This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008D0191
2008/191/EC: Council Decision of 18 February 2008 on the conclusion of the Agreement between the European Community and the Republic of Lebanon on certain aspects of air services
2008/191/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 18 ta' Frar 2008 dwar il-konklużjoni provviżorja tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Libanu dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru
2008/191/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 18 ta' Frar 2008 dwar il-konklużjoni provviżorja tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Libanu dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru
ĠU L 60, 5.3.2008, p. 25–25
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/191(1)/oj
5.3.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 60/25 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-18 ta' Frar 2008
dwar il-konklużjoni provviżorja tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Libanu dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru
(2008/191/KE)
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 80(2) flimkien ma’ l-ewwel sentenza ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(2) tiegħu, u l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 300(3),
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Billi:
(1) |
Bid-Deċiżjoni tal-5 ta’ Ġunju 2003 il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati ma’ pajjiżi terzi dwar il-bdil ta’ ċerti dispożizzjonijiet fi ftehim bilaterali eżistenti bi ftehim Komunitarju. |
(2) |
Il-Kummissjoni nnegozjat f’isem il-Komunità ftehim mar-Repubblika tal-Libanu dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru skond il-mekkaniżmi u d-direttivi fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-5 ta’ Ġunju 2003. |
(3) |
Il-ftehim ġie ffirmat f’isem il-Komunità suġġett għal-possibbiltà tal-konklużjoni tiegħu f’data aktar tard, konformi mad-Deċiżjoni 2006/543/KE tal-Kunsill (2). |
(4) |
Il-ftehim għandu jiġi approvat, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Libanu dwar ċerti aspetti tas-servizz ta’ l-ajru huwa approvat f’isem il-Komunità.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill huwa hawnhekk awtorizzat li jaħtar il-persuna bis-setgħa li tagħmel in-notifika prevista fl-Artikolu 8(1) tal-Ftehim.
Magħmula fi Brussell, 18 ta’ Frar 2008.
Għall-Kunsill
Il-President
D. RUPEL
(1) Opinjoni tas-6.9.2005 (għadha mhux ippubblikata fil-ĠU)
(2) ĠU L 215, 5.8.2006, p. 15.