Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004R1750

1750/2004/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1750/2004 tal- 8 ta’ Ottubru 2004 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1019/2002 dwar l-istandards ta’ marketing għaż-żejt taż-żebbuġa

ĠU L 312, 9.10.2004, p. 7–8 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 306M, 15.11.2008, p. 6–7 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 02/02/2012; Imħassar b' 32012R0029

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/1750/oj

15.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

6


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1750/2004

tal-8 ta’ Ottubru 2004

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1019/2002 dwar l-istandards ta’ marketing għaż-żejt taż-żebbuġa

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill Nru 136/66/KEE tat-22 ta’ Settembru 1966 dwar it-twaqqif ta’ organizzazzjoni komuni tas-swieq fiż-żjut u x-xaħmijiet (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 35a tiegħu,

billi:

(1)

Skond l-Artikolu 5(c) tar-Regolament tal-Kummissjoni (2) (KE) Nru 1019/2002, l-indikazzjonijiet tal-proprjetajiet organolettiċi jistgħu jidhru fuq it-tikketta biss jekk ikunu bbażati fuq ir-riżultati ta’ metodu ta’ analiżi stipulat fir-Regolament (KEE) Nru 2568/91 tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Lulju 1991 dwar il-karatteristiċi taż-żejt taż-żebbuġa u l-fdal taż-żejt taż-żebbuġa u dwar il-metodi ta' analiżi rilevanti (3).

(2)

Skont it-tieni inċiż tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2568/91, il-karatterisitċi organolettiċi għandhom jiġu evalwati skont il-metodu stipulat fl-Anness XII ta’ dak ir-Regolament L-attributi pożittivi elenkati f’dak l-Anness biss jistgħu jintużaw. Madankollu, jirriżulta li minħabba n-numru żgħir ħafna ta’ karatteristiċi organolettiċi elenkati fl-Anness XII, il-kummerċjanti qed jiltaqgħu ma' diffikultajiet huma u jiddeskrivu l-karatteristiċi organolettiċi taż-żjut tagħhom fuq it-tikketti.

(3)

Minħabba li f’dan il-mument, ma hemm l-ebda metodu objettiv ta’ verifika ta’ ċerti karatteristiċi organolettici li jsaħħu bil-kbir iż-żjut verġni taż-żebbuġa f'dak li gġandu x'jaqsam ma' toghma, riħa jew kulur, dawn kwalitajiet ma jistgħux jissemmew fuq it-tikketta. Barra minn hekk, il-kwalitajiet organolettiċi pożitivi msemmija fl-Anness XII għar-Regolamenti (KEE) Nru 2568/91 ma jippermettux li tiġi koperta l-firxa kollha ta' tipi differenti ta' żebbuġ u togħmiet ta' żjut verġni taż-żebbuġa.

(4)

Minħabba li x-xogħol ta’ riċerka fuq metodi ġodda ta’ evalwazzjoni organolettiċi jippermettu li titwessa' li l-firxa tal-attributi pożittivi taż-żjut verġni taż-żebbuġa li nbeda minn organizzazzjoni internazzjonali għadhom għaddejjin u x’aktarx se jieħdu aktar żmien milli kien previst fl-2003, jeħtieġ li tiġi stabbilita skadenza li tippermetti l-implimentazzjoni ta' dawn il-metodi. Għalhekk jeħtieġ li d-data meta jibda japplika l-Artikolu 5(c) tar-Regolament (KE) Nru 1019/2002 tiġi posposta. Id-data tal-1 ta' Lulju 2006 bħala data li fiha jibda japplika dan l-Artikolu hija konformi mad-data li fiha tibda l-kampanja ta' kummerċjalizzazzjoni 2006/2007.

(5)

Ghalhekk jaqbel li jiġi emendat ir-Regolament (KE) Nru 1019/2002.

(6)

Id-dispożizzjonijiet previsti f’dan ir-Regolament huma conformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għaż-Żjut u x-Xaħmijie,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L-ewwel Artikolu

Fl-Artikolu 12(2) tar-Regolament (KE) Nru 1019/2002, it-tielet inċiż huwa midbul bit-test li ġej:

“L-Artikolu 5(c), japplika mill-1 ta’ Lulju 2006.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha

Magħmul fi Brussell, 8 ta’ Ottubru 2004.

Għall-Kummissjoni

Franz FISCHLER

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU 172, 30.9.1966, p. 3025/66. Ir-Regolament emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 865/2004 (ĠU L 161, 30.4.2004, p. 97).

(2)  ĠU L 155, 14.6.2002, p. 27. Ir-Regolament emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 406/2004 (ĠU L 67, 5.3.2004, p. 10).

(3)  ĠU L 248, 5.9.1991, p. 1. Ir-Regolament emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1989/2003 (ĠU L 295, 13.11.2003, p. 57).


Top