EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006D0330

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 5 ta' April 2006 li temenda d-Deċiżjoni 2005/432/KE li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali u tas-saħħa pubblika u ċ-ċertifikati mudell għall-importazzjonijiet tal-prodotti tal-laħam għall-konsum mill-bniedem minn pajjiżi terzi u li tirrevoka d-Deċiżjonijiet 97/41/KE, 97/221/KE 97/222/KE (innotifikata taħt dokument numru C(2006) 1319) Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

ĠU L 121, 6.5.2006, p. 43–54 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 118M, 8.5.2007, p. 677–688 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/11/2007; Impliċitament imħassar minn 32007D0777

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/330/oj

8.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

677


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-5 ta' April 2006

li temenda d-Deċiżjoni 2005/432/KE li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali u tas-saħħa pubblika u ċ-ċertifikati mudell għall-importazzjonijiet tal-prodotti tal-laħam għall-konsum mill-bniedem minn pajjiżi terzi u li tirrevoka d-Deċiżjonijiet 97/41/KE, 97/221/KE 97/222/KE

(innotifikata taħt dokument numru C(2006) 1319)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2006/330/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/118/KEE tas-17 ta' Diċembru 1992 li tipprovdi għal rekwiżiti fir-rigward tas-saħħa ta' l-annimali u tas-saħħa pubblika li jirregolaw il-kummerċ u l-importazzjoni fil-Komunità ta' prodotti mhux soġġetti għar-rekwiżiti stabbiliti f'regoli Komunitarji speċifiċi msemmija fl-Anness A(1) tad-Direttiva 89/662/KEE u, fejn jidħlu l-patoġeni, id-Direttiva 90/425/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(2)(c) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (2), u b'mod partikolari l-frażi introduttorja ta' l-Artikolu 8, l-ewwel paragrafu tal-punt 1 ta' l-Artikolu 8, l-Artikolu 8(4) u l-Artikoli 9(2)(b) u 9(4)(b) u (c) tagħha.

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE tal-21 ta' Diċembru 1976 li tikkompila lista ta' pajjiżi terzi jew ta' partijiet minn pajjiżi terzi, u li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali u tas-saħħa pubblika u taċ-ċertifikazzjoni veterinarja, għall-importazzjoni fil-Komunità ta' ċerti annimali ħajjin u l-laħam frisk tagħhom (3) tistabbilixxi l-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali għall-importazzjoni fil-Komunità ta' annimali ħajjin, minbarra l-annimali ekwini, u tal-laħam frisk ta' annimali ta' din ix-xorta imma teskludi l-preparazzjonijiet tal-laħam.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/432/KE (4) tistabbilixxi r-regoli dwar is-saħħa ta' l-annimali u s-saħħa pubblika għall-importazzjonijiet fil-Komunità tal-konsenji ta' ċerti prodotti tal-laħam, inklużi l-listi ta' pajjiżi terzi u ta' partijiet minn pajjiżi terzi minfejn għandhom ikunu awtorizzati l-importazzjonijiet ta' prodotti ta' din ix-xorta. Dik id-Deċiżjoni tistabbilixxi wkoll iċ-ċertifikati mudell dwar is-saħħa ta' l-annimali u s-saħħa pubblika u r-regoli dwar it-trattamenti meħtieġa għal dawk il-prodotti.

(3)

Huwa meħtieġ li jkun żgurat li hemm korelazzjoni xierqa mar-reġjonalizzazzjoni, fejn japplika, tal-pajjiżi terzi, u b'mod partikolari tal-Brażil, tan-Namibja u ta' l-Afrika t'Isfel, biex ikun importat il-laħam frisk fil-Komunità, ħalli jkun żgurat li kwalunkwe laħam li jintuża fil-prodotti tal-laħam mhux ġej minn annimali minn imkejjen li huma soġġetti għal restrizzjonijiet minħabba mard, biex ikun iċċarat l-użu tal-ġewwieni f'ċerti prodotti tal-laħam u sabiex ir-rekwiżiti għal-laħam ta' l-għasafar tal-kaċċa użat fil-prodotti tal-laħam jkunu spjegati b'mod ċar.

(4)

Is-Serbja u l-Montenegro huma Repubbliki bit-territorji doganali tagħhom, li flimkien jifformaw Unjoni ta' Stati. Għalhekk għandhom jiddaħħlu b'mod separat fil-lista tal-pajjiżi terzi u tal-partijiet minn pajjiżi terzi minfejn għandhom ikunu awtorizzati l-importazzjonijiet.

(5)

Id-Deċiżjoni 2005/432/KE għalhekk għandha tkun emendata skond dan.

(6)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2005/432/KE hija emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 4 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 4

Il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali li jikkonċernaw l-oriġini u t-trattament tal-prodotti tal-laħam

Soġġetti għall-konformità mal-kondizzjonijiet li jikkonċernaw l-oriġini u t-trattament tal-prodotti tal-laħam li huma deskritti fl-Anness I(1) u (2), l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjonijiet tal-prodotti tal-laħam li joriġinaw fil-pajjiżi terzi u fil-partijiet mill-pajjiżi terzi li ġejjin:

a)

fil-każ tal-prodotti tal-laħam li mhumiex soġġetti għal trattament speċifiku kif jissemma fil-punt 2(a)(ii) ta' l-Anness I, il-pajjiżi terzi elenkati fil-Parti 2 ta' l-Anness II u l-partijiet mill-pajjiżi terzi elenkati fil-Parti 1 ta' dak l-Anness;

b)

fil-każ tal-prodotti tal-laħam li huma soġġetti għal trattament speċifiku kif jissemma fil-punt 2(a)(ii) ta' l-Anness I, il-pajjiżi terzi elenkati fil-Partijiet 2 u 3 ta' l-Anness II u l-partijiet mill-pajjiżi terzi elenkati fil-Parti 1 ta' dak l-Anness.”

(2)

L-Annessi I, II u III jinbidlu bit-test fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta' Lulju 2006.

Madankollu, iċ-ċertifikati dwar is-saħħa ta' l-annimali u dik pubblika li nħarġu qabel id-data ta' l-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni jistgħu jintużaw sa 1/X/2006.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, nhar il-5 ta' April 2006.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 62, 15.3.1993, p. 49. Direttiva kif emendata l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 445/2004 (ĠU L 72, 11.3.2004, p. 60).

(2)  ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

(3)  ĠU L 146, 14.6.1979, p. 15. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/753/KE (ĠU L 282, 26.10.2005, p. 22).

(4)  ĠU L 151, 14.6.2005, p. 3.


ANNESS

ANNESS I

1.

Il-prodotti tal-laħam li joriġinaw fil-pajjiżi terzi jew fil-partijiet mill-pajjiżi terzi li jissemmew fl-Artikolu 4(a) għandu jkun fihom laħam li huwa eliġibbli għall-importazzjoni fil-Komunità bħala laħam frisk u/jew prodotti tal-laħam li ġejjin minn speċi waħda jew aktar jew minn annimali li għaddew minn trattament li mhux speċifiku kif inhu deskritt fil-Parti 4 ta' l-Anness II.

2.

Il-prodotti tal-laħam li joriġinaw fil-pajjiżi terzi jew fil-partijiet mill-pajjiżi terzi li jissemmew fl-Artikolu 4(b) għandhom jikkonformaw mal-kondizzjonijiet li ġejjin li huma deskritti f'(a), (b) jew (c).

a)

il-prodotti tal-laħam:

i)

irid ikun fihom laħam u/jew prodotti tal-laħam li ġejjin minn speċi waħda jew minn annimal wieħed kif deskritt taħt il-kolonna rilevanti fil-Partijiet 2 u 3 ta' l-Anness II li tindika l-ispeċi jew l-annimal ikkonċernat; u

ii)

iridu jkunu għaddew għall-inqas mit-trattament speċifiku meħtieġ għal-laħam ta' dik l-ispeċi jew ta' dak l-annimal kif deskritt fil-Parti 4 ta' l-Anness II; jew

b)

il-prodotti tal-laħam:

i)

irid ikun fihom laħam frisk, ipproċessat jew parzjalment ipproċessat ta' aktar minn speċi waħda jew ta' aktar minn annimal wieħed kif deskritt taħt il-kolonna rilevanti tal-Partijiet 2 u 3 ta' l-Anness II li jitħalltu flimkien qabel ma jgħaddu mit-trattament finali tagħhom kif deskritt fil-Parti 4 ta' l-Anness II; u

ii)

it-trattament finali li jissemma f'(i) irid ikun iebes għall-inqas daqs l-aktar trattament iebes li huwa deskritt fil-Parti 4 ta' l-Anness II għal-laħam ta' l-ispeċi jew ta' l-annimali kkonċernati kif deskritt taħt il-kolonna rilevanti fil-Partijiet 2 u 3 ta' l-Anness II; jew

c)

il-prodotti tal-laħam finali:

i)

iridu jkunu ppreparati billi jitħallat il-laħam li ġie ttrattat qabel ta' aktar minn speċi waħda jew ta' aktar minn annimal wieħed; u

ii)

it-trattament ta' qabel li jissemma f'(i) li għadda minnu kull komponent tal-laħam tal-prodott tal-laħam kellu jkun iebes għall-inqas daqs it-trattament rilevanti deskritt fil-Parti 4 ta' l-Anness II għall-ispeċi jew għall-annimal ikkonċernat kif deskritt taħt il-kolonna rilevanti.

3.

It-trattamenti deskritti fil-Parti 4 ta' l-Anness II għandhom jikkostitwixxu l-kondizzjonijiet ta' l-ipproċessar li huma l-inqas aċċettabbli għall-finijiet tas-saħħa ta' l-annimali għal-laħam li ġej mill-ispeċi jew mill-annimal rilevanti li toriġina/joriġina fil-pajjiżi terzi jew fil-partijiet mill-pajjiżi terzi elenkati fl-Anness II. Madankollu, f'każi fejn il-ġewwieni mhux awtorizzat minħabba restrizzjonijiet fuq is-saħħa ta' l-annimal, jista' jintuża fi prodott tal-laħam sakemm jitwettaq it-trattament rilevanti li jissemma fil-Parti 2 ta' l-Anness II. Barra minn hekk, stabbiliment jista' jiġi awtorizzat li jipproduċi prodotti tal-laħam li għaddew mit-trattamenti B, C jew D kif jissemma fil-Parti 4 ta' l-Anness II, anki fejn dak l-istabbiliment jinsab f'pajjiż terz jew f'parti minn pajjiż terz li mhux awtorizzat għall-importazzjonijiet ta' laħam frisk fil-Komunità.

ANNESS II

PARTI 1

It-territorji reġjonalizzati għall-pajjiżi li huma elenakti fil-partijiet 2 u 3

Il-pajjiż

It-territorju

Deskrizzjoni tat-territorju

Il-kodiċi ISO

Il-verżjoni

L-Arġentina

AR

01/2004

Il-pajjiż kollu

AR-1

01/2004

Il-pajjiż kollu, ħlief għall-Provinċji ta' Chubut, Santa Cruz u Tierra del Fuego għall-ispeċi koperti mid-Deċiżjoni 79/542/KEE (kif emendata l-aħħar)

AR-2

01/2004

Il-Provinċji ta' Chubut, Santa Cruz u Tierra del Fuego għall-ispeċi koperti mid-Deċiżjoni 79/542/KEE (kif emendata l-aħħar)

Il-Bulgarija (*)

BG

01/2004

Il-pajjiż kollu

BG-1

01/2004

Kif deskritt fil-Parti I ta' l-Anness II għad-Deċiżjoni 79/542/KEE (kif emendata l-aħħar)

BG-2

01/2004

Kif deskritt fil-Parti I ta' l-Anness II għad-Deċiżjoni 79/542/KEE (kif emendata l-aħħar)

Il-Brażil

BR

01/2004

Il-pajjiż kollu

BR-1

01/2005

L-Istati ta' Rio Grande do Sul, Santa Catarina, Paraná, São Paulo u Mato Grosso do Sul

BR-2

01/2005

Parti mill-Istat ta' Mato Grosso do Sul (ħlief għall-muniċipalitajiet ta' Sonora, Aquidauana, Bodoqueno, Bonito, Caracol, Coxim, Jardim, Ladario, Miranda, Pedro Gomes, Porto Murtinho, Rio Negro, Rio Verde of Mato Grosso u Corumbá);

L-Istat ta' Paraná;

L-Istat ta' Sao Paulo;

Parti mill-Istat ta' Minas Gerais (ħlief għad-delegazzjonijiet reġjonali ta' Oliveira, Passos, São Gonçalo de Sapucai, Setelagoas u Bambuí);

L-Istat ta' Espíritu Santo;

L-Istat ta' Rio Grande do Sul;

L-Istat ta' Santa Catarina;

L-Istat ta' Goias;

Parti mill-Istat ta' Mato Grosso li jinkludi:

l-unità reġjonali ta' Cuiaba (ħlief għall-muniċipalitajiet ta' San Antonio de Leverger, Nossa Senhora do Livramento, Pocone u Barão de Melgaço); l-unità reġjonali ta' Caceres (ħlief għall-muniċipalità ta' Caceres); l-unità reġjonali ta' Lucas do Rio Verde; l-unità reġjonali ta' Rondonopolis (ħlief għall-muniċipalità ta' Itiquiora); l-unità reġjonali ta' Barra do Garça u l-unità reġjonali ta' Barra do Burgres.

BR-3

01/2005

L-Istati ta' Goiás, Minas Gerais, Mato Grosso, Mato Grosso do Sul, Paraná, Rio Grande do Sul, Santa Catarina u São Paulo

Il-Malasja

MY

01/2004

Il-pajjiż kollu

MY-1

01/2004

Il-Malasja peniżolari (tal-Punent) biss

In-Namibja

NA

01/2005

Il-pajjiż kollu

NA-1

01/2005

Lejn in-Nofsinhar mill-perimetru taż-żona magħluqa li jestendi mill-Punt ta' Palgrave fil-Punent sa Gam fil-Lvant

L-Afrika t’Isfel

ZA

01/2005

Il-pajjiż kollu

ZA-1

01/2005

Il-pajjiż kollu ħlief:

għall-parti taż-żona ta' kontroll minħabba l-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer li tinsab fir-reġjuni veterinarji ta' Mpumalanga u l-provinċji tat-Tramuntana, id-distrett ta' Ingwavuma fir-reġjun veterinarju ta' Natal u fiż-żona tal-fruntiera mal-Botswana, il-lvant tal-lonġitudini 28o, u d-distrett ta' Camperdown fil-provinċja ta' KwaZuluNatal.

PARTI 2

Il-pajjiżi terzi jew partijiet minnhom minfejn huma awtorizzati l-importazzjonijiet tal-prodotti tal-laħam fil-Komunità

Il-kodiċi ISO

Il-pajjiż ta' l-oriġini jew parti minnu

1.

Annimal bovin domestiku

2.

Annimali tal-kaċċa bid-difer mifruq imrobbija għal skopijiet kummer-ċjali (ħlief għall-ħnieżer)

Annimal ovin/kaprin domesti-ku

1.

Annimal porċin domestiku

2.

Annimali tal-kaċċa bid-difer mifruq imrobbija għal skopijiet kummerċjali (ħnieżer)

Annimal b'difru sod domestiku

1.

Tajr domestiku

2.

Annimali tal-kaċċa bir-rix imrobbija għal skopijiet kummer-ċjali (ħlief għall-għasafar li ma jtirux)

Għasafar li ma jtirux imrobbi-ja għal skopijiet kummer-ċjali

Il-fenek domesti-ku u l-leporidae mrobbija għal skopijiet kummer-ċjali

Annimali slavaġ tal-kaċċa bid-difer mifruq (ħlief għall-ħnieżer)

Ħnieżer slavaġ

Annimal salvaġġ b'difru sod

Leporidae slavaġ (fniek u liebri)

Għasafar tal-kaċċa slavaġ

Mammali ta' l-art slavaġ tal-kaċċa (ħlief għall-mammali biddifer mgħawweġ, għal dawk biddifer sod u għal-leporidae)

AR

L-Arġentina AR

C

C

C

A

A

A

A

C

C

XXX

A

D

XXX

L-Arġentina AR-1 (1)

C

C

C

A

A

A

A

C

C

XXX

A

D

XXX

L-Arġentina AR-2 (1)

A (2)

A (2)

C

A

A

A

A

C

C

XXX

A

D

XXX

AU

L-Awstralja

A

A

A

A

D

D

A

A

A

XXX

A

D

A

BG

Il-Bulgarija (****) BG

D

D

D

A

A

A

A

D

D

XXX

A

A

XXX

Il-Bulgarija BG-1

A

A

D

A

A

A

A

A

D

XXX

A

A

XXX

Il-Bulgarija BG-2

D

D

D

A

A

A

A

D

D

XXX

A

A

XXX

BH

Il-Baħrajn

B

B

B

B

XXX

XXX

A

C

C

XXX

A

XXX

XXX

BR

Il-Brażil

XXX

XXX

XXX

A

D

D

A

XXX

XXX

XXX

A

D

XXX

Il-Brażil BR-1

XXX

XXX

XXX

A

XXX

A

A

XXX

XXX

XXX

A

A

XXX

Il-Brażil BR-2

C

C

C

A

D

D

A

C

XXX

XXX

A

D

XXX

Il-Brażil BR-3

XXX

XXX

XXX

A

A

XXX

A

XXX

XXX

XXX

A

D

XXX

BW

Il-Botswana

B

B

B

B

XXX

A

A

B

B

A

A

XXX

XXX

BY

Il-Belarus

C

C

C

B

XXX

XXX

A

C

C

XXX

A

XXX

XXX

CA

Il-Kanada

A

A

A

A

A

A

A

A

A

XXX

A

A

A

CH

L-Iżvizzera

A

A

A

A

A

A

A

A

A

XXX

A

A

XXX

CL

Iċ-Ċili

A

A

A

A

A

A

A

B

B

XXX

A

A

XXX

CN

Iċ-Ċina

B

B

B

B

B

B

A

B

B

XXX

A

B

XXX

CO

Il-Kolombja

B

B

B

B

XXX

A

A

B

B

XXX

A

XXX

XXX

ET

L-Etijopja

B

B

B

B

XXX

XXX

A

B

B

XXX

A

XXX

XXX

GL

Greenland

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX

A

XXX

XXX

XXX

A

A

A

HK

Ħong Kong

B

B

B

B

D

D

A

B

B

XXX

A

XXX

XXX

HR

Il-Kroazja

A

A

D

A

A

A

A

A

D

XXX

A

A

XXX

IL

L-Iżrael

B

B

B

B

A

A

A

B

B

XXX

A

A

XXX

IN

L-Indja

B

B

B

B

XXX

XXX

A

B

B

XXX

A

XXX

XXX

IS

L-Iżlanda

B

B

B

A

A

A

A

B

B

XXX

A

A

XXX

KE

Il-Kenja

B

B

B

B

XXX

XXX

A

B

B

XXX

A

XXX

XXX

KR

Il-Korea t’Isfel

XXX

XXX

XXX

XXX

D

D

A

XXX

XXX

XXX

A

D

XXX

MA

Il-Marokk

B

B

B

B

XXX

XXX

A

B

B

XXX

A

XXX

XXX

MG

Il-Madagaskar

B

B

B

B

D

D

A

B

B

XXX

A

D

XXX

MK

L-ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (**)

A

A

B

A

XXX

XXX

A

B

B

XXX

A

XXX

XXX

MU

Il-Mawrizju

B

B

B

B

XXX

XXX

A

B

B

XXX

A

XXX

XXX

MX

Il-Messiku

A

D

D

A

D

D

A

D

D

XXX

A

D

XXX

MY

Il-Malasja MY

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX

Il-Malasja MY-1

XXX

XXX

XXX

XXX

D

D

A

XXX

XXX

XXX

A

D

XXX

NA

In-Namibja (1)

B

B

B

B

D

A

A

B

B

A

A

D

XXX

NZ

In-New Zealand

A

A

A

A

A

A

A

A

A

XXX

A

A

A

PY

Il-Paragwaj

C

C

C

B

XXX

XXX

A

C

C

XXX

A

XXX

XXX

RO

Ir-Rumanija (****)

A

A

D

A

A

A

A

A

D

XXX

A

A

A

RU

Ir-Russja

C

C

C

B

XXX

XXX

A

C

C

XXX

A

XXX

A

SG

Singapor

B

B

B

B

D

D

A

B

B

XXX

A

XXX

XXX

SZ

Is-Sważiland

B

B

B

B

XXX

XXX

A

B

B

A

A

XXX

XXX

TH

It-Tajlandja

B

B

B

B

A

A

A

B

B

XXX

A

D

XXX

TN

It-Tuneżija

C

C

B

B

A

A

A

B

B

XXX

A

D

XXX

TR

It-Turkija

XXX

XXX

XXX

XXX

D

D

A

XXX

XXX

XXX

A

D

XXX

UA

L-Ukraina

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX

A

XXX

XXX

XXX

A

XXX

XXX

US

L-Istati Uniti

A

A

A

A

A

A

A

A

A

XXX

A

A

XXX

UY

L-Urugwaj

C

C

B

A

D

A

A

XXX

XXX

XXX

A

D

XXX

XM

Il-Montenegro (***)

A

A

D

A

D

D

A

D

D

XXX

A

XXX

XXX

XS

Is-Serbja (***)  (*****)

A

A

D

A

D

D

A

D

D

XXX

A

XXX

XXX

ZA

L-Afrika t’Isfel (1)

C

C

C

A

D

A

A

C

C

A

A

D

XXX

ZW

Iż-Żimbabwe (1)

C

C

B

A

D

A

A

B

B

XXX

A

D

XXX

PARTI 3

Il-pajjiżi terzi jew partijiet minnhom li mhumiex awtorizzati taħt ir-reġim ta' trattament mhux speċifiku (A) imma minfejn huma awtorizzati l-importazzjonijiet fil-Komunità tal-biltong/jerky u tal-prodotti tal-laħam pasturizzati

Il-kodiċi ISO

Il-pajjiż ta' l-oriġini jew parti minnu

1.

Annimal bovin domestiku

2.

Annimali tal-kaċċa bid-difer mifruq imrobbija għal skopijiet kummer-ċjali (ħlief għall-ħnieżer)

Annimal ovin/kaprin domesti-ku

1.

Annimal porċin domestiku

2.

Annimali tal-kaċċa bid-difer mifruq imrobbija għal skopijiet kummer-ċjali (ħnieżer)

Annimal b'difru sod domesti-ku

1.

Tajr domestiku

2.

Annimali tal-kaċċa bir-rix imrobbija għal skopijiet kummer-ċjali (ħlief għall-għasafar li ma jtirux)

Għasafar li ma jtirux imrobbi-ja għal skopijiet kummer-ċjali

Il-fenek domestiku u l-leporidae mrobbija għal skopijiet kummer-ċjali

Annimali slavaġ tal-kaċċa bid-difer mifruq (ħlief għall-ħnieżer)

Ħnieżer slavaġ

Annimal salvaġġ b'difru sod

Leporidae slavaġ (fniek u liebri)

Għasafar tal-kaċċa slavaġ

Mammali ta' l-art slavaġ tal-kaċċa (ħlief għall-mammali bid-difer mgħawweġ, għal dawk bid-difer sod u għal-leporidae)

AR

L-Arġentina – AR

F

F

XXX

XXX

XXX

XXX

A

XXX

XXX

XXX

A

XXX

XXX

NA

In-Namibja

XXX

XXX

XXX

XXX

E

E

A

XXX

XXX

A

A

E

XXX

In-Namibja NA-1

E

E

XXX

XXX

E

E

A

XXX

XXX

A

A

E

ZA

L-Afrika t’Isfel

XXX

XXX

XXX

XXX

E

E

A

XXX

XXX

A

A

E

XXX

L-Afrika t’Isfel ZA-1

E

E

XXX

XXX

E

E

A

XXX

XXX

A

A

E

 

ZW

Iż-Żimbabwe

XXX

XXX

XXX

XXX

E

E

A

XXX

XXX

E

A

E

XXX

PARTI 4

L-interpretazzjoni tal-kodiċijiet li ntużaw fit-tabelli fil-partijiet 2 u 3

It-Trattamenti li jissemmew fl-Anness I

It-trattament mhux speċifiku:

A

=

L-ebda temperatura minima speċifikata jew trattament ieħor ma huma stabbiliti għall-finijiet tas-saħħa ta' l-annimali għall-prodott tal-laħam. Madankollu, il-laħam irid ikun għadda minn trattament tali li s-superfiċje maqtugħa tiegħu turi li m'għadx għandu l-karatteristiċi ta' laħam frisk u l-laħam frisk użat irid jissodisfa wkoll r-regoli dwar is-saħħa ta' l-annimali li japplikaw għall-esportazzjonijiet tal-laħam frisk fil-Komunità.

It-trattamenti speċifiċi elenkati bl-aktar trattament iebes jissemma l-ewwel:

B

=

Trattament f'kontenitur issiġillat ermetikament għal valur ta' Fo ta' tlieta jew aktar.

C

=

Temperatura minima ta' 80 oC li trid tintlaħaq fil-laħam kollu waqt li l-prodott tal-laħam ikun qed jiġi pproċessat.

D

=

Temperatura minima ta' 70 oC li trid tintlaħaq fil-laħam kollu waqt li l-prodotti tal-laħam qed jiġu pproċessati, jew għal laħam mhux ipproċessat, trattament li jikkonsisti minn fermentazzjoni naturali u maturazzjoni ta' mhux inqas minn disa' xhur u li jirriżulta f'dawn il-karatteristiċi li ġejjin:

valur ta'Aw ta' mhux aktar minn 0,93,

valura tal-pH ta' mhux aktar minn 6,0.

E

=

Fil-każ ta' prodotti tat-tip biltong, trattament biex jinkisbu:

valur ta'Aw ta' mhux aktar minn 0,93,

valur tal-pH ta' mhux aktar minn 6,0.

F

=

Trattament bis-sħana li jiżgura li tintlaħaq temperatura tal-qalba ta' mill-inqas 65 oC għal perjodu ta' żmien kif ikun meħtieġ sabiex jintlaħaq valur tal-pasturizzazzjoni (pv) daqs jew akbar minn 40.

L-ANNESS III

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

(*)  Applikabbli biss sakemm dan l-Istat li Se Jissieħeb isir Stat Membru ta' l-Unjoni Ewropea.

(1)  Ara l-Parti 3 ta' dan l-Anness għar-rekwiżiti minimi ta' trattament li japplikaw għall-prodotti tal-laħam u għall-biltong pasturizzati.

(2)  Għall-prodotti tal-laħam ippreparati minn laħam frisk li jinkiseb minn annimali li tbiċċru wara l-1 ta' Marzu 2002.

(**)  Applikabbli biss sakemm dan l-Istat li se jissieħeb isir Stat Membru tal-Komunità.

(***)  L-ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja; kodiċi proviżorja li bl-ebda mod ma tiġġudika minn qabel in-nomenklatura definitiva għal dan il-pajjiż, li se jsir ftehim dwarha wara l-konklużjoni tan-negozjati li bħalissa għaddejjin dwar dan is-soġġett fin-Nazzjonijiet Uniti.

(****)  Is-Serbja u l-Montenegro huma Repubbliki b'territorji doganali individwali li flimkien jifformaw Unjoni ta' Stati u għalhekk għandhom ikunu elenkati b'mod separat.

(*****)  Ma jinkludix il-Kosovo kif iddefinit mir-Riżoluzzjoni 1244 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ta' l-10 ta' Ġunju 1999.


Top