Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006L0045

2006/45/KE: Direttiva tal-Kummissjoni 2006/45/KE tas- 16 ta’ Mejju 2006 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE fir-rigward ta’ l-ispeċifikazzjonijiet tas-sustanza attiv propoxycarbazone one Test b’rilevanza għaż-ŻEE.

ĠU L 130, 18.5.2006, p. 27–28 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 330M, 28.11.2006, p. 401–402 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 13/06/2011

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2006/45/oj

28.11.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

401


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2006/45/KE

tas-16 ta’ Mejju 2006

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE fir-rigward ta’ l-ispeċifikazzjonijiet tas-sustanza attiv propoxycarbazone one

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (1), u b’mod partikolari t-tieni inċiż u t-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 6(1) tagħha,

Billi:

(1)

Bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/119/KE (2) il-propoxycarbazone ġie inkluż bħala sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE.

(2)

Meta tiġi applikata l-inklużjoni tal- propoxycarbazone il-manufattur tagħha il-Bayer CropScience taw speċifikazzjonijiet ibbażati fuq produzzjoni fuq skala żgħira. Għall-produzzjoni fuq skala kbira l-kumpanija issa għandha l-intenzjoni li timmodifika l-ispeċifikazzjonijiet fir-rigward tal-purezza. Ressqet data li turi li l-ispeċifikazzjoni mmodifikata tissodisfa l-kondizzjonijiet għall-inklużjoni.

(3)

Il-Ġermanja, evalwat l-informazzjoni u d-data sottomessa mill-kumpanija. Infurmat lill-Kummissjoni f’Lulju ta’ l-2005 li hi kkonkludiet li l-ispeċifikazzjoni mmodifikata ma tikkawża ebda riskju ieħor minbarra dawk li diġà ttieħdu in konsiderazzjoni bl-inklużjoni tal-propoxycarbazone fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE u fir-rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni għal dik is-sustanza.

(4)

Għalhekk huwa ġġustifikat li jiġu modifikati l-ispeċifikazzjonijiet tal-propoxycarbazone.

(5)

Huwa għalhekk xieraq li d-Direttiva 91/414/KEE tkun emendata skond dan.

(6)

Il-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE huwa emendat kif jidher fl-Anness għal din id-Direttiva.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jaddottaw u jippubblikaw sa mhux iktar tard minn [erba’ xhur wara l-pubblikazzjoni] il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet minn [erba’ xhur+ jum wieħed wara l-pubblikazzjoni].

Meta l-Istati Membri jaddottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandha tinhemeż magħhom referenza bħal din dakinhar tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha issir referenza bħal din.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, nhar is-16 ta’ Mejju 2006.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjon


(1)  ĠU L 230, tad-19.8.1991, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2006/39/KE (ĠU L 104, 13.4.2006, p. 30).

(2)  ĠU L 325, tat-12.12.2003, p. 41.


ANNESS

Fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE, filliera 77 tinbidel b’dan li ġej:

“77

Propoxy-arbazone

CAS No 145026-81-9

CIPAC No 655

2-(4,5-dihydro-4-methyl-5-oxo-3-propoxy-1H-1,2,4-triazol-1-yl) arboxamidosulfonylbenzoicacid-methylester

> 950 g/kg (espressi bħala propoxy-carbazone-sodium)

l-1 ta’ April 2004

il-31 ta’ Marzu 2014

Użu bħala erbiċida biss jista’ jiġi awtorizzat.

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi ta’ l-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta’ reviżjoni dwar il-propoxycarbazone, u b’mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali fil-3 ta’ Ottubru 2003 għandu jittieħed in konsiderazzjoni. F’din il-valutazzjoni globali, l-Istati Membri jridu:

jagħtu attenzjoni partikolari għall-potenzjal tal-propoxycarbazone u l-prodotti metaboliċi tagħha fil-kontaminazzjoni ta’ l-ilma tal-pjan, meta sustanzi attivi jiġu applikati f’ reġjuni li jkollhom ħamrija vulnerabbli u/jew kondizzjonijiet klimatiċi;

jagħtu attenzjoni partikolari għall-protezzjoni ta’ l-ekosistemi akwatiċi, speċjalment tal-pjanti akwatiċi.

Għandhom jiġu applikati miżuri ta’ trażżin tar-riskju fejn jixraq.”


Top