This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32005R0416
Commission Regulation (EC) No 416/2005 of 11 March 2005 amending Annex XI to Regulation (EC) No 1774/2002 of the European Parliament and of the Council, as regards the importation from Japan of certain animal by-products intended for technical purposes (Text with EEA relevance)
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 416/2005 tal- 11 ta' Marzu 2005 li jemenda l-Anness XI tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, dwar l-importazzjoni mill-Ġappun ta’ ċerti prodotti sekondarji ta’ l-annimali, maħsuba għal skopijiet tekniċi Test b'relevanza għaż-ŻEE.
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 416/2005 tal- 11 ta' Marzu 2005 li jemenda l-Anness XI tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, dwar l-importazzjoni mill-Ġappun ta’ ċerti prodotti sekondarji ta’ l-annimali, maħsuba għal skopijiet tekniċi Test b'relevanza għaż-ŻEE.
ĠU L 66, 12.3.2005, p. 10–11
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO)
ĠU L 275M, 6.10.2006, p. 224–225
(MT)
No longer in force, Date of end of validity: 03/03/2011; Impliċitament imħassar minn 32009R1069
6.10.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
224 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 416/2005
tal-11 ta' Marzu 2005
li jemenda l-Anness XI tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, dwar l-importazzjoni mill-Ġappun ta’ ċerti prodotti sekondarji ta’ l-annimali, maħsuba għal skopijiet tekniċi
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Ottubru 2002 li jistipula regoli tas-saħħa dwar prodotti sekondarji ta’ l-annimali mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem (1), u partikolarment l-Artikolu 29(3) tiegħu.
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 jistipula l-ħtiġijiet għall-importazzjoni fil-Komunità ta’ prodotti tad-demm u ta’ prodotti sekondarji ta’ l-annimali oħra maħsuba għal skopijiet tekniċi li jinkludu l-użu farmaċewtiku. Stati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ dawk il-prodotti sekondarji jekk dawn huma konformi mal-ħtiġijiet rilevanti stipulati fil-Kapitolu IV jew fil-Kapitolu XI rispettivament ta’ l-Anness ta’ dak ir-Regolament. |
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 jipprovdi li l-prodotti sekondarji għandhom jiġu minn pajjiż terz jew minn parti ta’ pajjiż terz inkluż/a fil-lista li tinsab fil-parti IV ta’ l-Anness XI tiegħu. Il-Ġappun m’huwiex inkluż f’dik il-Parti VI ta’ l-Anness XI. |
(3) |
L-awtorità kompetenti tal-Ġappun (id-Diviżjoni tas-Saħħa ta’ l-Annimali u tas-Sigurtà tal-Prodotti ta’ l-Annimali fil-Ministeru ta’ l-Agrikoltura, tal-Foresti u tas-Sajd) tat il-garanziji meħtieġa lill-Kummissjoni li prodotti tad-demm u prodotti sekondarji oħra għal skopijiet tekniċi mill-Ġappun, jistgħu jinkisbu u jintbagħtu lill-Komunità skond il-ħtiġijiet ta’ importazzjoni rilevanti. Partikolarment, il-Ġappun approva u rreġistra l-pjanti rilevanti skond l-Artikolu 29 (5) tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002. |
(4) |
Huwa xieraq, għalhekk, li l-Ġappun ikun inkluż fil-Parti VI ta’ l-Anness XI. |
(5) |
Huwa xieraq ukoll li tiġi emendata l-parti VI ta’ l-Anness XI sabiex tiġi użata l-istess terminoloġija bħal fil-Kapitolu XI ta’ l-Anness VII ta’ l-istess Regolament. |
(6) |
Il-miżuri provduti f’dan ir-Regolament huma fi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emenda għar-Regolament (KE) Nru 1774/2002
Il-Parti VI hija mibdula b'dan li ġej: L-Anness XI tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 huwa emendat kif ġej:
“PARTI VI
Lista ta’ pajjiżi terzi li minnhom Stati Membri jistgħu jawtorizzaw importazzjonijiet ta’ prodotti sekondarji ta’ l-annimali u prodotti tad-demm (bl-eċċezzjoni ta’ prodotti tad-demm ta’ ekwini) maħsuba għal skopijiet tekniċi li jinkludu l-farmaċewtiċi (ċertifikati tas-saħħa Kapitli 4(C) u 8(B)).
A. |
Prodotti tad-demm:
|
B. |
Prodotti sekondarji ta’ l-annimali għal użu farmaċewtiku:
|
C. |
Prodotti sekondarji ta’ l-annimali għal skopijiet tekniċi li m’humiex użi farmaċewtiċi
|
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament se jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, nhar il-11 ta' Marzu 2005.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 273, 10.10.2002, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 93/2005 (ĠU L 19, 21.1.2005, p. 34).