This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009D0379
2009/379/EC: Commission Decision of 11 May 2009 setting the amounts which, pursuant to Council Regulations (EC) No 1782/2003, (EC) No 378/2007, (EC) No 479/2008 and (EC) No 73/2009 are made available to the EAFRD and the amounts available for EAGF expenditure
2009/379/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 11 ta' Mejju 2009 li tistabbilixxi l-ammonti li, skont ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003, (KE) Nru 378/2007, (KE) Nru 479/2008 u (KE) Nru 73/2009 isiru disponibbli għall-FAEŻR u l-ammonti disponibbli għan-nefqa tal-FAEG
2009/379/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 11 ta' Mejju 2009 li tistabbilixxi l-ammonti li, skont ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003, (KE) Nru 378/2007, (KE) Nru 479/2008 u (KE) Nru 73/2009 isiru disponibbli għall-FAEŻR u l-ammonti disponibbli għan-nefqa tal-FAEG
ĠU L 117, 12.5.2009, p. 10–11
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 28/04/2010
12.5.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 117/10 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-11 ta' Mejju 2009
li tistabbilixxi l-ammonti li, skont ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003, (KE) Nru 378/2007, (KE) Nru 479/2008 u (KE) Nru 73/2009 isiru disponibbli għall-FAEŻR u l-ammonti disponibbli għan-nefqa tal-FAEG
(2009/379/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 12(2) u (3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ċerti ammonti għas-snin baġitarji 2007 sa 2013 li huma disponibbli għall-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) huma stipulati fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/410/KE tal-24 ta’ Mejju 2006 li tistabbilixxi l-ammonti li, skont l-Artikoli 10(2), 143(d) u 143(e) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 u l-Artikolu 4(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 378/2007, u l-Artikolu 23(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 isiru disponibbli għall-FAEŻR u l-ammonti disponibbli għan-nefqa tal-FAEG (2). |
(2) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa (3), ġie mħassar u huwa sostitwit bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (4) b’seħħ mill-1 ta’ Jannar 2009. |
(3) |
Ir-Regolament (KE) Nru 73/2009 daħħal fl-Artikolu 7 tiegħu rati ġodda miżjuda tal-modulazzjoni obbligatorja. F’konformità mal-Artikolu 1(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 378/2007 tas-27 ta’ Marzu 2007 li jistabbilixxi regoli għal modulazzjoni volontarja ta’ pagamenti diretti (5), iż-żieda fir-rati ta’ modulazzjoni obbligatorja għandha titnaqqas mir-rata tal-modulazzjoni volontarja. |
(4) |
B’konsegwenza, l-ammonti ta’ modulazzjoni volontarja u obbligatorja disponibbli għall-FAEŻR inbidlu. |
(5) |
F’ġieħ iċ-ċarezza, id-Deċiżjoni 2006/410/KEE għandha titħassar u tinbidel b’test ġdid, |
IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:
Artikolu 1
L-ammonti disponibbli għas-snin baġitarji 2007 sa 2013 għall-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), skont l-Artikoli 10(2), u 143(d) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 378/2007, l-Artikolu 23(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 (6) u l-Artikoli 9(1), 10(3), 134 u 135 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, kif ukoll l-ammont nett disponibbli għan-nefqa tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) jidhru fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Id-Deċiżjoni 2006/410/KE hija mħassra.
Magħmul fi Brussell, 11 ta’ Mejju 2009.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.
(2) ĠU L 163, 15.6.2006, p. 10.
(3) ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1.
(4) ĠU L 30, 31.1.2009, p. 16.
(5) ĠU L 4M, 8.1.2008, p. 325.
ANNESS
(EUR miljuni): |
||||||||
Sena tal-baġit |
L-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 |
L-Artikolu 143d tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 |
Ammonti disponibbli għall-FAEŻR |
Bilanċ nett disponibbli għan-nefqa tal-FAEG |
||||
L-Artikolu 9(1) u 10(3) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 |
L-Artikolu 134 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 |
L-Artikolu 135 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 |
L-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 378/2007 |
L-Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 479/2008 |
||||
2007 |
984 |
22 |
|
|
|
|
|
44 753 |
2008 |
1 241 |
22 |
|
|
|
362 |
|
44 592 |
2009 |
1 305,7 |
22 |
|
|
|
424 |
40,66 |
44 886,64 |
2010 |
|
|
1 867,1 |
22 |
|
429,8 |
82,11 |
44 744,99 |
2011 |
|
|
2 095,3 |
22 |
484 |
403,9 |
122,61 |
44 489,19 |
2012 |
|
|
2 355,3 |
22 |
484 |
372,3 |
122,61 |
44 736,79 |
2013 |
|
|
2 640,9 |
22 |
484 |
334,9 |
122,61 |
44 969,59 |