont ġestjoni organika għal mill-anqas tliet xhur qabel ma jkunu jistgħu jintużaw għat-tgħammir. 2. Għall-għanijiet tat-tismin u f’każ fejn ma jkunx hemm annimali organiċi tal-akkwakultura żgħar disponibbli, jistgħu jiddaħħlu fl-istabbiliment annimali tal-akkwakultura żgħar mhux organiċi. Tal-inqas l-aħħar żewġ terzi ta’ tul iċ-ċiklu tal-produzzjoni għandu jseħħ skont ġestjoni organika. 3. Il-perċentwal massimu ta’ ħut żgħir tal-akkwakultura mhux organiku mdaħħal fl-istabbiliment għandu jkun ta’: 80 % sal-31 ta’ Diċembru 2011, 50 % sal-31 ta’ Diċembru 2013 u 0 % sal-31 ta’ Diċembru 2015. 4. Għall-għanijiet tat-tismin, il-qbid ta’ ħut żgħir selvaġġ tal-akkwakultura huwa restritt b’mod speċifiku għall-każijiet li ġejjin:
Artikolu 25f Ir-regoli ġenerali tat-trobbija tal-akkwakultura 1. L-ambjent tat-trobbija tal-annimali tal-akkwakultura għandu jitfassal b’tali mod li, skont il-ħtiġijiet speċifiċi tal-ispeċi tagħhom, l-annimali tal-akkwakultura għandhom:
2. Id-densità tal-istokk hija mogħtija fl-Anness XIIIa skont l-ispeċi jew il-grupp ta’ speċijiet. Filwaqt li jitqiesu l-effetti tad-densità tal-istokk fuq il-benesseri tal-ħut fl-istabbiliment, għandhom ikunu mmonitorjati l-kundizzjoni tal-ħut (bħall-ħsara lill-ġwienaħ, feriti oħrajn, ir-rata tat-tkabbir, l-imġiba espressa u s-saħħa ġenerali) u l-kwalità tal-ilma. 3. Id-disinn u l-bini tas-sistemi akkwatiċi taż-żamma għandhom jipprovdu rati ta’ ġiri tal-ilma u parametri fiżjokimiċi li jissalvagwardjaw is-saħħa u l-benesseri tal-annimali u jipprovdu għall-ħtiġijiet ta’ mġibithom. 4. Is-sistemi taż-żamma għandhom jitfasslu, jitqiegħdu u jitħaddmu sabiex jitnaqqas ir-riskju ta’ inċidenti li fihom jaħarbu l-annimali. 5. Jekk jaħarbu l-ħut jew il-krustaċej, għandha tittieħed azzjoni xierqa sabiex jitnaqqas l-impatt fuq l-ekosistema tal-post, inkluż il-qbid mill-ġdid, fejn ikun xieraq. Għandha tinżamm evidenza dokumentarja. Artikolu 25g Ir-regoli speċifiċi għas-sistemi akkwatiċi taż-żamma 1. Il-faċilitajiet magħluqa taċ-ċirkulazzjoni mill-ġdid tal-produzzjoni tal-annimali tal-akkwakultura mhumiex permessi, ħlief għall-mafqsiet u għall-mixtliet, u ħlief għall-produzzjoni ta’ speċijiet użati bħala organiżmi organiċi tal-għalf. 2. L-unitajiet tat-trobbija fuq l-art għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:
3. Is-sistemi taż-żamma fil-baħar għandhom:
4. It-tisħin u t-tberrid artifiċjali tal-ilma għandu jkun permess biss fil-mafqsiet u l-mixtliet. Għat-tisħin u t-tberrid tal-ilma fl-istadji kollha tal-produzzjoni jista’ jintuża ilma naturali mill-ispieri. Artikolu 25h Il-ġestjoni tal-annimali tal-akkwakultura 1. Għandu jitnaqqas kemm jista’ jkun it-tqandil tal-annimali tal-akkwakultura, u dan għandu jitwettaq bl-ikbar attenzjoni u għandhom jintużaw it-tagħmir u l-protokolli xierqa sabiex jiġu evitati l-istress u l-ħsara fiżika assoċjati mal-proċeduri tat-tqandil. L-istokk għar-riproduzzjoni għandu jitqandel b’mod li jitnaqqsu kemm jista’ jkun il-ħsara fiżika u l-istress u, fejn ikun xieraq, billi jingħata l-loppju. Il-ħidmiet tal-gradazzjoni għandhom ikunu llimitati kemm jista’ jkun u għandhom jitwettqu skont il-bżonn sabiex ikun żgurat il-benesseri tal-ħut. 2. Għandhom japplikaw ir-restrizzjonijiet li ġejjin fuq l-użu tad-dawl artifiċjali:
3. Għandha titħalla tingħata l-arja sabiex ikunu żgurati l-benesseri u s-saħħa tal-annimali skont il-kundizzjoni li l-arjaturi mekkaniċi għandhom jitħaddmu preferibbilment b’sorsi tal-enerġija rinnovabbli. Kwalunkwe tali użu għandu jitniżżel fir-reġistru dwar il-produzzjoni tal-akkwakultura. 4. L-ossiġnu likwidu jista’ jintuża biss għall-użi marbutin mar-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali u ma’ perjodi kritiċi tal-produzzjoni jew tal-ġarr, fil-każijiet li ġejjin:
Għandha tinżamm evidenza dokumentarja. 5. It-tekniki tal-qatla għandhom jitilfu lill-ħut minn sensihom u jneħħulhom il-ħila li jħossu l-uġigħ mill-ewwel. Għandhom jitqiesu d-differenzi fid-daqs tal-qbid, fl-ispeċijiet, u fis-siti tal-produzzjoni meta jkunu qed jiġu kkunsidrati l-aqwa metodi għall-qatla.
Artikolu 25i Il-projbizzjoni tal-ormoni L-użu tal-ormoni u tad-derivati tal-ormoni mhuwiex permess.
Artikolu 25j Ir-regoli ġenerali dwar l-għalf Ir-reġimi tal-għalf għandhom jitfasslu bil-prijoritajiet li ġejjin:
Artikolu 25k Ir-regoli speċifiċi dwar l-għalf għall-annimali tal-akkwakultura li huma karnivori 1. L-għalf għall-annimali tal-akkwakultura li huma karnivori għandu jinġieb skont il-prijoritajiet li ġejjin:
2. Jekk ma jkunx disponibbli l-għalf imsemmi fil-paragrafu 1, jista’ jintuża ikel tal-ħut u żejt tal-ħut mill-bċejjeċ maqtugħin mill-akkwakultura mhux organika jew bċejjeċ maqtugħin mill-ħut maqbud għall-konsum min-nies għal perjodu tranżizzjonali sal-31 ta’ Diċembru 2014. It-tali materjal tal-għalf ma għandux jaqbeż it-30 % tal-porzjon ta’ kuljum. 3. Il-porzjon tal-għalf jista’ jinkludi sa massimu ta’ 60 % ta’ prodotti organiċi tal-pjanti. 4. Astażantin li jkun ġej l-aktar minn sorsi organiċi, bħal mill-qxur tal-krustaċej organiċi, jista’ jintuża fil-porzjon tal-għalf tas-salamun u tat-troti fil-limitu tal-ħtiġijiet fiżjoloġiċi tagħhom. Jekk ma jkunux disponibbli s-sorsi organiċi, jistgħu jintużaw sorsi naturali tal-astażantin (bħall-ħmira tat-tip ‘Phaffia’). Artikolu 25l Ir-regoli speċifiċi dwar l-għalf għal ċerti annimali tal-akkwakultura 1. L-annimali tal-akkwakultura kif imsemmija fit-Taqsimiet 6, 7 u 9 tal-Anness XIIIa għandhom jingħalfu b’għalf li jkun disponibbli b’mod naturali fil-vaski u fil-lagi. 2. F’każ fejn ma jkunux disponibbli riżorsi naturali tal-għalf fi kwantitajiet li jkunu biżżejjed, kif imsemmi fil-paragrafu 1, jista’ jintuża għalf organiku li ġej mill-pjanti li, preferibbilment, ikunu tkabbru fl-istabbiliment stess, jew l-alka. L-operaturi għandhom iżommu evidenza dokumentarja dwar il-ħtieġa li jintuża għalf addizzjonali. 3. F’każ fejn l-għalf naturali jkun issuplimentat skont il-paragrafu 2, il-porzjon tal-għalf tal-ispeċijiet kif imsemmi fit-taqsima 7 u tas-‘siamese catfish’ (Pangasius sp.) kif imsemmi fit-taqsima 9 jista’ jinkludi sa massimu ta’ 10 % ta’ ikel tal-ħut jew żejt tal-ħut li ġej mis-sajd sostenibbli. Artikolu 25m Prodotti u sustanzi kif imsemmija fl-Artikolu 15(1)(d)(iii) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 1. Fl-akkwakultura organika jistgħu jintużaw materjali għall-għalf li ġejjin mill-annimali u mill-minerali biss jekk dawn ikunu mniżżlin fl-Anness V. 2. Addittivi tal-għalf, ċerti prodotti użati fin-nutrizzjoni tal-annimali u għajnuniet għall-ipproċessar jistgħu jintużaw jekk ikunu mniżżlin fl-Anness VI u jekk ikunu konformi mar-restrizzjonijiet stabbiliti fih.
Artikolu 25n Iż-żona għat-tkabbir 1. It-tkabbir tal-molluski bivalvi jista’ jitwettaq fl-istess żona tal-ilma bħat-tkabbir organiku tal-ħut tal-ġewnaħ u tal-alka f’sistema ta’ polikultura li għandha tiġi ddokumentata fil-pjan dwar il-ġestjoni sostenibbli. Il-molluski bivalvi jistgħu jitkabbru wkoll flimkien mal-molluski gasteropodi, bħall-brankutli, fil-polikultura. 2. Il-produzzjoni organika tal-molluski bivalvi għandha titwettaq f’żoni ddelimitati b’żubruni, kannizzati jew b’marki ċari oħrajn u għandha tkun ristretta, kif xieraq, bi xbieki, gaġeġ jew mezzi oħra magħmulin mill-bniedem. 3. L-istabbilimenti organiċi tal-frott tal-baħar għandhom inaqqsu kemm jista’ jkun ir-riskju għal speċijiet li huma ta’ interess għall-konservazzjoni. Jekk jintużaw xbieki tal-predaturi, id-disinn tagħhom ma għandux jippermetti li ssir ħsara lill-għasafar li jogħdsu. Artikolu 25o Il-ġbir taż-żerriegħa 1. Dejjem jekk ma ssirx ħsara sinifikanti lill-ambjent u jekk ikun permess mil-leġiżlazzjoni tal-post, tista’ tintuża żerriegħa selvaġġa minn barra l-limiti tal-unità tal-produzzjoni fil-każ tal-frott tal-baħar bivalvi, dejjem jekk din tkun ġejja minn:
Għandhom jinżammu reġistri dwar meta, kif u minn fejn inġabret iż-żerriegħa selvaġġa sabiex tkun tista’ tiġi ttraċċata ż-żona tal-ġbir. Madanakollu, iż-żerriegħa mill-mafqsiet tal-frott tal-baħar bivalvi li mhumiex organiċi tista’ tiddaħħal fl-unitajiet organiċi tal-produzzjoni bil-perċentwali massimi li ġejjin: 80 % sal-31 ta’ Diċembru 2011, 50 % sal-31 ta’ Diċembru 2013 u 0 % sal-31 ta’ Diċembru 2015. 2. Fil-każ tal-gajdra tat-tip Crassostrea gigas, għandha tingħata preferenza lill-istokk li jkun tgħammar b’mod selettiv sabiex jitnaqqas il-bidien fis-selvaġġ. Artikolu 25p Il-ġestjoni 1. Fil-produzzjoni għandha tintuża densità tal-istokk li ma tkunx iktar minn dik użata fir-reġjun għall-frott tal-baħar li mhuwiex organiku. L-aġġustamenti għall-għażla, għat-tnaqqis u għad-densità tal-istokk għandhom isiru skont il-bijomassa u sabiex jiżguraw il-benesseri tal-annimali u l-kwalità għolja tal-prodotti. 2. Organiżmi bijoloġiċi li jikbru mat-tagħmir għandhom jitneħħew b’mezzi fiżiċi jew bl-idejn u, fejn xieraq, jerġgħu jintefgħu fil-baħar ‘il bogħod mill-istabbilimenti tal-frott tal-baħar. Matul iċ-ċiklu tal-produzzjoni, il-frott tal-baħar jista’ jiġi ttrattat darba b’soluzzjoni tal-ġir sabiex ikunu kkontrollati organiżmi li jikbru mat-tagħmir li jkunu qed jikkompetu magħhom. Artikolu 25q Ir-regoli dwar it-tkabbir 1. It-tkabbir fuq il-ħbula tal-maskli u b’metodi oħrajn imniżżlin fit-Taqsima 8 tal-Anness XIIIa jista’ jkun eliġibbli għall-produzzjoni organika. 2. Il-molluski jistgħu jitkabbru f’qiegħ il-baħar biss jekk dan ma jwassal għall-ebda impatt ambjentali sinifikanti fis-siti tal-ġbir u tat-tkabbir. L-evidenza li dan it-tkabbir għandu impatt ambjentali minimu għandha tkun appoġġata bi kwestjonarju u b’rapport dwar iż-żona sfruttata li għandhom jingħataw lill-korp jew lill-awtorità ta’ kontroll mill-operatur. Ir-rapport għandu jiżdied mal-pjan dwar il-ġestjoni sostenibbli bħala kapitolu separat. Artikolu 25r Ir-regoli speċifiċi dwar it-tkabbir tal-gajdar Huwa permess it-tkabbir f’basktijiet fuq il-kavalletti. Dawn, flimkien ma’ strutturi oħrajn li fihom jinżamm il-gajdar, għandhom jitpoġġew b’tali mod li tkun evitata l-formazzjoni ta’ barriera waħda sħiħa mal-kosta. L-istokk għandu jitqiegħed b’attenzjoni kbira fl-irqajja’ skont il-flussi tal-marea sabiex il-produzzjoni tittejjeb kemm jista’ jkun. Il-produzzjoni għandha tissodisfa l-kriterji mniżżlin fit-Taqsima 8 tal-Anness XIIIa.
Artikolu 25s Ir-regoli ġenerali dwar il-prevenzjoni tal-mard 1. F’konformità mal-Artikolu 9 tad-Direttiva 2006/88/KE, il-pjan dwar il-ġestjoni tas-saħħa tal-annimali għandu jagħti dettalji dwar il-prattiki tal-bijosigurtà u tal-prevenzjoni tal-mard, inkluż ftehim bil-miktub dwar konsulenza dwar is-saħħa li tkun proporzjonata mal-unità tal-produzzjoni minn servizzi kkwalifikati fis-saħħa tal-annimali tal-akkwakultura li għandhom iżuru l-istabbiliment tal-inqas darba fis-sena u tal-inqas darba kull sentejn fil-każ tal-frott tal-baħar bivalvi. 2. Is-sistemi, it-tagħmir u l-għodod tal-istabbilimenti għandhom jitnaddfu u jiġu ddiżinfettati sewwa. Jistgħu jintużaw biss il-prodotti mniżżlin fit-Taqsimiet 2.1 sa 2.2 tal-Anness VII. 3. F’dak li għandu x’jaqsam mas-serħan:
4. Fejn ikun xieraq, l-għalf tal-ħut li ma jkunx ittiekel, il-ħmieġ tal-ħut u l-annimali mejtin għandhom jitneħħew mill-ewwel sabiex ikun evitat kull riskju ta’ ħsara ambjentali sinifikanti f’dak li għandu x’jaqsam mal-kwalità tal-ilma, sabiex jitnaqqsu r-riskji tal-mard, u jkun evitat li jkunu attratti insetti jew mammali gerriema. 5. Id-dawl ultravjola u l-ożonu jistgħu jintużaw biss fil-mafqsiet u fil-mixtliet. 6. Għall-kontroll bijoloġiku tal-ektoparassiti, għandha tingħata preferenza lill-użu ta’ ħut iktar nadif. Artikolu 25t It-trattamenti veterinarji 1. Meta titfaċċa problema tas-saħħa minkejja l-miżuri preventivi sabiex tkun żgurata s-saħħa tal-annimali skont l-Artikolu 15(1)(f)(i) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007, jistgħu jintużaw it-trattamenti veterinarji li ġejjin f’din l-ordni ta’ preferenza:
2. L-użu tat-trattamenti allopatiċi huwa llimitat għal żewġ korsijiet ta’ trattament fis-sena, ħlief għat-tilqim u għall-iskemi obbligatorji ta’ qerda. Madanakollu, fil-każ ta’ ċiklu ta’ produzzjoni ta’ inqas minn sena, japplika limitu ta’ trattament allopatiku wieħed. Jekk jinqabżu l-limiti msemmija għat-trattamenti allopatiċi, l-annimali tal-akkwakultura kkonċernati ma jistgħux jinbiegħu bħala prodotti organiċi. 3. L-użu tat-trattamenti kontra l-parassiti, li ma jinkludix l-iskemi obbligatorji tal-kontroll imħaddma mill-Istati Membri, għandu jkun illimitat għal darbtejn fis-sena jewinkella għal darba fis-sena f’każ li ċ-ċiklu tal-produzzjoni jkun ta’ inqas minn 18-il xahar. 4. Il-perjodu ta’ rtirar tat-trattamenti veterinarji allopatiċi u tat-trattamenti kontra l-parassiti skont il-paragrafu 3, inklużi tat-trattamenti skont l-iskemi obbligatorji tal-kontroll u ta’ qerda, għandu jkun id-doppju tal-perjodu legali ta’ rtirar kif imsemmi fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 2001/82/KE, jew, f’każ li dan il-perjodu ma jkunx speċifikat, ta’ 48 siegħa. 5. Kull meta jintużaw prodotti mediċinali veterinarji, it-tali użu għandu jkun mistqarr lill-korp jew lill-awtorità ta’ kontroll qabel ma dawn l-annimali jitqiegħdu fis-suq bħala annimali organiċi. L-istokk li jkun ġie ttrattat għandu jkun jista’ jkun identifikat b’mod ċar. |
(6) |
Fil-Kapitolu 3 tat-Titolu II, għandu jiżdied l-Artikolu 29a li ġej wara l-Artikolu 29: “Artikolu 29a Id-dispożizzjonijiet speċifiċi għall-alka 1. Jekk il-prodott aħħari tkun l-alka friska, għandu jintuża l-ilma baħar biex tinħasel l-alka li jkun għadha kemm inqatgħet. Jekk il-prodott aħħari tkun l-alka mnixxfa, jista’ jintuża wkoll l-ilma tax-xorb għall-ħasil. Jista’ jintuża l-melħ għat-tneħħija tal-irtuba. 2. Għat-tnixxif, ma għandux ikun permess l-użu ta’ fjammi diretti li jkunu f’kuntatt dirett mal-alka. F’każ li jintużaw ħbula jew tagħmir ieħor waqt il-proċess tat-tnixxif, dawn ma għandhomx ikollhom trattamenti għal kontra t-tkabbir ta’ ħaxix tal-baħar magħhom jew sustanzi għat-tindif jew għad-diżinfezzjoni ħlief meta l-prodott ikun imniżżel fl-Anness VII għal dan il-għan.” |
(7) |
Fil-Kapitolu 4 tat-Titolu II, għandu jiżdied l-Artikolu 32a li ġej: “Artikolu 32a Il-ġarr tal-ħut ħaj 1. Il-ħut ħaj għandu jinġarr f’tankijiet xierqa li jkun fihom ilma nadif li jissodisfa l-ħtiġijiet fiżjoloġiċi tagħhom f’termini tat-temperatura u tal-ossiġnu maħlul. 2. Qabel ma jinġarru l-ħut u l-prodotti tal-ħut organiċi, it-tankijiet għandhom jitnaddfu, jkunu ddiżinfettati u jitlaħalħu sewwa. 3. Għandhom jittieħdu prekawzjonijiet sabiex jitnaqqas l-istress. Waqt il-ġarr, id-densità ma għandhiex tkun ta’ livell li jkun ta’ ħsara għall-ispeċi. 4. Għandha tinżamm evidenza dokumentarja għall-paragrafi 1 sa 3.” |
(8) |
Fl-Artikolu 35, il-paragrafi 2 u 3 għandhom jinbidlu b’dan li ġej: “2. Fil-każ ta’ unitajiet organiċi tal-produzzjoni tal-pjanti, tal-alka, tal-bhejjem u tal-annimali tal-akkwakultura, il-ħażna ta’ prodotti wżati (‘input’) differenti minn dawk awtorizzati skont dan ir-Regolament hija pprojbita fl-unità tal-produzzjoni. 3. Fl-istabbilimenti jistgħu jinħażnu prodotti mediċinali veterinarji allopatiċi u antibijotiċi dejjem jekk dawn ikunu ġew preskritti minn veterinarju b’rabta mat-trattament kif imsemmi fl-Artikoli 14(1)(e)(ii) u 15(1)(f)(ii) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007, jekk jinħażnu f’post issorveljat u jekk jitniżżlu fir-reġistru tal-bhejjem kif imsemmi fl-Artikolu 76 ta’ dan ir-Regolament, jew, kif xieraq, fir-reġistri dwar il-produzzjoni tal-akkwakultura kif imsemmi fl-Artikolu 79b ta’ dan ir-Regolament.” |
(9) |
Fil-Kapitolu 5 tat-Titolu II, għandu jiżdied l-Artikolu 36a li ġej: “Artikolu 36a L-alka 1. Għal sit għall-qtugħ tal-alka, il-perjodu għall-bidla għandu jkun ta’ sitt xhur. 2. Għal unità għat-tkabbir tal-alka, il-perjodu għall-bidla għandu jkun jew ta’ sitt xhur jew ta’ ċiklu wieħed sħiħ tal-produzzjoni, skont liema minnhom ikun l-itwal.” |
(10) |
Fil-Kapitolu 5 tat-Titolu II, għandu jiżdied l-Artikolu 38a li ġej wara l-Artikolu 38: “Artikolu 38a Il-produzzjoni tal-annimali tal-akkwakultura 1. Għat-tipi ta’ faċilitajiet tal-akkwakultura li ġejjin, inklużi l-annimali tal-akkwakultura li diġà jeżistu, għandhom japplikaw il-perjodi għall-bidla li ġejjin għall-unitajiet tal-produzzjoni tal-akkwakultura:
2. L-awtorità kompetenti tista’ tiddeċiedi li tagħraf bħala parti mill-perjodu għall-bidla, b’mod retroattiv, kwalunkwe perjodu li jkun iddokumentat qabel li fih il-faċilitajiet ma jkunux ġew ittrattati jew esposti għal prodotti li ma jkunux awtorizzati għall-produzzjoni organika.” |
(11) |
L-intestatura tal-Artikolu 43 għandha tinbidel b’dan li ġej: “L-użu ta’ għalf għall-bhejjem li mhuwiex organiku u li ġej mill-pjanti u mill-annimali”; |
(12) |
Fl-Artikolu 59, il-paragrafu 1 għandu jinbidel b’dan li ġej: “Dan il-Kapitolu ma għandux japplika għall-ikel tal-annimali domestiċi u għall-għalf għall-annimali tal-pil u r-rix.” |
(13) |
Fl-Artikolu 60, il-paragrafu 1(a) għandu jinbidel b’dan li ġej:
|
(14) |
Fit-Titolu IV għandu jiżdied il-Kapitolu 2a li ġej: “KAPITOLU 2a Ir-rekwiżiti speċifiċi tal-kontroll tal-alka Artikolu 73a L-arranġamenti tal-kontroll għall-alka Meta s-sistema ta’ kontroll li tkun tapplika b’mod speċifiku għall-alka tkun implimentata għall-ewwel darba, id-deskrizzjoni sħiħa tas-sit imsemmi fl-Artikolu 63(1)(a) għandha tinkludi:
Artikolu 73b Ir-reġistri dwar il-produzzjoni tal-alka 1. Ir-reġistri dwar il-produzzjoni tal-alka għandhom jimtlew mill-operatur bħala reġistru u għandhom dejjem jinżammu għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet jew tal-korpi ta’ kontroll fil-post tal-istabbiliment. Dan għandu jinkludi tal-anqas it-tagħrif li ġej:
2. Għall-ġbir tal-alka selvaġġa, ir-reġistru għandu jinkludi wkoll:
|
(15) |
Fit-Titolu IV għandu jiżdied il-Kapitolu 3a li ġej: “KAPITOLU 3a Ir-rekwiżiti speċifiċi tal-kontroll tal-produzzjoni tal-annimali tal-akkwakultura Artikolu 79a L-arranġamenti tal-kontroll għall-produzzjoni tal-annimali tal-akkwakultura Meta s-sistema ta’ kontroll li tkun tapplika b’mod speċifiku għall-produzzjoni tal-annimali tal-akkwakultura tkun implimentata għall-ewwel darba, id-deskrizzjoni sħiħa tal-unità msemmija fl-Artikolu 63(1)(a) għandha tinkludi:
Artikolu 79b Ir-reġistri dwar il-produzzjoni tal-annimali tal-akkwakultura L-operatur għandu jipprovdi t-tagħrif li ġej fil-forma ta’ reġistru li għandu jinżamm aġġornat u li għandu dejjem jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet jew tal-korpi ta’ kontroll fil-post tal-istabbiliment:
Artikolu 79c Żjarat speċifiċi tal-kontroll tal-molluski bivalvi Għall-produzzjoni tal-molluski bivalvi, għandhom jitwettqu żjarat ta’ spezzjoni qabel u waqt il-produzzjoni massima tal-bijomassa. Artikolu 79d Diversi unitajiet ta’ produzzjoni mmexxija mill-istess operatur Meta operatur ikun imexxi diversi unitajiet tal-produzzjoni kif ipprovdut fl-Artikolu 25c, l-unitajiet li jipproduċu annimali tal-akkwakultura li mhumiex organiċi wkoll għandhom ikunu suġġetti għas-sistema ta’ kontroll kif stabbilita fil-Kapitolu 1 u f’dan il-Kapitolu.” |
(16) |
L-intestatura tal-Kapitolu 4 tat-Titolu IV għandha tinbidel b’dan li ġej: “Ir-rekwiżiti tal-kontroll tal-unitajiet li jħejju l-prodotti tal-pjanti, tal-alka, tal-bhejjem u tal-annimali tal-akkwakultura u l-prodotti tal-ikel magħmulin minnhom” |
(17) |
L-intestatura tal-Kapitolu 5 tat-Titolu IV għandha tinbidel b’dan li ġej: “Ir-rekwiżiti tal-kontroll tal-importazzjonijiet tal-prodotti organiċi minn pajjiżi terzi” |
(18) |
Fl-Artikolu 93(2) għandhom jiżdiedu l-punti li ġejjin:
|
(19) |
Fl-Artikolu 95, il-paragrafu 6 għandu jinbidel b’dan li ġej: “6. Għall-għanijiet tal-Artikolu 12(1)(j) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 u sakemm is-sustanzi speċifiċi jkunu inklużi skont l-Artikolu 16(1)(f) ta’ dak ir-Regolament, jistgħu jintużaw biss prodotti awtorizzati mill-awtorità kompetenti.” |
(20) |
Fl-Artikolu 95 għandhom jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin: “11. Għal perjodu ta’ żmien li jiskadi fl-1 ta’ Lulju 2013, l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza ‘l dawk l-unitajiet tal-produzzjoni tal-annimali tal-akkwakultura u tal-alka li, qabel ma jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament, ikunu stabbiliti u jkunu jipproduċu skont regoli organiċi aċċettati b’mod nazzjonali, iżommu l-istat organiku tagħhom waqt li jkunu qed jadattaw ruħhom għar-regoli ta’ dan ir-Regolament, dejjem jekk ma jkunx hemm tniġġis mhux dovut tal-ilmijiet b’sustanzi li mhumiex permessi fil-produzzjoni organika. L-operaturi li jibbenefikaw minn din il-miżura għandhom jgħarrfu lill-awtorità kompetenti bil-faċilitajiet, il-vaski tal-ħut, il-gaġeġ u l-lottijiet tal-alka kkonċernati.” |
(21) |
L-Annessi għandhom jiġu emendati skont l-Anness għal dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika sa mill-1 ta’ Lulju 2010, ħlief fil-każijiet li ġejjin:
(a) |
il-punt 4 tal-Artikolu 1 għandu jibda japplika minn meta jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament; |
(b) |
il-miżuri korrettivi li dwarhom hemm dispożizzjoni fil-punt 19 tal-Artikolu 1 u fil-punt 1(b) u (c) tal-Anness għandhom jibdew japplikaw minn meta jibda japplika r-Regolament (KE) Nru 889/2008. |
Dan ir-Regolament jista’ jkun rivedut fuq il-bażi ta’ proposti rilevanti mill-Istati Membri, li jkunu akkumpanjati minn motivazzjoni ġġustifikata kif dovut, bil-ħsieb li jkun immodifikat mill-1 ta’ Lulju 2013.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Awwissu 2009.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1.
(2) ĠU L 250, 18.9.2008, p. 1.
(3) COM(2002) 511, 19.9.2002.
(4) ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1.
(5) ĠU L 164, 25.6.2008, p. 19.
(6) ĠU L 364, 20.12.2006, p. 5.
(7) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1.
(8) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.
(9) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206.
(10) ĠU L 175, 5.7.1985, p. 40.
(11) ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7.
(12) ĠU L 103, 25.4.1979, p. 1.
(13) ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1.
(14) ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.
(15) ĠU L 273, 10.10.2002, p. 1.
(16) Rakkomandazzjonijiet mill-grupp espert imwaqqaf apposta dwar “L-għalf tal-ħut u l-materjali għat-tindif fil-produzzjoni tal-akkwakultura u tal-alka organika”, 20.11.2008, www.organic-farming.europa.eu.
(17) ĠU L 328, 24.11.2006, p. 14.
ANNESS
L-Annessi għar-Regolament (KE) Nru 889/2008 għandhom jiġu emendati kif ġej:
(1) |
L-Anness I għandu jiġi emendat kif ġej:
|
(2) |
L-Anness III għandu jiġi emendat kif ġej: Fit-Taqsima 1, fis-sitt linja għall-majjali għat-tismin, għandha tiżdied ir-raba’ sottolinja:
|
(3) |
L-Anness V għandu jiġi emendat kif ġej:
|
(4) |
L-Anness VI għandu jiġi emendat kif ġej:
|
(5) |
L-Anness VII għandu jinbidel b’dan li ġej: “ANNESS VII Prodotti għat-tindif u għad-diżinfezzjoni
|
(6) |
It-tabella fit-Taqsima A tal-Anness VIII għandha tiġi emendata kif ġej:
|
(7) |
L-Anness XII għandu jinbidel b’dan li ġej: “ANNESS XII Mudell tal-evidenza dokumentarja lill-operatur skont l-Artikolu 29(1) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 imsemmi fl-Artikolu 68 ta’ dan ir-Regolament Test ta 'immaġni |
(8) |
L-Anness XIIIa li ġej għandu jiddaħħal wara l-Anness XIII: “ANNESS XIIIA Taqsima 1 Il-produzzjoni organika tal-familja tas-salamun fl-ilma ħelu: It-trota (Salmo trutta) – Ir-‘rainbow trout’ (Oncorhynchus mykiss) – L-‘American brook trout’ (Salvelinus fontinalis) – Is-salamun (Salmo salar) – Iċ-‘charr’ (Salvelinus alpinus) – Il-‘grayling’ (Thymallus thymallus) – L-‘American lake trout’ (jew il-‘grey trout’) (Salvelinus namaycush) – Il-‘huchen’ (Hucho hucho)
Taqsima 2 Il-produzzjoni organika tal-familja tas-salamun fl-ilma baħar: Is-salamun (Salmo salar), It-trota (Salmo trutta) – Ir-‘rainbow trout’ (Oncorhynchus mykiss)
Taqsima 3 Il-produzzjoni organika tal-merluzz (Gadus morhua) u ta’ Gadidae oħrajn, tal-ispnott (Dicentrarchus labrax), tal-awrat (Sparus aurata), tal-gurbell (Argyrosomus regius), tal-barbun imperjali (Psetta maxima [= Scopthalmus maximux]), tal-pagru komuni (Pagrus pagrus [= Sparus pagrus]), tal-pixxitanbur aħmar (Sciaenops ocellatus) u ta’ Sparidae oħrajn, u tal-i“spinefoot” (Siganus spp)
Taqsima 4 Il-produzzjoni organika tal-ispnott, tal-awrat, tal-gurbell, tal-mulett (Liza, Mugil) u tas-sallur (Anguilla spp) f’vaski tal-art f’żoni tal-marea u fil-laguni ta’ mal-kosta
Taqsima 5 Il-produzzjoni organika tal-istorjun fl-ilma ħelu: L-ispeċi kkonċernata: Il-familja tal-Acipenser
Taqsima 6 Il-produzzjoni organika tal-ħut fl-ilmijiet interni: L-ispeċi kkonċernata: Il-familja tal-karpjun (tal-Cyprinidae) u speċijiet oħrajn relatati fil-kuntest tal-polikultura, inklużi l-‘perch’, il-lizz, il-‘catfish’, il-koregonidi (‘coregonids’) u l-istorjun.
Taqsima 7 Il-produzzjoni organika tal-gambli u tal-gambli tal-ilma ħelu (Macrobrachium sp.)
Taqsima 8 Il-molluski u l-ekinodermi
Taqsima 9 Ħut tal-ilma ħelu tropikali: Il-‘milkfish’ (Chanos chanos), it-tilapja (Oreochromis sp.), is-‘siamese catfish’ (Pangasius sp.)
Taqsima 10 Speċijiet oħrajn tal-annimali tal-akkwakultura: l-ebda speċi oħra” |