EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005R0006

6/2005/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 6/2005 ta' l- 4 ta' Jannar 2005 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nri 46/2003 u 47/2003 b'rigward it-taħlitiet ta' tipi differenti ta' frott u ħaxix frisk fl-istess pakkett ta' bejgħ

ĠU L 2, 5.1.2005, p. 3–3 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 330M, 9.12.2008, p. 148–148 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2005/6/oj

9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

148


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 6/2005

ta' l-4 ta' Jannar 2005

li jemenda r-Regolamenti (KE) Nri 46/2003 u 47/2003 b'rigward it-taħlitiet ta' tipi differenti ta' frott u ħaxix frisk fl-istess pakkett ta' bejgħ

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 tat-28 ta’ Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-frott u l-ħxejjex (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 48/2003 tal-10 ta' Jannar 2003 iniżżel ir-regoli li japplikaw għal taħlitiet ta' tipi differenti ta' frott u ħaxix frisk fl-istess pakkett ta' bejgħ (2) jgħodd għall-pakketti ta' bejgħ ta' piż nett inqas jew daqs tliet kilogrammi.

(2)

Hemm żball fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 46/2003 tal-10 ta' Jannar 2003 li jemenda l-livelli tas-suq ta’ frott u ħaxix frisk dwar it-taħlit ta’ diversi tipi ta’ frott u ħaxix frisk fl-istess pakkett ta’ bejgħ (3) u fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 47/2003 tal-10 ta' Jannar 2003 li jemenda l-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, li jistipulaw li l-prodotti koperti min-normi ta' tqegħid fis-suq għall-frott u l-ħxejjex friski jistgħu jiġu ppreżentati f'taħlita ta' tipi f'pakkett ta' bejgħ ta' piż nett inqas minn tliet kilogrammi.

(3)

Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġu emendati r-Regolamenti (KE) Nru 46/2003 u (KE) Nru 47/2003 sabiex il-pakketti ta' bejgħ ikkonċernati minn din id-dispożizzjoni jistgħu jkunu ta' piż nett ta' tliet kilogrammi.

(4)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Frott u l-Ħxejjex Friski,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 46/2003, it-termini “ta' piż nett inqas minn tliet kilogrammi” jinbidlu bit-termini “ta' piż nett inqas jew daqs tliet kilogrammi”.

Artikolu 2

Fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 47/2003, it-termini “ta' piż nett inqas minn tliet kologrammi” jinbidlu bit-termini “ta' piż nett inqas jew daqs tliet kilogrammi”.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 4 ta' Jannar 2005.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 297, 21.11.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 47/2003 (ĠU L 7, 11.1.2003, p. 64).

(2)  ĠU L 7, 11.1.2003, p. 65.

(3)  ĠU L 7, 11.1.2003, p. 61.


Top