Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008D0189

    2008/189/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 18 ta' Frar 2008 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Ġeorġja dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru

    ĠU L 60, 5.3.2008, p. 23–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/189/oj

    Related international agreement

    5.3.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 60/23


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    tat-18 ta' Frar 2008

    dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Ġeorġja dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru

    (2008/189/KE)

    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 80(2), flimkien ma’ l-ewwel sentenza ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(2) u ma’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(3), tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

    Billi:

    (1)

    Permezz ta’ deċiżjoni tal-5 ta’ Ġunju 2003, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati ma’ pajjiżi terzi dwar is-sostituzzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet fi ftehim bilaterali eżistenti bi ftehim Komunitarju.

    (2)

    F’isem il-Komunità, il-Kummissjoni nnegozjat Ftehim mal-Ġeorġja dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru konformement mal-mekkaniżmi u d-direttivi fl-Anness mad-deċiżjoni tal-5 ta’ Ġunju 2003.

    (3)

    Il-Ftehim ġie ffirmat f’isem il-Komunità suġġett għal konklużjoni eventwalment possibbli tiegħu f’data aktar tard, konformement mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/357/KE tal-Kunsill (2).

    (4)

    Il-Ftehim għandu jiġi approvat,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Ġeorġja dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru huwa b’dan approvat f’isem il-Komunità.

    Artikolu 2

    Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat li jinnomina l-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jagħmlu n-notifika prevista fl-Artikolu 8(1) tal-Ftehim.

    Magħmula fi Brussell, 18 ta’ Frar 2008.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    D. RUPEL


    (1)  Opinjoni tas-6 ta’ Settembru 2005 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

    (2)  ĠU L 134, 20.5.2006, p. 23.


    Top