Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008R0364

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 364/2008 tat- 23 ta' April 2008 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 716/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward tal-format tekniku għat-trażmissjoni ta' l-istatistika ta' l-affiljati barranin u d-derogi li jridu jingħataw l-Istati Membri.

    ĠU L 112, 24.4.2008, p. 14–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2020; Imħassar b' 32020R1197

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/364/oj

    24.4.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 112/14


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 364/2008

    tat-23 ta' April 2008

    li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 716/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward tal-format tekniku għat-trażmissjoni ta' l-istatistika ta' l-affiljati barranin u d-derogi li jridu jingħataw l-Istati Membri.

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 716/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika tal-Komunità fuq l-istruttura u l-attività ta’ l-affiljati barranin (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) u (b) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (KE) Nru 716/2007 stabbilixxa qafas komuni għall-produzzjoni sistematika ta' l-istatistika Komunitarja fuq l-istruttura u l-attività ta' l-affiljati barranin.

    (2)

    Hemm bżonn li jiġi speċifikat il-format tekniku u l-proċedura għat-trażmissjoni ta' l-istatistika ta' l-affiljati barranin elenkati fl-Annessi I, II u III tar-Regolament (KE) Nru 716/2007 sabiex tiġi prodotta data komparabbli u armonizzata bejn l-Istati Membri, biex jitnaqqas ir-riskju ta' l-iżbalji fit-trażmissjoni tad-data u biex tiżdied il-veloċità li biha d-data miġbura tkun tista' tiġi pproċessata u ssir disponibbli għall-utenti. Għodod implimentattivi għandhom għalhekk jiġu stipulati, supplimentati mill-istruzzjonijiet li jinsabu fil-Manwal tar-Rakkomandazzjonijiet ta' l-Eurostat dwar il-Produzzjoni ta' l-Istatistika ta' l-Affiljati Barranin, kif riveduta regolarment.

    (3)

    Huwa possibbli wkoll li tagħti derogi mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 716/2007 biex l-Istati Membri jitħallew jagħmlu l-addattamenti neċessarji għas-sistemi statistiċi nazzjonali. Dan għandu x'jaqsam b'mod partikolari ma' l-iżvilupp ta' reġistri statistiċi ġodda u l-metodi tal-ġbir tad-data. Il-problema partikolari għall-FATS esterni hija li l-unità statistika ta' l-analiżi tvarja mill-unità ta' rappurtar u mhix residenti fl-Istati Membri.

    (4)

    Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolment huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Programm Statistiku,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-format tekniku msemmi fl-Artikolu 9(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 716/2007 għall-modulu komuni għall-istatistika interna dwar l-affiljati barranin għandu jkun kif stabbilit fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    L-Istati Membri għandhom japplikaw il-format imsemmi fl-Artikolu 1 għad-data li tikkonċerna l-ewwel sena ta' referenza msemmija fit-Taqsima 4, paragrafu 1, ta' l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 716/2007, u s-snin ta' wara.

    Artikolu 3

    Il-format tekniku msemmi fl-Artikolu 9(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 716/2007 għall-modulu komuni għall-istatistika esterna dwar l-affiljati barranin għandu jkun kif stabbilit fl-Anness II ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 4

    L-Istati Membri għandhom japplikaw il-format imsemmi fl-Artikolu 3 għad-data li tikkonċerna l-ewwel sena ta' referenza msemmija fit-Taqsima 4, paragrafu 1, ta' l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 716/2007, u s-snin ta' wara.

    Artikolu 5

    Id-data li trid tintbagħat skond ir-Regolament (KE) Nru 716/2007 għandha tkun trażmessa f'forma elettronika mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti lill-Kummissjoni (Eurostat). Il-format ta' trażmissjoni għandu jkun konformi ma' l-istandards ta’ skambju speċifikati mill-Kummissjoni (Eurostat). Id-data għandha tiġi trażmessa jew imtella' b'mezzi elettroniċi fil-punt ta' aċċess uniku għad-data għand il-Kummissjoni (Eurostat).

    L-Istati Membri għandhom jimplimentaw l-istandards ta' skambju u linji gwida fornuti mill-Kummissjoni (Eurostat) skond ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 6

    L-Istati Membri għandhom jipprovdu għal kull kunsinna ta' data t-tagħrif ta' metadata neċessarju għall-Kummissjoni (Eurostat), f'forma elettronika u fl-istruttura definita fil-verżjoni l-iktar reċenti tal-Manwal tar-Rakkomandazzjonijiet ta' l-Eurostat dwar il-Produzzjoni ta' l-Istatistika ta' l-Affiljati Barranin.

    Artikolu 7

    Id-derogi msemmija fl-Artikolu 9(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 716/2007 għandhom ikunu kif speċifikat fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 8

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 23 ta’ April 2008.

    Għall-Kummissjoni

    Joaquín ALMUNIA

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 171, 29.6.2007, p. 17.


    ANNESS I

    SPEĊIFIKAZZJONIJIET TEKNIĊI GĦAT-TRAŻMISSJONI TA' STATISTIKA INTERNA DWAR AFFILJATI BARRANIN

    1.   Introduzzjoni

    L-istandardizzazzjoni ta’ l-istrutturi tar-rekords tad-data hija fundamentali għall-ipproċessar effiċjenti tad-data. Hija stadju meħtieġ biex tiġi pprovduta data li tkun konformi ma’ l-istandards ta’ skambju speċifikati mill-Kummissjoni (Eurostat).

    Id-data tintbagħat bħala sett ta’ rekords li l-parti l-kbira tagħhom jiddeskrivu l-karatteristiċi tad-data (il-pajjiż, is-sena ta' referenza, l-attività ekonomika, it-tqassim ġeografiku, eċċ.). Id-data nnifisha hija numru li jista' jkun marbut ma' sinjali u noti tal-qiegħ bi spjegazzjoni użati għaż-żieda ta' spjegazzjonijiet għal data li tagħti lill-utenti tagħrif addizzjonali rigward pereżempju bidliet estremi minn sena għal sena. Għandu jkun ipprovdut fajl għal kull sensiela ta' data.

    Data kunfidenzjali trid tintbagħat bil-valur veru mniżżel fis-sezzjoni tal-valur u sinjal li jindika n-natura tad-data kunfidenzjali li tkun qiegħda tiġi miżjuda mar-rekord. L-Istati Membri jridu jipprovdu l-livelli kollha ta' aggregazzjoni tat-tqassim kif definit fir-Regolament (KE) Nru 716/2007. Barra minn hekk, id-data jrid ikollha s-sinjali ta' kunfidenzjalità sekondarji kollha skond ir-regoli ta' kunfidenzjalità li jeżistu fil-livell nazzjonali.

    L-Istati Membri jridu jipprovdu settijiet sħaħ għas-sensieli ta' data kollha li jridu jiġu pprovduti fosthom ir-rekords għad-data kollha meħtieġa mir-Regolament (KE) Nru 716/2007 li mhumiex disponibbli, jiġifieri li ma jinġabrux fl-Istat Membru, Data dwar attivitajiet/fenomeni li ma jeżistux fl-Istat Membru għandha titniżżel fir-rekord bħala żero (kodiċi“0” fis-sezzjoni tal-valur). Il-kodiċi “0” fis-sezzjoni tal-valur jista' jintuża wkoll għal attivitajiet li jeżistu imma li d-data dwarha hija żgħira tant li meta tagħmilha f'ċifra tonda tiġi żero. Data monetarja trid tiġi espressa f'eluf ta' unitajiet tal-munita nazzjonali (eluf ta' ewro għall-pajjiżi fiż-żona ta' l-ewro). Pajjiżi li deħlin fiż-żona ta' l-ewro għandhom jirrappurtaw f'ewro minflok fil-munita nazzjonali d-data monetarja meħtieġa fis-sena ta' l-adeżjoni tagħhom.

    2.   Identifikatur tas-sett tad-data

    L-identifikatur tas-sett ta' data li ġej se jintuża għar-rappurtar ta' l-istatistika dwar affiljati barranin interni:

     

    Għas-sensiela 1G: SBSFATS_1GA1_A.

     

    Għas-sensiela 1G2: SBSFATS_1GB1_A

    3.   L-istruttura tad-data u d-definizzjoni tas-sezzjonijiet

    Din it-taqsima tagħti ħarsa ġenerali lejn l-istruttura tad-data, u tiddefinixxi s-sezzjonijiet, il-kodiċi u l-attributi li jridu jintużaw. Il-kodiċi li jridu jintużaw jinsabu fil-verżjoni l-iktar reċenti tal-Manwal ta' Rakkomandazzjonijiet ta' l-Eurostat dwar il-Produzzjoni ta' l-Istatistika ta' l-Affiljati Barranin imsemmija fl-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 716/2007. Is-sezzjonijiet kollha jridu jintbagħtu, anke jekk ikunu vojta. Fl-ordni mix-xellug għal-lemin is-sezzjonijiet huma:

    Nru tas-Sezzjoni

    Identità tas-sezzjoni

    (Isem)

    Tip u daqs

    Definizzjoni

    1

    Identità tas-sett ta' data

    AN2…3

    Kodiċi alfanumeriċi tas-sensieli kif definiti fit-Taqsima 3 ta' l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 716/2007, eż 1G għas-sensiela 1G (livell ta' tqassim ġeografiku 2-IN kombinati ma' livell ta' tqassim ta' l-attività 3), 1G2 għas-sensiela 1G2 (livell ta' tqassim ġeografiku 3 kombinat ma' l-Ekonomija tan-Negozju).

    2

    Is-sena ta' referenza

    N4

    Is-sena ta' referenza f'erba' karattri, eż. 2007.

    3

    Unità territorjali

    AN2

    Tikkorrispondi mal-kodiċi tal-pajjiż dikjarant. Il-kodiċi li jrid jintuża huwa NUTS0.

    4

    Klassi tad-daqs

    N2

    Kodiċi għall-klassi tad-daqs, eż. 30 għat-total.

    5

    Attività

    AN1…4

    Kodiċi numeriċi jew alfanumeriċi għall-intestaturi NACE u l-aggregati standard skond it-tqassim ta' l-attività kif speċifikat għal-livell ta' tqassim ta' l-attività 3 fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 716/2007. Eżempju ta' kodiċi ta' attività standard huwa BUS għal Ekonomija tan-Negozju. Aggregati mhux standard għandhom ikunu indikati fis-sezzjoni 14.

    It-tikek fil-kodiċi NACE għandhom jitneħħew. Eż. it-tħaffir tal-minjieri u tal-barrieri għandu l-kodiċi Ċ, il-manifattura ta' prodotti ta' l-ikel u tax-xorb għandha l-kodiċi 15, il-lukandi l-551.

    6

    Identifikazzjoni FATS

    N2

    30 għall-pajjiż ta' l-Unità Istituzzjonali tal-Kontroll Aħħari

    7

    Il-pajjiż ta' l-Unità Istituzzjonali tal-Kontroll Aħħari

    AN2

    Il-kodiċi tal-pajjiż li jikkorrispondi għall-pajjiż ta' residenza ta' l-Unità Istituzzjonali tal-Kontroll Aħħari. Il-kodiċi kif speċifikati għal-livelli ta' tqassim ġeografiku 2-IN u 3 fir-Regolament (KE) Nru 716/2007.

    8

    Karatteristiċi

    AN4…5

    Il-kodiċi tal-karatteristiċi kif stipulat fit-Taqsima 2 ta' l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 716/2007.

    9

    Valur tad-data

    AN1…12

    Valur numeriku tad-data (valuri negattivi huma preċeduti minn sinjal ta' tnaqqis) espressi bħala numri sħaħ mingħajr punti deċimali. Għandha tintuża “md” jekk id-data ma tintbagħatx minħabba li mhix disponibbli.

    10

    Sinjal ta' kwalità

    AN…1

    R: data riveduta, P: data provviżorja, W: data ta' kwalità baxxa li tintuża għall-kalkolu tat-totali Komunitarji imma li ma jistgħux jixxerrdu fil-livell nazzjonali, E: valur stmat.

    Deskrizzjoni tar-reviżjoni trid tiġi pprovduta fl-istess ħin.

    11

    Sinjal ta' kunfidenzjalità

    AN…1

    A, B, Ċ, D, F, H: jindika li d-data hija kunfidenzjali u r-raġuni għal dik il-kunfidenzjalità

    A

    :

    Ftit wisq intrapriżi

    B

    :

    Intrapriża waħda tiddomina d-data

    Ċ

    :

    Żewġ intrapriżi jiddominaw id-data

    D

    :

    Data kunfidenzjali sekondarja biex tipproteġi data mmarkata b'A, B, Ċ, F jew H

    F

    :

    Id-data hija kunfidenzjali b'applikazzjoni tar-regola tal-p%

    H

    :

    Data li mhix ippubblikata fil-livell nazzjonali peress li titqies bħala informazzjoni sensittiva jew li tipproteġi d-data li mhix meħtieġa mir-Ragolament (KE) Nru 716/2007 (data kunfidenzjali manwalment).

    12

    Dominanza/sehem l-ikbar unità

    N…3

    Valur numeriku inqas minn jew ugwali għal 100 li jindika l-perċentwali ta' dominanza ta' intrapriża jew tnejn li jiddominaw id-data u jagħmluha kunfidenzjali. Il-valur jiġi kkalkolat sa l-eqreb numru sħiħ: eż. 90.3 jiġi 90. 94.5 jiġi 95. Dan il-qasam huwa użat biss meta jiġu użati s-sinjali tal-kunfidenzjalità B jew Ċ fis-sezzjoni preċedenti. Meta tintuża F fis-sezzjoni preċedenti, din is-sezzjoni għandha tinkludi sehem l-ikbar intrapriża.

    13

    Sehem it-tieni l-ikbar unità

    N…3

    Valur numeriku inqas minn jew ugwali għal 100. Din is-sezzjoni għandha tintuża meta fis-sezzjoni 11 jintuża s-sinjal tal-kunfidenzjalità F; din is-sezzjoni għandha tinkludi sehem it-tieni l-ikbar intrapriża.

    14

    Aggregazzjoni tal-kodiċi NACE

    AN…40

    Din is-sezzjoni għandha tintuża għal aggregazzjoni mhux standard ta' bosta kodiċi NACE.

    15

    Unitajiet ta' valuri ta' data

    AN3…4

    Din is-sezzjoni tista' tintuża biex jiġi indikat jekk intużawx unitajiet mhux standard:

    Għandhom jintużaw il-kodiċi li ġejjin:

     

    UNIT: unitajiet għal data mhux monetarja

     

    KEUR: eluf ta' EUR għal data monetarja għall-pajjiżi li huma membri taż-żona ta' l-ewro

     

    KNC: eluf ta' unitajiet tal-munita nazzjonali għall-pajjiżi li mhumiex membri taż-żona ta' l-ewro.

    16

    Nota tal-qiegħ

    AN…250

    Nota libera dwar id-data li tista' tiġi ppubblikata bħala noti metodoloġiċi/spjegazzjonijiet addizzjonali għal ftehim aħjar tad-data pprovduta.

    NB: AN=Alfanumeriku (eż. AN…8 – alfanumeriku sa 8 pożizzjonijiet imma s-sezzjoni tista' tkun vojta, AN1…8 – alfanumeriku b'ta' l-inqas pożizzjoni u sa 8 pożizzjonijiet, AN1 - alfanumeriku b'pożizzjoni waħda, eżatta); N=Numeriku (eż. N1 -numeriku b'pożizzjoni waħda, eżatta).


    ANNESS II

    SPEĊIFIKAZZJONIJIET TEKNIĊI GĦAT-TRAŻMISSJONI TA' STATISTIKA ESTERNA DWAR AFFILJATI BARRANIN

    1.   Introduzzjoni

    L-istandardizzazzjoni ta’ l-istrutturi tar-rekords tad-data hija fundamentali għall-ipproċessar effiċjenti tad-data. Hija stadju meħtieġ biex tiġi pprovduta data li tkun konformi ma’ l-istandards ta’ skambju speċifikati mill-Kummissjoni (Eurostat).

    2.   Identifikatur tas-sett tad-data

    Is-sett ta' data li ġejja se jintuża għar-rappurtar ta' l-istatistika dwar affiljati barranin esterni:

    DSI+BOP_FATS_A

    3.   Struttura tad-data, listi ta’ kodiċi u attributi

    Din it-taqsima tagħti ħarsa ġenerali lejn l-istruttura tad-data, il-listi ta’ kodiċi u l-attributi li għandhom jintużaw. Il-valuri disponibbli ta' l-attributi jinsabu fil-verżjonijiet l-iktar reċenti tal-Manwal ta' Rakkomandazzjonijiet ta' l-Eurostat dwar il-Produzzjoni ta' l-Istatistika ta' l-Affiljati Barranin imsemmija fl-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 716/2007 u tal-Ktejjeb tal-Bilanċ tal-Ħlasijiet ta' l-Eurostat. Is-sezzjonijiet kollha jridu jintbagħtu, anke jekk ikunu vojta.

    Fl-ordni mix-xellug għall-lemin is-sezzjonijiet huma:

    Nru tas-Sezzjoni

    Identità tas-sezzjoni

    (Isem)

    Isem il-lista tal-kodiċi jew il-kunċett

    Tip u daqs

    Definizzjoni

    1

    Frekwenza

    CL_FREQ

    AN1

    Il-frekwenza tas-sensiela.

    2

    Żona ta’ referenza jew relatur

    CL_AREA_EE

    AN2

    il-pajjiż jew il-grupp ġeografiku/politiku ta’ pajjiżi relatat mal-fenomenu ekonomiku osservat.

    3

    Indikatur ta’ aġġustament

    CL_ADJUSTMENT

    AN1

    Jindika jekk ġiex applikat aġġustament staġjunali u/jew ta’ jum ta' xogħol jew le

    4

    Tip ta’ data

    CL_DATA_TYPE_FATS

    AN1

    Jiddeskrivi t-tip ta' data.

    5

    Partita ikkodifikata FATS

    CL_FATS_ITEM

    AN3…8

    Partita kkodifikata għall-karatteristiki FATS.

    6

    Tqassim tal-munita

    CL_CURR_BRKDWN

    AN1

    Tqassim tal-munita għat-tranżazzjonijiet u l-pożizzjonijiet.

    7

    Żona ta’ kontroparti

    CL_AREA_EE

    AN2

    Il-pajjiż jew il-grupp ġeografiku/ekonomiku ta’ pajjiżi li ż-żona ta’ referenza jew ir-relatur għandu l-affiljat tiegħu fihom.

    8

    Denominazzjoni tas-sensiela

    CL_SERIES_DENOM

    AN1

    Il-munita tad-denominazzjoni jew drittijiet speċjali ta' ġbid.

    9

    Attività ekonomika residenti

    CL_BOP_EC_ACTIV_R1

    N4

    Kodiċi NACE u aggregati ta' attività ekonomika residenti speċjali

    10

    Attività ekonomika mhux residenti

    CL_BOP_EC_ACTIV_R1

    N4

    Kodiċi NACE u aggregati ta' attività ekonomika mhux residenti speċjali

    11

    Perjodu ta' żmien

    TIME_PERIOD

    AN4…35

    Is-sena ta' referenza.

    12

    Kodiċi ta' format tal-ħin

    TIME_FORMAT

    AN3

    Jiddeskrivi bħala perjodu tal-ħin uniku jew serje ta' ħin.

    13

    Valur ta' osservazzjoni

    OBS_VALUE

    AN…15

    Valur numeriku tad-data (valuri negattivi huma preċeduti minn sinjal ta' tnaqqis).

    14

    Stat ta' osservazzjoni

    CL_OBS_STATUS

    AN1

    Informazzjoni dwar il-kwalità tal-valur jew valur nieqes jew mhux komuni

    15

    Kunfidenzjalità ta' l-osservazzjoni

    CL_OBS_CONF

    AN1

    Informazzjoni dwar jekk l-osservazzjoni tistax issir pubblika barra l-istituzzjoni li qed tirċievi jew le. Spazju vojt jindika data mhux kunfidenzjali.

    16

    L-organizzazzjoni li qed tibgħat

    CL_ORGANISATION

    AN3

    L-entità li qed tibgħat id-data

    17

    Destinatarju

    CL_ORGANISATION

    AN3

    L-entità li qed tirċievi d-data

    NB: AN=Alfanumeriku (eż. AN…8 – alfanumeriku sa 8 pożizzjonijiet imma s-sezzjoni tista' tkun vojta, AN1…8 – alfanumeriku b'ta' l-inqas pożizzjoni u sa 8 pożizzjonijiet, AN1 - alfanumeriku b'pożizzjoni waħda, eżatta); N=Numeriku (eż. N1 -numeriku b'pożizzjoni waħda, eżatta).


    ANNESS III

    DEROGI

    It-tabella li ġejja tindika għal kull Stat Membru l-perjodi ta' tranżizzjoni u d-derogi mogħtija fl-Annessi I (modulu ta' l-istatistika interna dwar l-affiljati barranin) u II (modulu ta' l-istatistika esterna dwar l-affiljati barranin) tar-Regolament (KE) Nru 716/2007. Jekk ikun hemm bżonn ta' deroga, issir distinzjoni bejn deroga sħiħa, meta ma tkun tista' tiġi pprovduta l-ebda informazzjoni u deroga parzjali, meta xi wħud mid-dispożizzjonijiet ma jistgħux jiġu sodisfatti. F'każ ta' deroga parzjali, it-tabelli jindikaw jekk id-dispożizzjonijiet li ma jistgħux jiġu sodisfatti humiex relatati mat-trażmissjoni tar-riżultati (20 xahar) jew il-kopertura ta' l-attività.

    Stat Membru

    Modulu statistika interna dwar affiljati barranin

    Modulu statistika esterna dwar affiljati barranin

    Il-Ġermanja

    Estensjoni tal-perjodu tat-trażmissjoni tad-data għal 26 xahar għas-sena ta' referenza 2007

    Eżenzjoni mit-tqassim ta' l-attività: NACE Rev. 1.1 diviżjoni 67 u kodiċi korrispondenti fin-NACE Rev. 2 għas-snin ta' referenza 2007-2010

     

    Spanja

     

    Deroga sħiħa għas-snin ta' referenza 2007-2008

    Franza

     

    Deroga sħiħa għas-snin ta' referenza 2007-2008

    Il-Lussemburgu

    Deroga sħiħa għas-snin ta' referenza 2007-2008

    Deroga sħiħa għas-snin ta' referenza 2007-2008

    Malta

    Estensjoni tal-perjodu tat-trażmissjoni tad-data għal 26 xahar għas-snin ta' referenza 2007-2008

    Estensjoni tal-perjodu tat-trażmissjoni tad-data għal 26 xahar għas-snin ta' referenza 2007-2008

    Il-Polonja

     

    Deroga sħiħa għas-sena ta' referenza 2007

    Is-Slovenja

    Eżenzjoni mit-tqassim ta' l-attività: NACE Rev. 1.1 diviżjonijiet 65 u 67 u kodiċi korrispondenti fin-NACE Rev. 2 għas-snin ta' referenza 2007-2010

     

    Ir-Renju Unit

    Eżenzjoni mit-tqassim ta' l-attività: NACE Rev. 1.1 sezzjoni J għas-sena ta' referenza 2007

    Deroga sħiħa għas-snin ta' referenza 2007-2008


    Top