Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008D0321

    2008/321/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 8 ta' April 2008 li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċerti spejjeż imġarrba mill-Istati Membri taħt it-Taqsima tal-Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija (FAEGG) u l-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1283)

    ĠU L 109, 19.4.2008, p. 35–39 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/321/oj

    19.4.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 109/35


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tat-8 ta' April 2008

    li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċerti spejjeż imġarrba mill-Istati Membri taħt it-Taqsima tal-Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija (FAEGG) u l-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG)

    (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1283)

    (it-testi biċ-Ċek, bid-Daniż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bl-Ingliż, bl-Olandiż, bil-Portugiż, bl-Ispanjol u bit-Taljan biss huma awtentiċi)

    (2008/321/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1258/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(4) tiegħu,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni (2) [titlu mhux uffiċjali], u b'mod partikolari l-Artikolu 31 tiegħu,

    Wara li kkonsultat il-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli,

    Billi:

    (1)

    Skond l-Artikolu 7(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1258/1999, u skond l-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, il-Kummissjoni għandha twettaq il-verifiki meħtieġa, tikkomunika lill-Istati Membri r-riżultati ta’ dawn il-verifiki, tieħu nota tal-kummenti ta’ l-Istati Membri, tibda diskussjonijiet bilaterali sabiex ikun jista’ jintlaħaq ftehim ma' l-Istati Membri kkonċernati, u tikkomunika formalment il-konklużjonijiet tagħha dwarhom.

    (2)

    L-Istati Membri ngħataw l-opportunità li jitolbu li tinfetaħ proċedura ta' konċiljazzjoni. F'ċerti każi, dik l-opportunità ttieħdet, u r-rapport maħruġ fi tmiem din il-proċedura ġie eżaminat mill-Kummissjoni.

    (3)

    Skond ir-Regolament (KE) Nru 1258/1999 u r-Regolament (KE) Nru 1290/2005, jistgħu jiġu ffinanzjati biss l-ispejjeż agrikoli li jkunu ġġarrbu mingħajr ksur tar-regoli Komunitarji.

    (4)

    Fid-dawl tal-verifiki mwettqa, tar-riżultat tad-diskussjonijiet bilaterali u tal-proċeduri ta’ konċiljazzjoni, parti mill-ispejjeż li ddikjaraw l-Istati Membri ma tissodisfax dawn ir-rekwiżiti, u għalhekk ma tistax tiġi ffinanzjata mit-Taqsima tal-Garanzija tal-FAEGG jew mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (minn issa 'l quddiem “il-FAEG”).

    (5)

    Għandhom jiġu indikati l-ammonti li mhumiex meqjusa li jaqgħu taħt it-Taqsima tal-Garanzija tal-FAEGG u l-FAEG. Dawn l-ammonti mhumiex relatati ma’ l-ispejjeż li saru iktar minn 24 xahar qabel in-notifika bil-miktub tal-Kummissjoni tar-riżultati tal-verifiki lill-Istati Membri.

    (6)

    Rigward il-każijiet koperti b'din id-Deċiżjoni, il-valutazzjoni ta' l-ammonti li jridu jiġu esklużi minħabba n-nuqqas ta’ konformità tagħhom mar-regoli Komunitarji ġiet ikkomunikata lill-Istati Membri mill-Kummissjoni f'rapport fil-qosor dwar is-suġġett.

    (7)

    Din id-Deċiżjoni hija mingħajr ħsara għall-konklużjonijiet finanzjarji li tista’ tiġbed il-Kummissjoni mis-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja f'każijiet pendenti fil-15 ta’ Diċembru 2007 u li għandhom x'jaqsmu mal-kontenut ta’ din id-Deċiżjoni,

    ADDOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-ispejjeż elenkati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni, imġarrba mill-aġenziji tal-pagamenti akkreditati ta’ l-Istati Membri u ddikjarati taħt it-Taqsima tal-Garanzija tal-FAEGG jew taħt il-FAEG, għandhom jiġu esklużi mill-finanzjament Komunitarju minħabba n-nuqqas ta’ konformità tagħhom mar-regoli tal-Komunità.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Ċeka, lir-Renju tad-Danimarka, lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, lill-Irlanda, lir-Renju ta’ Spanja, lir-Repubblika Franċiża, lir-Repubblika Taljana, lill-Gran Dukat tal-Lussumburgu, lir-Renju ta’ l-Olanda, lir-Repubblika ta’ l-Awstrija u lir-Repubblika Portugiża.

    Magħmula fi Brussell, 8 ta’ April 2008.

    Għall-Kummissjoni

    Mariann FISCHER BOEL

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 103.

    (2)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1437/2007 (ĠU L 322, 7.12.2007, p. 1).


    ANNEX

    Partita tal-baġit 6701

    SM

    Miżura

    Sena Finanzjarja

    Raġuni għall-korrezzjoni

    Tip

    %

    Munita

    Ammont

    Tnaqqis li diġà sar

    Impatt finanzjarju

    AT

    Verifika finanzjarja – Qbiż tal-limiti

    2004

    Qbiż tal-limiti finanzjarji

    puntwali

     

    EUR

    –61 104,20

    0,00

    –61 104,20

    TOTAL AT

    –61 104,20

    0,00

    –61 104,20

    CZ

    Verifika finanzjarja – Qbiż tal-limiti

    2006

    Qbiż tal-limiti finanzjarji

    puntwali

     

    CZK

    – 358 046,95

    0,00

    – 358 046,95

    TOTAL CZ

    – 358 046,95

    0,00

    – 358 046,95

    DE

    Miżuri ta' Garanzija RD ta' Akkumpanjament

    2003

    Qbiż tal-limiti

    puntwali

     

    EUR

    –4 256 495,00

    0,00

    –4 256 495,00

    DE

    Verifika finanzjarja – Ħlasijiet tard

    2006

    Ħlasijiet tard

    puntwali

     

    EUR

    –80 851,39

    –80 851,39

    0,00

    TOTAL DE

    –4 337 346,39

    –80 851,39

    –4 256 495,00

    DK

    Ħalib fi Trab għall-Każeina

    2002

    Non-osservanza tar-rekwiżiti kollha li jikkonċernaw il-proċess ta' produzzjoni

    puntwali

     

    DKK

    –8 915,00

    0,00

    –8 915,00

    DK

    Ħalib fi Trab għall-Każeina

    2003

    Non-osservanza tar-rekwiżiti kollha li jikkonċernaw il-proċess ta' produzzjoni

    puntwali

     

    DKK

    – 157 528,05

    0,00

    – 157 528,05

    DK

    Ħalib fi Trab għall-Każeina

    2004

    Non-osservanza tar-rekwiżiti kollha li jikkonċernaw il-proċess ta' produzzjoni

    puntwali

     

    DKK

    –98 154,15

    0,00

    –98 154,15

    TOTAL DK

    – 264 597,20

    0,00

    – 264 597,20

    ES

    Ċertifikazzjoni

    2004

    Djun mhux irkuprati

    puntwali

     

    EUR

    –1 882 525,15

    0,00

    –1 882 525,15

    ES

    Frott u Ħaxix – Banana

    2004

    Dgħjufijiet (frekwenza u kkampjunar) f'kontrolli ta' kwalità tat-tieni livell

    ħlas f'daqqa

    2,00

    EUR

    – 948 158,64

    0,00

    – 948 158,64

    ES

    Frott u Ħaxix – Banana

    2005

    Dgħjufijiet (frekwenza u kkampjunar) f'kontrolli ta' kwalità tat-tieni livell

    ħlas f'daqqa

    2,00

    EUR

    –1 394 194,02

    0,00

    –1 394 194,02

    ES

    Frott u Ħaxix – Banana

    2006

    Dgħjufijiet (frekwenza u kkampjunar) f'kontrolli ta' kwalità tat-tieni livell

    ħlas f'daqqa

    2,00

    EUR

    – 406 510,05

    0,00

    – 406 510,05

    ES

    Distillazzjoni ta' l-Inbid

    2003

    Dgħjufijiet fil-kontrolli tal-projbizzjoni ta' kull taħwil ta' dwieli

    ħlas f'daqqa

    10,00

    EUR

    –25 824 435,94

    0,00

    –25 824 435,94

    ES

    Distillazzjoni ta' l-Inbid

    2004

    Dgħjufijiet fil-kontrolli tal-projbizzjoni ta' kull taħwil ta' dwieli

    ħlas f'daqqa

    10,00

    EUR

    –29 124 759,86

    0,00

    –29 124 759,86

    TOTAL ES

    –59 580 583,66

    0,00

    –59 580 583,66

    FR

    Frott u Ħaxix – Banana

    2004

    Non-osservanza ta' ċerti kriterji ta' rikonoxximent minn organizzazzjonijiet tal-produtturi

    ħlas f'daqqa

    5,00

    EUR

    – 780,11

     

    – 780,11

    FR

    Frott u Ħaxix – Banana

    2005

    Non-osservanza ta' ċerti kriterji ta' rikonoxximent minn organizzazzjonijiet tal-produtturi

    ħlas f'daqqa

    5,00

    EUR

    –4 958 177,57

    0,00

    –4 958 177,57

    FR

    Frott u Ħaxix – Banana

    2006

    Non-osservanza ta' ċerti kriterji ta' rikonoxximent minn organizzazzjonijiet tal-produtturi

    ħlas f'daqqa

    5,00

    EUR

    –2 263 498,77

    0,00

    –2 263 498,77

    FR

    Frott u Ħaxix – Banana

    2007

    Non-osservanza ta' ċerti kriterji ta' rikonoxximent minn organizzazzjonijiet tal-produtturi

    ħlas f'daqqa

    5,00

    EUR

    –3 775 871,38

    0,00

    –3 775 871,38

    FR

    Ħżin pubbliku taz-zokkor

    2005

    Kwantità mhux eliġibbli ddikjarata

    puntwali

     

    EUR

    – 535 626,90

    0,00

    – 535 626,90

    FR

    Ħżin pubbliku taz-zokkor

    2006

    Kwantità mhux eliġibbli ddikjarata

    puntwali

     

    EUR

    475 793,12

    0,00

    475 793,12

    FR

    Primjums għat-Tabakk

    2004

    Nuqqas ta' applikazzjoni tas-sanzjonijiet

    puntwali

     

    EUR

    –9 947,35

    0,00

    –9 947,35

    FR

    Primjums għat-Tabakk

    2005

    Nuqqas ta' applikazzjoni tas-sanzjonijiet

    puntwali

     

    EUR

    –38 983,31

    0,00

    –38 983,31

    FR

    Primjums għat-Tabakk

    2006

    Nuqqas ta' applikazzjoni tas-sanzjonijiet

    puntwali

     

    EUR

    –85 816,53

    0,00

    –85 816,53

    TOTAL FR

    –11 192 908,80

    0,00

    –11 192 908,80

    IE

    Ħalib fi Trab għall-Każeina

    2003

    Dgħjufijiet fil-proċeduri ta' l-ikkampjunar tal-lottijiet tal-produzzjoni

    ħlas f'daqqa

    2,00

    EUR

    – 209 164,22

    0,00

    – 209 164,22

    IE

    Ħalib fi Trab għall-Każeina

    2004

    Dgħjufijiet fil-proċeduri ta' l-ikkampjunar tal-lottijiet tal-produzzjoni

    ħlas f'daqqa

    2,00

    EUR

    – 423 850,43

    0,00

    – 423 850,43

    IE

    Ħalib fi Trab għall-Każeina

    2005

    Dgħjufijiet fil-proċeduri ta' l-ikkampjunar tal-lottijiet tal-produzzjoni

    ħlas f'daqqa

    2,00

    EUR

    – 131 507,65

    0,00

    – 131 507,65

    TOTAL IE

    – 764 522,30

    0,00

    – 764 522,30

    IT

    Rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni

    2003

    Nuqqas ta' informazzjoni dwar verifiki fiżiċi

    ħlas f'daqqa

    5,00

    EUR

    –30 905,27

    0,00

    –30 905,27

    IT

    Verifika finanzjarja – Ħlasijiet tard

    2004

    Ħlasijiet tard

    puntwali

     

    EUR

    – 308 289,90

    0,00

    – 308 289,90

    IT

    Miżuri ta' Garanzija RD ta' Akkumpanjament

    2003

    Verifiki amministrattivi mhux imwettqa b'mod eżawrjenti bi ksur ta' l-Art. 68 tar-R. 817/2004; verifiki fuq il-post mhux sodisfaċenti

    ħlas f'daqqa

    5,00

    EUR

    – 428 284,00

    0,00

    – 428 284,00

    IT

    Miżuri ta' Garanzija RD ta' Akkumpanjament

    2003

    Verifiki fuq il-post imwettqa tard wisq bi ksur ta' l-Art. 61 tar-R. 445/2002

    ħlas f'daqqa

    5,00

    EUR

    –2 985 884,00

    0,00

    –2 985 884,00

    IT

    Miżuri ta' Garanzija RD ta' Akkumpanjament

    2004

    Verifiki amministrattivi mhux imwettqa b'mod eżawrjenti bi ksur ta' l-Art. 68 tar-R. 817/2004; verifiki fuq il-post mhux sodisfaċenti

    ħlas f'daqqa

    5,00

    EUR

    – 754 180,00

    0,00

    – 754 180,00

    IT

    Miżuri ta' Garanzija RD ta' Akkumpanjament

    2004

    Verifiki fuq il-post imwettqa tard wisq bi ksur ta' l-Art. 61 tar-R. 445/2002

    ħlas f'daqqa

    5,00

    EUR

    –32 396,00

    0,00

    –32 396,00

    IT

    Miżuri ta' Garanzija RD ta' Akkumpanjament

    2005

    Verifiki fuq il-post imwettqa tard wisq bi ksur ta' l-Art. 61 tar-R. 445/2002

    ħlas f'daqqa

    5,00

    EUR

    –54 645,00

    0,00

    –54 645,00

    IT

    Miżuri ta' Garanzija RD ta' Akkumpanjament

    2006

    Verifiki fuq il-post imwettqa tard wisq bi ksur ta' l-Art. 61 tar-R. 445/2002

    ħlas f'daqqa

    5,00

    EUR

    –58 709,00

    0,00

    –58 709,00

    TOTAL IT

    –4 653 293,17

    0,00

    –4 653 293,17

    LU

    Verifika finanzjarja – Ħlasijiet tard

    2006

    Ħlasijiet tard

    puntwali

     

    EUR

    0,00

    –14 516,49

    14 516,49

    LU

    Verifika finanzjarja – Qbiż tal-limiti

    2006

    Qbiż tal-limiti finanzjarji

    puntwali

     

    EUR

    –1 107 241,81

    –1 107 241,81

    0,00

    LU

    Miżuri ta' Garanzija RD ta' Akkumpanjament

    2004

    Dgħjufijiet fil-kontrolli ewlenin u awżiljarji

    ħlas f'daqqa

    5,00

    EUR

    – 484 845,00

    0,00

    – 484 845,00

    LU

    Miżuri ta' Garanzija RD ta' Akkumpanjament

    2005

    Dgħjufijiet fil-kontrolli ewlenin u awżiljarji

    ħlas f'daqqa

    5,00

    EUR

    – 479 643,00

    0,00

    – 479 643,00

    TOTAL LU

    –2 071 729,81

    –1 121 758,30

    – 949 971,51

    NL

    Verifika finanzjarja – Qbiż tal-limiti

    2005

    Qbiż tal-limiti finanzjarji

    puntwali

     

    EUR

    –7 905,99

    0,00

    –7 905,99

    TOTAL NL

    –7 905,99

    0,00

    –7 905,99

    PT

    Verifika finanzjarja – Qbiż tal-limiti

    2006

    Qbiż tal-limiti finanzjarji

    puntwali

     

    EUR

    – 271 398,38

    0,00

    – 271 398,38

    TOTAL PT

    – 271 398,38

    0,00

    – 271 398,38


    Top