Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005D0234

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l- 14 ta' Marzu 2005 li temenda l-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE dwar l-importazzjoni ta' laħam frisk mill-Arġentina (innotifikata taħt in-numru tad-dokument C(2005) 602) Test b’rilevanza għaż-ŻEE.

    ĠU L 72, 18.3.2005, p. 35–42 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 272M, 18.10.2005, p. 185–192 (MT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 08/04/2010; Impliċitament imħassar minn 32010D0477

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/234/oj

    18.10.2005   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    185


    ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    ta' l-14 ta' Marzu 2005

    li temenda l-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE dwar l-importazzjoni ta' laħam frisk mill-Arġentina

    (innotifikata taħt in-numru tad-dokument C(2005) 602)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2005/234/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 72/462/KEE tat-12 ta' Diċembru 1972 dwar problemi tas-saħħa u ta' l-ispezzjoni veterinarji fl-importazzjoni ta' annimali bovini, kaprini u ħnieżer, laħam frisk jew prodotti tal-laħam minn pajjiżi terzi (1), u b'mod partikulari t-tieni sub-paragrafu ta' l-Artikolu 3(1) u l-Artikolu 16(1) tagħha.

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistipola r-regoli tas-saħħa ta' l-annimali li jirregolaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali għall-konsum uman (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 8 (1) u (4) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Il-Parti I ta' l-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE tal-21 ta' Diċembru 1979 li telenka lista ta' pajjiżi terzi jew partijiet minnhom, u li tistipola l-kundizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali u tal-pubbliku u taċ-ċertifikazzjoni veterinarja, għall-importazzjoni fil-Komunità ta' ċerti annimali ħajjin u tal-laħam frisk tagħhom (3), tagħti lista ta' pajjiżi terzi u partijiet tagħhom li minnhom l-Istati Membri huma awtorizzati li jimportaw ċerti annimali ħajjin u l-laħam frisk tagħhom.

    (2)

    Wara mxija tal-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer (“FMD”) f'Settembru 2003 fil-provinċja ta' Salta fl-Arġentina, fit-Tramunatana tal-pajjiż qrib il-fruntiera mal-Paragwaj, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 93/402/KEE ta' l-10 ta' Ġunju 1993 dwar il-kundizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjoni ta' laħam frisk mill-pajjiżi ta' l-Amerika t'Isfel (4) ġiet emendata mid-Deċiżjonijiet 2003/658/KE (5) u 2003/758/KE (6), sabiex tiġi sospiża l-importazzjoni ta' laħam bovin mingħajr għadam u mmaturat mill-Provinċji ta' Salta, Jujuy, Chaco u Formosa ta' l-Arġentina. Id-Deċiżjoni 93/402/KEE tħassret mid-Deċiżjoni 2004/212/KE (7) u d-dispożizzjonijiet tagħha ġew inkorporati fid-Deċiżjoni 79/542/KEE.

    (3)

    L-imxija ilha li ntemmet għal aktar minn 12-il xahar u ma nkixef l-ebda każ ieħor fit-territorju ta' l-Arġentina. Fl-istass waqt, missjonijiet ta' spezzjoni li saru fl-2004 urew li l-qagħda fl-Arġentina tjiebet sew rigward is-saħħa ta' l-annimali kif ukoll rigward is-saħħa pubblika.

    (4)

    Il-Kummissjoni talbet lill-Arġentina sabiex toħloq żona ta' ħarsien matul il-fruntieri tagħha mal-Bolivja u mal-Paragwaj sabiex tevita r-riskju li tiddaħħal l-FMD. L-Arġentina pproponiet żona ta' ħarsien wiesgħa 25 kilometru matul il-fruntiera tagħha ma' dawk il-pajjiżi (“iż-żona ta' ħarsien”). Mapep u tagħrif iddettaljat/i, b'mod partikolari rigward il-miżuri ta' kontroll li qed jitwettqu fiż-żona ta' ħarsien, issa ngħataw lill-Kummissjoni. L-importazzjoni fil-Komunità miż-żona ta' ħarsien ta' laħam frisk minn speċi li huma suxxettibbli għall-FMD għandha tiġi pprojbita.

    (5)

    Għaldaqstant huwa xieraq li tissokta l-importazzjoni ta' laħam frisk mingħajr għadam u mmaturat mill-provinċji ta' Salta, Jujuy, Chaco u Formosa bl-eċċezzjoni taż-żona ta' ħarsien.

    (6)

    Id-Deċiżjoni 79/542/KEE li telenka lista ta' pajjiżi terzi jew partijiet minn pajjiżi terzi u li tistipola l-kundizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali u tal-pubbliku u taċ-ċertifikazzjoni veterinarja, għall-importazzjoni fil-Komunità ta' ċerti annimali ħajjin u tal-laħam frisk tagħhom ġiet emendata mid-Deċiżjoni 2004/212/KE fost l-oħrajn sabiex jiġu eskużi mill-ambitu tagħha l-prodotti tal-laħam. Għaldaqstant huwa xieraq li jitħassar mill-Artikolu 1 ir-riferiment żbaljat għall-prodotti tal-laħam.

    (7)

    L-Artikolu I u l-Parti II ta' l-Anness tad-Deċiżjoni 79/542/KEE għandhom jiġu emendati akkont.

    (8)

    Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 79/542/KEE il-kelmiet “u prodotti tal-laħam” jitħassru.

    Artikolu 2

    Il-Parti 1 ta' l-Anness II tad-Deċiżjoni 79/542/KEE huwa mibdul bit-test fl-Anness ta' din id- Deċiżjoni.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ minn [18 ta' Marzu 2005 daħħal id-data tal-pubblikazzjoni].

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Brussel, fl-14 ta' Marzu 2005.

    Ghall-Kummissjoni

    Markos KYPRIANOU

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 302, tat-31.12.1972, p. 28. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru 807/2003 (ĠU L 122, tas-16.5.2003, p. 36).

    (2)  ĠU L 18, tat-23.1.2002, p. 11.

    (3)  ĠU L 146, tat-14.6.1979, p. 15. Id-Deċiżjoni kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/620/KE (ĠU L 279, tat-28.8.2004, p. 30).

    (4)  ĠU L 179, tat-22.7.1993, p. 11.

    (5)  ĠU L 232, tat-18.9.2003, p. 59.

    (6)  ĠU L 272, tat-23.10.2003, p. 16.

    (7)  ĠU L 73, tat-31.12.1972, p. 11.


    ANNESS

    “ANNESS II

    (LAĦAM FRISK)

    L-1 Parti

    LISTA TA' PAJJIŻI TERZI JEW PARTIJIET TAGĦHOM (*)

    Pajjiż

    Kodiċi tat-Territorju

    Deskrizzjoni tat-Territorju

    Ċertifikat Veterinarju

    Kundizz-jonijiet speċifiċi

    Mudell(i)

    SG

    1

    2

    3

    4

    5

    6

    AL — L-Albanija

    AL-0

    Il-pajjiż kollu

     

     

    AR — L-Arġentina

    AR-0

    Il-pajjiż kollu

    EQU

     

     

    AR-1

    Il-Provinċji ta' Buenos Aires, Catamarca, Corrientes, Entre Ríos,, La Rioja, Mendoza, Misiones, Neuquen, Rio Negro, San Juan, San Luis, Santa Fe, u Tucuman.

    BOV

    A

    1 u 2

    AR-2

    La Pampa u Santiago del Estero

    BOV

    A

    1 u 2

    AR-3

    Cordoba

    BOV

    A

    1 u 2

    AR-4

    Chubut, Santa Cruz u Tierra del Fuego

    BOV, OVI

     

     

    AR-5

    Formosa (biss it-territorju ta' Ramon Lista) u Salta (biss id-dipartiment ta' Rivadavia)

    BOV

    A

    1 u 2

    AR-6

    Salta (biss id-dipartimenti ta' General Jose de San Martin, Oran, Iruya, u Santa Victoria)

    BOV

    A

    1 u 2

    AR-7

    Chaco, Formosa (minbarra t-territorju ta' Ramon Lista), Salta (minbarra d-dipartimenti ta' General Jose de San Martin, Rivadavia, Oran, Iruya, u Santa Victoria), Jujuy

    BOV

    A

    1 u 2

    AR-8

    Chaco, Formosa, Salta, Jujuy, minbarra ż-żona ta' ħarsien ta' 25 km mill-fruntiera mal-Bolivja u l-Paragwaj li testendi mid-Distrett ta' Santa Catalina fil-Provinċja ta' Jujuy sad-Distrett ta' Laishi fil-Provinċja ta' Formosa

    BOV

    A

    1 u 2

    AR-9

    Iż-Żona ta' ħarsien ta' 25 km mill-fruntiera mal-Bolivja u l-Paragwaj li testendi mid-Distrett ta' Santa Catalina fil-Provinċja ta' Jujuy sad-Distrett ta' Laishi fil-Provinċja ta' Formosa

     

     

    AU — L-Awstralja

    AU-0

    Il-pajjiż kollu

    BOV, OVI, POR, EQU, RUF, RUW, SUF, SUW

     

     

    BA — Il-Bosnja Herżegovina

    BA-0

    Il-pajjiż kollu

     

     

    BG –Il-Bul-garija

    BG-0

    Il-pajjiż kollu

    EQU

     

     

    BG-1

    Il-provinċji ta' Varna, Dobrich, Silistra, Choumen, Targovitchte, Razgrad, Rousse, V.Tarnovo, Gabrovo, Pleven, Lovetch, Plovdic, Smolian, Pasardjik, Sofia district, Sofia city, Pernik, Kustendil, Blagoevgrad, Vratza, Montana u Vidin

    BOV, OVI, RUW, RUF

    BG-2

    Il-provinċji ta' Bourgas, Jambol, Sliven, Starazagora, Hasskovo, Kardjaliand u l-kuridur ta' 20 km. wisgħa matul il-fruntiera mat-Turkija

    BH — Il-Baħrajn

    BH-0

    Il-pajjiż kollu

     

     

    BR — Il-Brażil

    BR-0

    Il-pajjiż kollu

    EQU

     

     

    BR-1

    L-Istati ta' Paraná, Minas Gerais (minbarra d-delegazzjonijiet reġjunali ta' Oliveira, Passos, São Gonçalo de Sapucai, Setelagoas u Bambuí), São Paulo, Espíritu Santo, Mato Grosso do Sul (minbarra l-muniċipalitajiet ta' Sete Quedas, Sonora, Aquidauana, Bodoqueno, Bonito, Caracol, Coxim, Jardim, Ladario, Miranda, Pedro Gomes, Porto Murtinho, Rio Negro, Rio Verde of Mato Grosso u Corumbá), Santa Catarina, Goias u l-unitajiet reġjunali ta' Cuiaba (minbarra l-muniċipalitajiet ta' San Antonio de Leverger, Nossa Senhora do Livramento, Pocone u Barão de Melgaço), Caceres (minbarra l-muniċipalità ta' Caceres), Lucas do Rio Verde, Rondonopolis (minbarra l-muniċipalità ta' Itiquiora), Barra do Garça u Barra do Burges fil-Mato Grosso.

    BOV

    A

    1 u 2

    BR-2

    L-Istat ta' Rio Grande do Sul

    BOV

    A

    1 u 2

    BR-3

    L-Istat ta' Mato Grosso do Sul, il-muniċipalità ta' Sete Quedas

    BOV

    A

    1 u 2

    BW — Il-Botswana

    BW-0

    Il-pajjiż kollu

    EQU, EQW

     

     

    BW-1

    Iż-żoni veterinarji għall-kontroll tal-mard 5, 6, 7, 8, 9 u 18

    BOV, OVI, RUW, RUF

    F

    1 u 2

    BW-2

    Iż-żoni veterinarji għall-kontroll tal-mard 10, 11, 12, 13 u 14

    BOV, OV; IRUW, RUF

    F

    1 u 2

    BY –Il-Belarus

    BY-0

    Il-pajjiż kollu

     

     

    BZ — Il-Beliż

    BZ-0

    Il-pajjiż kollu

    BOV, EQU

     

     

    CA — Il-Kanada

    CA-0

    Il-pajjiż kollu

    BOV, OVI, POR, EQU, RUF, RUW, SUF, SUW, RUW, RUF

    G

     

    CH — L-Iżvizzera

    CH-0

    Il-pajjiż kollu

    BOV, OVI, POR, EQU, RUF, RUW, SUF, SUW

     

     

    CL — Iċ-Ċili

    CL-0

    Il-pajjiż kollu

    BOV, OVI, POR, EQU, RUF, RUW, SUF, SUW

     

     

    CN — Iċ-Ċina (Ir-Repubblika tal-Poplu ta')

    CN-0

    Il-pajjiż kollu

     

     

    CO — Il-Kolombja

    CO-0

    Il-pajjiż kollu

    EQU

     

     

    CO-1

    Iż-żona li taqa' f'dawn il-konfini: mill-punt fejn ix-Xmara Murri tingħaqad max-Xmara Atrato, 'l isfel max-Xmara Atrato sa fejn din tiżbokka fl-Oċean Atlantiku, minn dan il-punt għall-fruntiera mal-Panama miexja mal-kosta Atlantika sa Cabo Tiburon; minn dan il-punt lejn l-Oċean Paċifiku miexja mal-fruntiera bejn il-Kolombja u l-Panama, minn dan il-punt lejn il-bokka tax-Xmara Valle miexja mal-kosta tal-Paċifiku u minn dan il-punt f'linja dritta lejn il-punt fejn ix-Xmara Murri tingħaqad max-Xmara Atrato.

    BOV

    A

    2

    CO-3

    Iż-żona li taqa' f'dawn il-konfini: mill-bokka tax-Xmara Sinu fuq l-Oċean Atlantiku, 'il fuq max-xmara Sinu sa l-oriġini tagħha f'Alto Paramillo, minn dan il-punt sa Puerto Rey fuq l-Oċean Atlantiku, miexja mal-fruntiera bejn id-Dipartimenti ta' Antiquia u Córdoba, u minn dan il-punt sal-bokka tax-Xmara Sinu fuq il-kosta Atlantika.

    BOV

    A

    2

    CR — Costa Rica

    CR-0

    Il-pajjiż kollu

    BOV, EQU

     

     

    CS — Is-Serbja u l-Montenegro (**)

    CS-0

    Il-pajjiż kollu

    BOV, OVI, EQU

     

     

    CU — Kuba

    CU-0

    Il-pajjiż kollu

    BOV, EQU

     

     

    DZ — L-Algerija

    DZ-0

    Il-pajjiż kollu

     

     

    ET — L-Etjopja

    ET-0

    Il-pajjiż kollu

     

     

    FK — Il-Gżejjer Falkland

    FK-0

    Il-pajjiż kollu

    BOV, OVI, EQU

     

     

    GL — Greenland

    GL-0

    Il-pajjiż kollu

    BOV, OVI, EQU, RUF, RUW

     

     

    GT — Il-Gwatemala

    GT-0

    Il-pajjiż kollu

    BOV, EQU

     

     

    HK — Ħong Kong

    HK-0

    Il-pajjiż kollu

     

     

    HN — Il-Ħonduras

    HN-0

    Il-pajjiż kollu

    BOV, EQU

     

     

    HR — Il-Kroazja

    HR-0

    Il-pajjiż kollu

    BOV, OVI, EQU, RUF, RUW

     

     

    IL — Iżrael

    IL-0

    Il-pajjiż kollu

     

     

    IN — L-Indja

    IN-0

    Il-pajjiż kollu

     

     

    IS — L-Iżlanda

    IS-0

    Il-pajjiż kollu

    BOV, OVI, EQU, RUF, RUW

     

     

    KE — Il-Kenja

    KE-0

    Il-pajjiż kollu

     

     

    MA — Il-Marokk

    MA-0

    Il-pajjiż kollu

    EQU

     

     

    MG — Il-Madagaskar

    MG-0

    Il-pajjiż kollu

     

     

    L-ex Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja (***)

    MK-0

    Il-pajjiż kollu

    OVI, EQU

     

     

    MU — Il-Mawrizju

    MU-0

    Il-pajjiż kollu

     

     

    MX — Il-Messiku

    MX-0

    Il-pajjiż kollu

    BOV, EQU

     

     

    NA — In-Namibja

    NA-0

    Il-pajjiż kollu

    EQU, EQW

     

     

    NA-1

    Lejn in-Nofsinhar mic-cnut ta' kurdun li jimxu minn Palgrave Point fil-Punent sa Gam fil-Lvant

    BOV, OVIRUW, RUF

    F

    2

    NC — New Caledonia

    NC-0

    Il-pajjiż kollu

    BOV, RUF, RUW

     

     

    NI — In-Nikaragwa

    NI-0

    Il-pajjiż kollu

     

     

    NZ — New Zealand

    NZ-0

    Il-pajjiż kollu

    BOV, OVI, POR, EQU, RUF, RUW, SUF, SUW

     

     

    PA — Il-Panama

    PA-0

    Il-pajjiż kollu

    BOV, EQU

     

     

    PY — Il-Paragwaj

    PY-0

    Il-pajjiż kollu

    EQU

     

     

    PY-1

    Iż-żoni ta' Chaco Central u San Pedro

    BOV

    A

    1 u 2

    RO — Ir-Rumanija

    RO-0

    Il-pajjiż kollu

    BOV, OVI, EQU, RUF, RUW

     

     

    RU — Il-Federazz-joni Russa

    RU-0

    Il-pajjiż kollu

     

     

    RU-1

    Ir-Regjun ta' Murmansk (Murmanskaya oblast)

    RUF

     

    SV — El Salvador

    SV-0

    Il-pajjiż kollu

     

     

    SZ — Is-Sważiland

    SZ-0

    Il-pajjiż kollu

    EQU, EQW

     

     

    SZ-1

    Iż-żona lejn il-Punent mic-cnut tar-‘red line’ li jestendu lejn it-Tramuntana mix-xmara Usutu sal-fruntiera ma' l-Afrika t'Isfel lejn il-Punent minn Nkalashane,

    BOV, RUF, RUW

    F

    2

    SZ-2

    Iż-żoni veterinarji ta' monitoragg u kontroll tat-tilqim ghall-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer kif ippubblikata bhala Strument Statutorju skond l-avviż legali nru 51 ta' l-2001

    BOV, RUF, RUW

    F

    1 u 2

    TH — It-Tajlandja

    TH-0

    Il-pajjiż kollu

     

     

    TN — It-Tuniżja

    TN-0

    Il-pajjiż kollu

     

     

    TR — It-Turkija

    TR-0

    Il-pajjiż kollu

     

     

    TR-1

    Il-provincji ta' Amasya, Ankara, Aydin, Balikesir, Bursa, Cankiri, Corum, Denizli, Izmir, Kastamonu, Kutahya, Manisa, Usak, Yozgat u Kirikkale

    EQU

     

     

    UA — L-Ukrajna

    UA-0

    Il-pajjiż kollu

     

     

    US — L-Istati Uniti ta' l-Amerika

    US-0

    Il-pajjiż kollu

    BOV, OVI, POR, EQU,, SUF, SUW, RUF, RUW

    G

     

    UY — L-Urugwaj

    UY-0

    Il-pajjiż kollu

    EQU

     

     

    BOV

    A

    1 u 2

    OVI

    A

    1 u 2

    ZA — L-Afrika t'Isfel

    ZA-0

    Il-pajjiż kollu

    EQU, EQW

     

     

    ZA-1

    Il-pajjiż kollu minbarra:

    dik il-parti taż-żona ta' kontroll tal-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer li tinsab fir-regjuni veterinarji ta' Mpumalanga u n-Northern provinces, fid-distrett ta' Ingwavuma tar-regjun veterinarju ta' Natal u fiż-żona tal-fruntiera mal-Botswana lejn il-Lvant tal-linja tal-longitudini 28°, u

    id-distrett ta Camperdown, fil-provincja ta' KwaZuluNatal

    BOV, OVI RUW, RUF

    F

    2

    ZW — Iż-Żimbabwe

    ZW-0

    Il-pajjiż kollu

     

     

    Il-kundizzjonijiet speċifiċi msemmija fil-kolonna 6

    ‘1’

    :

    Restrizzjonijiet ġeografici u ta' żmien

    Kodiċi tat-Territorju

    Ċertifikat Veterinarju

    Perjodi/dati li għalihom l-importazzjoni fil-Komunità hija jew mhijiex awtorizzata f'relazzjoni mad-dati tat-tbiċċir/tal-qatla ta' l-annimali li minnhom ikun ġej il-laħam

    Mudell

    SG

    AR-1

    BOV

    A

    Qabel u inkluż il-31 ta' Jannar 2002

    Mhux awtorizzata

    Wara u inkluż l-1 ta' Frar 2002

    Awtorizzata

    AR-2

    BOV

    A

    Qabel u inkluż it-8 ta' Marzu 2002

    Mhux awtorizzata

    Wara u inkluż id-9 ta' Marzu 2002

    Awtorizzata

    AR-3

    BOV

    A

    Qabel u inkluż is-26 ta' Marzu 2002

    Mhux awtorizzata

    Wara u inkluż is-27 ta' Marzu 2002

    Awtorizzata

    AR-4

    BOV, OVI, RUM, RUF

    Qabel u inkluż it-28 ta' Marzu 2002

    Mhux awtorizzata

    Wara u inkluż l-1 ta' Marzu 2002

    Awtorizzata

    AR-5

    BOV

    A

    Mill-1 ta' Frar 2002 sa l-10 ta' Lulju 2003 (inklużi)

    Awtorizzata

    Wara u inkluż il-11 ta' Lulju 2003

    Mhux awtorizzata

    AR-6

    BOV

    A

    Mill-1 ta' Frar 2002 sa l-4 ta' Settembru 2003 (inklużi)

    Awtorizzata

    Wara u inkluż id-9 ta' Marzu 2002

    Mhux awtorizzata

    AR-7

    BOV

    A

    Mill-1 ta' Frar 2002 sas-7 ta' Ottubru 2003 (inklużi)

    Awtorizzata

    Wara u inkluż id-9 ta' Marzu 2002

    Mhux awtorizzata

    AR-8

    BOV

    A

    Qabel u inkluż tat-18 ta' Marzu 2005

    ara AR-5, AR-6 u AR-7 għall-perjodi li matulhom it-terr-itorji speċifiċi msem-mija f'AR-8 ma kinux awtorizzati

    Wara u inkluż tat-18 ta' Marzu 2005

    Awtorizzata

    BR2

    BOV

    A

    Qabel u inkluż it-30 ta' Novembru 2001

    Mhux awtorizzata

    Wara u inkluż id-9 ta' Marzu 2002

    Awtorizzata

    BR-3

    BOV

    A

    Qabel u inkluż it-8 ta' Marzu 2002

    Awtorizzata

    Wara u inkluż id-9 ta' Marzu 2002

    Mhux awtorizzata

    BW-1

    BOV, OVI, RUM, RUF

    A

    Qabel u inkluż it-8 ta' Marzu 2002

    Mhux awtorizzata

    Wara u inkluż it-8 ta' Lulju sat- il-22 ta' Dicembru 2002

    Awtorizzata

    Wara u inkluż it-23 ta' Dicembru 2002 sas- 6 ta' Gunju 2003

    Mhux awtorizzata

    Wara u inkluż id-9 ta' Marzu 2002

    Awtorizzata

    BW-2

    BOV, OVI, RUM, RUF

    A

    Qabel u inkluż it-8 ta' Marzu 2002

    Mhux awtorizzata

    Wara u inkluż id-9 ta' Marzu 2002

    Awtorizzata

    PY-1

    BOV

    A

    Qabel u inkluż it-8 ta' Marzu 2002

    Mhux awtorizzata

    Wara u inkluż l-1 ta' Settembru 2002 sad-19 ta' Frar 2003

    Awtorizzata

    Wara u inkluż l-20 ta' Frar 2003

    Mhux awtorizzata

    SZ-2

    BOV, RUF, RUW

    A

    Qabel u inkluż it-8 ta' Marzu 2002

    Mhux awtorizzata

    Wara u inkluż id-9 ta' Marzu 2002

    Awtorizzata

    UY-0

    BOV, OVI

    A

    Qabel u inkluż it-8 ta' Marzu 2002

    Mhux awtorizzata

    Wara u inkluż id-9 ta' Marzu 2002

    Awtorizzata

    ‘2’

    :

    Restrizzjonijiet ta' kategorija:

    L-interjuri mhux awtorizzati (ħlief fil-każ ta' speċi bovini, id-dijaframma u l-muskoli tax-xedaq masseter).”


    (*)  Mingħajr preġudizzju għall-kriterji speċifiċi għaċ-ċertifikazzjoni previsti f'atti ta' ftehim bejn il-Komunità u pajjiżi terzi.

    (**)  Minbarra l-Kosovo kif inhu definit mir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ta' l-10 ta' Ġunju 1999.

    (***)  L-ex-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja; il-kodiċi proviżorju ma jaffettwax l-isem definittiv tal-pajjiż li għandu jingħata wara tmiem in-negozjati li bħalissa għaddejjin fin-Nazzjonijiet Uniti.

    =

    L-ebda ċertifikat ma huwa stabbilit u l-importazzjoni ta' laħam frisk hija pprojbita (ħlief għal dawk l-ispeċi murija fil-vers li jirreferi għall-pajjiż kollu)


    Top