This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32005D0296
Council Decision 2005/296/CFSP, JHA of 24 January 2005 concerning the conclusion of the Agreement between the European Union and the former Yugoslav Republic of Macedonia on the security procedures for the exchange of classified information
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/296/PESK/ĠAI ta’ l- 24 ta’ Jannar 2005 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja dwar proċeduri ta’ sigurtà għall-iskambju ta’ informazzjoni klassifikata

ĠU L 94, 13.4.2005, p. 38–38
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO, HR)
ĠU L 159M, 13.6.2006, p. 346–346
(MT)
In force
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/296/oj
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/296/PESK/ĠAI ta’ l- 24 ta’ Jannar 2005 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja dwar proċeduri ta’ sigurtà għall-iskambju ta’ informazzjoni klassifikata
Official Journal L 094 , 13/04/2005 P. 0038 - 0038
Official Journal L 159 , 13/06/2006 P. 0346 - 0346
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/296/PESK/ĠAI ta’ l- 24 ta’ Jannar 2005 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja dwar proċeduri ta’ sigurtà għall-iskambju ta’ informazzjoni klassifikata IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 24 u 38 tiegħu, Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Presidenza, Billi: (1) Fil-laqgħa tiegħu tas- 27 u t- 28 ta’ Novembru 2003, il-Kunsill iddeċieda li jawtorizza lill-Presidenza, assistita mis-Segretarju ġenerali/Rappreżentant Għoli (SĠ/RGħ), biex tiftaħ n-negozjati skond l-Artikoli 24 u 38 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea ma’ ċerti stati terzi, sabiex l-Unjoni Ewropea tikkonkludi ma’ kull wieħed minnhom Ftehim dwar proċeduri ta’ sigurtà għall-iskambju ta’ informazzjoni klassifikata. (2) B’segwitu ta’ din l-awtorizzazzjoni biex jinfetħu n-negozjati, il-Presidenza, assistita mis-SĠ/RGħ, innegozjat Ftehim ma’ Dik Li Qabel Kienet Ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja dwar proċeduri ta’ sigurtà għall-iskambju ta’ informazzjoni klassifikata. (3) Il-Ftehim għandu jiġi approvat, IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u Dik Li Qabel Kienet Ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja dwar proċeduri ta’ sigurtà għall-iskambju ta’ informazzjoni klassifikata hu b’dan approvat f’isem l-Unjoni Ewropea. It-test tal-Ftehim hu mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Il-President tal-Kunsill hu b’dan awtorizzat li jagħżel il-persuna/i bis-setgħa li tiffirma/jiffirmaw il-Ftehim sabiex torbot/jorbtu lill-Unjoni Ewropea. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandu jkollha effett fid-data ta’ l-adozzjoni tagħha. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea. Magħmula fi Brussell, nhar l- 24 ta’ Jannar, 2005. Għall-Kunsill Il-President F. Boden --------------------------------------------------