This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32006R1984R(05)
Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1984/2006 tal- 20 ta' Diċembru 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2535/2001 li jipprovdi regoli dettaljati biex ikun applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 rigward l-arranġamenti tal-importazzjoni tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib u biex jinfetħu kwoti tat-tariffa ( ĠU L 387, 29.12.2006 , ħarġa speċjali bil-Malti L 314M tal-1 ta’ Diċembru 2007 )
Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1984/2006 tal- 20 ta' Diċembru 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2535/2001 li jipprovdi regoli dettaljati biex ikun applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 rigward l-arranġamenti tal-importazzjoni tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib u biex jinfetħu kwoti tat-tariffa ( ĠU L 387, 29.12.2006 , ħarġa speċjali bil-Malti L 314M tal-1 ta’ Diċembru 2007 )
ĠU L 322, 9.12.2009, pp. 41–48
(MT)
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/1984/corrigendum/2009-12-09/oj
|
9.12.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 322/41 |
Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1984/2006 tal-20 ta' Diċembru 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2535/2001 li jipprovdi regoli dettaljati biex ikun applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 rigward l-arranġamenti tal-importazzjoni tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib u biex jinfetħu kwoti tat-tariffa
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 387 tad-29 ta' Diċembru 2006 , ħarġa speċjali bil-Malti L 314M tal-1 ta’ Diċembru 2007 )
F’paġna 734, ir-Regolament (KE) Nru 1984/2006 għandu jaqra kif ġej:
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1984/2006
tal-20 ta' Diċembru 2006
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2535/2001 li jipprovdi regoli dettaljati biex ikun applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 rigward l-arranġamenti tal-importazzjoni tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib u biex jinfetħu kwoti tat-tariffa
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (1),
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta' kwoti ta' tariffi fuq l-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b'sistema ta' liċenzji ta' importazzjoni (2) japplika għal-liċenzji tal-importazzjoni għall-perjodi tal-kwota tat-tariffa għall-importazzjoni li jibdew mill-1 ta' Jannar 2007. Dak ir-Regolament jistabbilixxi b'mod partikolari dispożizzjonijiet dettaljati dwar applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni, l-istatus tal-applikanti u l-ħruġ tal-liċenzji. Dak ir-Regolament jillimita l-perjodu ta' validità tal-liċenziji sal-aħħar ġurnata tal-perjodu tal-kwota tat-tariffa tal-importazzjoni. Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006 għandhom japplikaw għal-liċenzji tal-importazzjoni skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2535/2001 (3), mingħajr preġudizzju għal kundizzjonijiet addizzjonali jew derogi stipulati f'dak ir-Regolament, bħar-regoli speċjali dwar l-approvazzjoni ta' importaturi li huma meħtieġa sabiex ikun żgurat li importaturi ġenwini biss japplikaw għal-liċenzji. Huwa meħtieġ li jkun hemm allinjament tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001 mar-Regolament (KE) Nru 1301/2006 fejn hu xieraq. Peress li r-Regolament (KE) Nru 1301/2006 japplika għal liċenzji għall-perjodi tal-kwota tat-tariffa tal-importazzjoni li jibdew mill-1 ta' Jannar 2007, għandu jsir provvediment għal dewmien fl-applikazzjoni għal kwoti tat-tariffa koperti mir-Regolament (KE) Nru 2535/2001 li għalihom il-perjodu tal-importazzjoni jibda mill-1 ta' Lulju 2007. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001, l-approvazzjoni ta' importaturi f'Ġunju 2006 hija valida mill-1 ta' Lulju 2006 sat-30 ta' Ġunju 2007. Għalhekk, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006 dwar l-approvazzjoni ma għandhomx japplikaw qabel l-1 ta' Lulju 2007. |
|
(3) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1839/2006 tat-28 ta' Novembru 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Arġentina, konkluż mill-KE wara n-negozjati fil-qafas tal-Artikolu XXIV.6 tal-GATT 1994, li jemenda u jissupplimenta l-Anness I mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u tal-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (4) jipprovdi għal kwantità addizzjonali ta' 537 tunnellata ta' trab tal-ħalib xkumat fil-kwota annwali tat-tariffa tal-importazzjoni. Għalhekk, huwa xieraq li l-kwantità tat-trab tal-ħalib xkumat fil-kwota Nru 09.4590 imsemmija fl-Anness I.A għar-Regolament (KE) Nru 2535/2001 tiġi aġġustata. |
|
(4) |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/909/KE tal-4 ta’ Diċembru 2006 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tan-Norveġja dwar aġġustamenti fil-preferenzi kummerċjali għall-ġobon li saru fuq il-bażi tal-Artikolu 19 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (5) tipprovdi għat-tgħaqqid ta' żewġ kwoti tat-tariffa ħielsa mid-dazju annwali tal-ġobon li joriġina min-Norveġja mill-1 ta' Jannar 2007. Għalhekk, huwa xieraq li l-Anness I.H għar-Regolament (KE) Nru 2535/2001 jiġi adattat skont dan. |
|
(5) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1549/2006 tas-17 ta' Ottubru 2006 li jemenda Anness I għal Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Komuni tad-Dwana (6) jipprovdi għal emendi mill-1 ta' Jannar 2007 għal ċerti prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi tan-NM 0406. L-Anness I.A għar-Regolament (KE) Nru 2535/2001 għandu jiġi emendat skont dan. |
|
(6) |
Id-Deċiżjoni Nru 2/2006 tal-Kunsill tal-Assoċjazzjoni bejn il-KE u t-Turkija tas-17 ta' Ottubru 2006 (7) tapprova pożizzjoni Komunitarja fil-Kunsill tal-Assoċjazzjoni bejn il-KE u t-Turkija dwar l-emenda għall-Protokolli 1 u 2 għad-Deċiżjoni 1/98 tal-Kunsill tal-Assoċjazzjoni bejn il-KE u t-Turkija dwar is-sistema tal-kummerċ għall-prodotti agrikoli. L-emenda għad-Deċiżjoni 1/98 tal-Kunsill tal-Assoċjazzjoni bejn il-KE u t-Turkija ġiet approvata mill-Kunsill tal-Assoċjazzjoni KE-Turkija fid-Deċiżjoni Nru 2 tiegħu. |
|
(7) |
Għal ċerti prodotti agrikoli, fosthom il-ġobnijiet, li joriġinaw mit-Turkija, il-Protokoll 1 emendat jipprovdi għal kwoti Komunitarji ġodda tat-tariffi u għal tibdil fil-kwoti Komunitarji eżistenti tat-tariffi stipulati fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 747/2001 tad-9 ta' April 2001 li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ tariffa ta’ kwoti tal-Komunità u ta’ kwantitajiet ta’ referenza għall-prodotti eliġibbli għal preferenzi bis-saħħa ta’ ftehim ma' ċerti pajjiżi tal-Mediterran u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1981/94 u (KE) Nru 934/95 (8). Għalhekk, huwa xieraq li l-kwantità tal-kwota u d-deskrizzjonijiet tal-prodotti fl-annessi rilevanti għar-Regolament (KE) Nru 2535/2001 jiġu aġġustati. |
|
(8) |
Ir-Regolament (KE) Nru 2535/2001 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
|
(9) |
Il-miżuri provduti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Ħalib u għall-Prodotti tal-Ħalib, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 2535/2001 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
1. |
fl-Artikolu 2, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej: “Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 (9) għandu japplika għajr fejn huwa pprovdut mod ieħor f'dan ir-Regolament.” |
|
2. |
is-subparagrafu 1 tal-Artikolu 6 għandu jinbidel b'dan li ġej: “L-Anness I jistipula l-kwoti tat-tariffi, id-dazji li għandhom jiġu applikati, il-kwantitajiet massimi li għandhom jiġu importati kull sena, il-perjodi tal-kwoti tat-tariffi tal-importazzjoni u t-tqassim tagħhom f'żewġ partijiet indaqs għal perjodi ta' sitt xhur.”; |
|
3. |
l-Artikolu 8 għandu jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 8 Permezz ta' deroga mill-ewwel paragrafu tal-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, għandha tingħata l-approvazzjoni lill-applikanti li, qabel l-1 ta' April ta' kull sena, jippreżentaw talba lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn huma stabbiliti u li fih huma rreġistrati għall-finijiet ta' VAT, akkumpanjata minn prova li fis-sentejn kalendarji ta' qabel u matulhom it-tnejn huma impurtaw fi jew esportaw mill-Komunità mill-inqas 25 tunnellata ta' prodotti tal-ħalib koperti mill-Kapitolu 04 tan-Nomenklatura Maqgħuda.”; |
|
4. |
l-Artikolu 12 għandu jitħassar; |
|
5. |
l-Artikolu 13 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
|
6. |
l-Artikolu 15 għandu jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 15 Fil-ħames jum tax-xogħol wara t-tmiem tal-perjodu għat-tfigħ tal-applikazzjonijiet, l-Istati Membri għandhom javżaw lill-Kummissjoni dwar l-applikazzjonijiet mitfugħa għal kull wieħed mill-prodotti konċernati. In-notifiki għandhom jinkludu l-kwantitajiet li għalihom saru l-applikazzjonijiet skont kull numru tal-kwota u kodiċi tan-NM. In-notifiki għandhom isiru fuq formoli separati għal kull kwota.”; |
|
7. |
l-Artikolu 16 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
|
8. |
l-Artikolu 18 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
|
9. |
fl-Artikolu 21, il-paragrafu 3 għandu jitħassar; |
|
10. |
fl-Artikolu 25(2), ir-raba' subparagrafu għandu jinbidel bit-test li ġej: “Il-korp kompetenti li joħroġ il-liċenzji tal-importazzjoni għandu jżomm l-oriġinali ta' kull IMA 1 ippreżentata.”; |
|
11. |
fl-Artikolu 28, il-paragrafu 3 għandu jitħassar; |
|
12. |
fl-Artikolu 32, il-paragrafu 1 għandu jinbidel bit-test li ġej: “1. Kopja taċ-ċertifikat tal-IMA 1, awtentikata kif xieraq, għandha tiġi ppreżentata, flimkien mal-liċenzja tal-importazzjoni rilevanti u l-prodotti li jirrelataw għaliha, lill-awtoritajiet tad-dwana tal-Istat Membru li qed jimporta fil-mument li tinxteħet id-dikjarazzjoni tar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 26(1), għandha tiġi ppreżentata waqt li tkun għada valida, ħlief fil-każijiet ta' forza maġġuri.”; |
|
13. |
L-Anness I.A għandu jinbidel bit-test stipulat fl-Anness I għal dan ir-Regolament; |
|
14. |
L-Anness I.D għandu jinbidel bit-test stipulat fl-Anness II għal dan ir-Regolament; |
|
15. |
L-Anness I.H għandu jinbidel bit-test stipulat fl-Anness III għal dan ir-Regolament; |
|
16. |
L-Anness II.B għandu jinbidel bit-test stipulat fl-Anness IV għal dan ir-Regolament; |
|
17. |
L-Annessi VI u VII għandhom jitħassru. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2007.
Madankollu, l-Artikolu 1(1), 1(2), 1(4) u 1(9) għandu japplika mill-1 ta' Lulju 2007 fir-rigward tal-kwoti tat-tariffi msemmija fil-partijiet A, F u H tal-Anness 1 tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001.
L-Artikolu 1(3) għandu japplika fir-rigward ta' applikazzjonijiet għal liċenzji mitfugħa mill-1 ta' Lulju 2007 'l quddiem.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussel, l-20 ta' Diċembru 2006.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
ANNESS I
“I.A
KWOTI TAT-TARIFFI MHUX SPEĊIFIKATI SKONT IL-PAJJIŻ TAL-ORIĠINI
|
Numru tal-Kwota |
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni (10) |
Pajjiż tal-Oriġini |
Kwota Annwali (f'tunnellati) |
Kwota ta' kull Sitt Xhur (f'tunnellati) |
Dazju tal-importazzjoni (EUR/100 kg piż nett) |
|
09.4590 |
0402 10 19 |
Trab tal-ħalib xkumat |
Il-pajjiżi terzi kollha |
68 537 |
34 268,5 |
47,50 |
|
09.4599 |
0405 10 11 0405 10 19 0405 10 30 |
Butir u xaħmijiet oħra u żjut li ġejjin mill-ħalib |
Il-pajjiżi terzi kollha |
11 360 |
5 680 |
94,80 |
|
0405 10 50 0405 10 90 0405 90 10 (*1) 0405 90 90 (*1) |
F'ekwivalenti ta' butir |
|||||
|
09.4591 |
ex 0406 10 20 ex 0406 10 80 |
Ġobon tal-pizza, friżat, imqatta' biċċiet kull waħda ma tiżinx aktar minn gramma (10), f'kontenituri b'kontenut nett ta' 5 kg jew aktar, b'kontenut ta' ilma, skont il-piż, ta' 52 % jew aktar, u b'kontenut ta' xaħam bil-piż tas-sustanza niexfa ta' 38 % jew aktar |
Il-pajjiżi terzi kollha |
5 360 |
2 680 |
13,00 |
|
09.4592 |
ex 0406 30 10 |
Emmentaler ipproċessat |
Il-pajjiżi terzi kollha |
18 438 |
9 219 |
71,90 |
|
04069013 |
Emmentaler |
85,80 |
||||
|
09.4593 |
ex 0406 30 10 |
Gruyère ipproċessat |
Il-pajjiżi terzi kollha |
5 413 |
2 706,5 |
71,90 |
|
0406 90 15 |
Gruyère, Sbrinz |
85,80 |
||||
|
09.4594 |
04069001 |
Ġobon għall-ipproċessar (11) |
Il-pajjiżi terzi kollha |
20 007 |
10 003,5 |
83,50 |
|
09.4595 |
0406 90 21 |
Cheddar |
Il-pajjiżi terzi kollha |
15 005 |
7 502,5 |
21,00 |
|
09.4596 |
ex 0406 10 20 |
Ġobon frisk (mhux misjur jew ikkurat), inkluż ġobon tax-xorrox, u baqta għajr il-ġobon tal-pizza tan-numru tal-kwota 09.4591 |
Il-pajjiżi terzi kollha |
19 525 |
9 762,5 |
92,60 |
|
ex 0406 10 80 |
106,40 |
|||||
|
0406 20 90 |
Ġobon ieħor maħkuk jew fi trab |
94,10 |
||||
|
0406 30 31 |
Ġobon ieħor ipproċessat |
69,00 |
||||
|
04063039 |
71,90 |
|||||
|
0406 30 90 |
102,90 |
|||||
|
0406 40 10 0406 40 50 0406 40 90 |
Ġobon bil-vina blu u ġobon ieħor li fih il-vini li huma prodotti minn Penicillium roqueforti |
70,40 |
||||
|
0406 90 17 |
Bergkäse u Appenzell |
85,80 |
||||
|
0406 90 18 |
Fromage Fribourgeois, Vacherin Mont d'Or u Tête de Moine |
75,50 |
||||
|
0406 90 23 |
Edam |
|||||
|
0406 90 25 |
Tilsit |
|||||
|
0406 90 27 |
Butterkäse |
|||||
|
0406 90 29 |
Kashkaval |
|||||
|
0406 90 32 |
Feta |
|||||
|
0406 90 35 |
Kefalo-Tyri |
|||||
|
0406 90 37 |
Finlandia |
|||||
|
0406 90 39 |
Jarlsberg |
|||||
|
0406 90 50 |
Ġobon mill-ħalib tan-nagħġa jew tal-buflu |
|||||
|
ex 0406 90 63 |
Pecorino |
94,10 |
||||
|
0406 90 69 |
Other |
|||||
|
0406 90 73 |
Provolone |
75,50 |
||||
|
ex 0406 90 75 |
Caciocavallo |
|||||
|
ex 0406 90 76 |
Danbo, Fontal, Fynbo, Havarti, Maribo, Samsø |
|||||
|
0406 90 78 |
Gouda |
|||||
|
ex 0406 90 79 |
Esrom, Italico, Kernhem, Saint-Paulin |
|||||
|
ex 0406 90 81 |
Cheshire, Wensleydale, Lancashire, Double Gloucester, Blarney, Colby, Monterey |
|||||
|
0406 90 82 |
Camembert |
|||||
|
0406 90 84 |
Brie |
|||||
|
0406 90 86 |
Li jaqbeż l-47 % iżda ma jaqbiżx it-52 % |
|||||
|
0406 90 87 |
Li jaqbeż it-52 % iżda ma jaqbiżx it-62 % |
|||||
|
0406 90 88 |
Li jaqbeż it-62 % iżda ma jaqbiżx it-72 % |
|||||
|
0406 90 93 |
Li jabqeż it-72 % |
92,60 |
||||
|
0406 90 99 |
Ieħor |
106,40 |
||||
ANNESS II
“I.D
KWOTI TAT-TARIFFI TAĦT IL-PROTOKOLL TAD-DEĊIŻJONI Nru 1/98 TAL-KUNSILL TAL-ASSOĊJAZZJONI BEJN IL-KE U T-TURKIJA
|
Numru tal-kwota |
Kodiċi tan-NM |
Deskrizzjoni (12) |
Pajjiż tal-oriġini |
Kwota annwali mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru (f'tunnellati) |
Dazju tal-importazzjoni (EUR/100 kg piż nett) |
|
09.4101 |
0406 90 29 |
Ġobon Kashkaval |
It-Turkija |
2 300 |
0 |
|
ex 0406 90 32 |
Feta magħmula mill-ħalib tan-nagħġa jew tal-buflu f’kontenituri bis-salmura, jew fi fliexken magħmula mill-ġlud tan-nagħaġ jew tal-mogħoż |
||||
|
0406 90 50 |
Ġobon ieħor magħmul mill-ħalib tan-nagħġa jew tal-buflu f’kontenituri bis-salmura, jew fi fliexken magħmula mill-ġlud tan-nagħaġ jew tal-mogħoż |
||||
|
ex 0406 90 86 ex 0406 90 87 ex 0406 90 88 |
Tulum Peyniri, magħmul mill-ħalib tan-nagħġa jew tal-buflu, f'imballaġġ individwali ta' inqas minn 10 kg tal-plastik jew ta' tip ieħor. |
ANNESS III
“I.H
KWOTI TAT-TARIFFA SKONT L-ANNESS I GĦALL-FTEHIM MAR-RENJU TAN-NORVEĠJA
|
Numru tal-Kwota |
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni (13) |
Dazju tad-dwana |
Kwota mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Ġunju kwantitajiet f'tunnellati |
|
|
annwali |
kull sitt xhur |
||||
|
09.4179 |
0406 10 |
Ġobnijiet friski |
eżenzjoni |
4 000 |
2 000 |
|
ex 0406 90 23 |
Edam Norveġiż |
||||
|
0406 90 39 |
Jarlsberg |
||||
|
ex 0406 90 78 |
Gouda Norveġiż |
||||
|
0406 90 86 0406 90 87 0406 90 88 |
Ġobnijiet oħra |
||||
ANNESS IV
“II.B
ARRANĠAMENTI PREFERENZJALI GĦALL-IMPORTAZZJONI - IT-TURKIJA
|
Numru tas-serje |
Kodiċi tan-NM |
Deskrizzjoni |
Pajjiż tal-oriġini |
Dazju tal-importazzjoni (EUR/100 kg piż nett mingħajr indikazzjoni ulterjuri) |
|
1 |
0406 90 29 |
Kashkaval |
It-Turkija |
67,19 |
|
2 |
ex 0406 90 32 |
Feta magħmula mill-ħalib tan-nagħaġ jew tal-buflu f’kontenituri bis-salmura, jew fi fliexken magħmula mill-ġlud tan-nagħaġ jew tal-mogħoż |
It-Turkija |
67,19 |
|
ex 0406 90 50 |
Ġobon ieħor magħmul mill-ħalib tan-nagħġa jew tal-buflu f’kontenituri bis-salmura, jew fi fliexken magħmula mill-ġlud tan-nagħaġ jew tal-mogħoż |
|||
|
3 |
ex 0406 90 86 ex 0406 90 87 ex 0406 90 88 |
Tulum Peyniri, magħmul mill-ħalib tan-nagħġa jew tal-buflu, f'imballaġġ individwali ta' inqas minn 10 kg tal-plastik jew ta' tip ieħor. |
It-Turkija |
67,19 ” |
(1) ĠU L 160, 26.6.1999, p. 48. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2).
(2) ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.
(3) ĠU L 341, 22.12.2001, p. 29. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 926/2006 (ĠU L 170, 23.6.2006, p. 8).
(4) ĠU L 355, 15.12.2006, p. 1.
(5) ĠU L 346, 9.12.2006, p. 30.
(6) ĠU L 301, 31.10.2006, p. 1.
(7) ĠU L 367, 22.12.2006, p. 68.
(8) ĠU L 109, 19.4.2001, p. 2. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1712/2006 (ĠU L 321, 21.11.2006, p. 7).
(9) ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.
(*1) 1 kg prodott = 1,22 kg butir
(10) Irrispettivament mir-regoli għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-kliem użat għad-deskrizzjoni tal-prodott għandu jiġi kkunsidrat bħala li għandu biss valur indikattiv, peress li l-applikabbiltà tal-arranġamenti preferenzjali hija determinata fil-kuntest ta' dan l-Anness mill-ambitu tal-kodiċi tan-NM. Fejn huma indikati kodiċi tan-NM ex, l-applikabbiltà tal-iskema preferenzjali hija determinata abbażi tal-kodiċi tan-NM u d-deskrizzjoni korrispondenti meħuda flimkien.
(11) Il-ġobnijiet imsemmija huma kkunsidrati bħala pproċessati meta jkunu ġew ipproċessati fi prodotti li jaqgħu fis-sottotitolu 0406 30 tan-Nomenklatura Magħquda. Japplikaw l-Artikoli 291 sa 300 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.”
(12) Minkejja r-regoli għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda, il-kliem użat għad-deskrizzjoni tal-produtti għandu jkun ikkunsidrat bħala li għandu biss valur indikattiv, bl-applikabbiltà tal-iskema preferenzjali tkun determinata, għall-finijiet ta' dan l-Anness, minn dak li hu kopert mill-kodiċi tan-NM. Fejn huma indikati kodiċi tan-NM ex, l-applikabbiltà tal-iskema preferenzjali hija determinata abbażi tal-kodiċi tan-NM u d-deskrizzjoni korrispondenti meħuda flimkien.”
(13) Minkejja r-regoli għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-kliem użat għad-deskrizzjoni tal-prodott għandu jiġi kkunsidrat bħala li għandu biss valur indikattiv, l-arranġamenti preferenzjali huma determinati, fi ħdan il-kuntest ta' dan l-Anness, minn dak li hu kopert mill-kodiċi tan-NM.”