Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004R0455

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 455/2004 tal-11 ta’ Marzu 2004 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 466/2001 fir-rigward tal-patulinTest b'relevanza għaż-ŻEE.

    ĠU L 74, 12.3.2004, p. 11–11 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 28/02/2007

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/455/oj

    32004R0455



    Official Journal L 074 , 12/03/2004 P. 0011 - 0011


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 455/2004

    tal-11 ta’ Marzu 2004

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 466/2001 fir-rigward tal-patulin

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

    Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 315/93 tat-8 ta’ Frar 1993 li jippreskrivi l-proċeduri tal-Komunità għall-kontaminanti fl-ikel [1], u b’mod partikolari Artikolu 2(3) tiegħu,

    Billi:

    (1) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 466/2001 [2], jiffissa l-livelli minimi għal ċerti kontaminanti f’oġġetti tal-ikel. Ġew stabbiliti livelli massimi fost oħrajn għall-patulin.

    (2) Livell massimu ta’ 10,0 g/kg ġie stabbilit għas-sugu tat-tuffieħ u prodotti solidi tat-tuffieħ, inkluż tuffieħ misjur fix-xiropp u polpa tat-tuffieħ, għal trabi u tfal żgħar u ikel ieħor tat-trabi bil-kondizzjoni li metodu ta’ analiżi jkun ġie validat minn ċirku ta’ prova internazzjonali kollaborattiv li għandha titwettaq qabel l-1 ta’ Novembru 2003 sabiex turi li l-livell ta’ 10 g/kg patulin jista’ jiġi stabbilit b’mod ta’ min jorbot fuqu. Fil-każ li ma jkun hemm ebda evidenza sal-1 ta’ Novembru 2003 li l-livell ta’ g/kg jista’ jiġi stabbilit b’mod ta’ min jorbot fuqu, l-livell ta’ 25 g/kg għandu jgħodd.

    (3) Ġiet organizzata prova kollaborattiva biex tipprovdi l-evidenza li l-livell ta’ 10,0 g/kg jista’ jiġi stabbilit b’mod ta’ min jorbot fuqu. Rapport li jindika li metodu jista’ jistabbilixxi b’mod ta’ min jorbot fuqu l-livelli ta’ patulin fis-sugu magħqud tat-tuffieħ f’10 g/kg u aktar baxx ġie provdut fis-27 ta’ Ottubru 2003.

    (4) Huwa xieraq li jiġu adottati arranġamenti transitorji għal prodotti manifatturati u mqiegħda fis-suq qabel id-data ta’ applikazzjoni.

    (5) Ir-Regolament (KE) Nru 466/2001 għandu għalhekk jiġi hekk emendat.

    (6) Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’dan ir-Regolament huma konformi ma’l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina tal-Ikel u s-Saħħa tal-Annimali,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (KE) Nru 466/2001 huwa emendat kif ġej:

    1. F’Artikolu 7, il-paragrafu li ġej huwa miżjud:

    "il-livelli massimi stabbiliti fil-punt 2.3. Patulin tat-taqsima 2 (Mikotoksini) fl-Anness I ma għandux jgħodd għall-prodotti li jkunu tqiegħdu legalment fis-suq tal-Komunità qabel l-1 ta’ Novembru 2003. Il-piż tal-prova meta l-prodotti jkunu tqiegħdu fis-suq għandu jinġarr mill-operatur tan-negozju ta’l-ikel."

    2. In-nota 4 fil-qiegħ tal-paġna tal-punt 2.3 Patulin tat-taqsima 2 (Mikotoksini) ta’ l-Anness I hija mħassra.

    3. It-tieni inċiż tal-punt 2.3.4. tat-taqsima 2 (Mikotoksini) ta’l-Anness I għandha taqra:

    "-- ikel ieħor tat-trabi minbarra ikel ipproċessat ibbażat fuq iċ-ċereali (4)".

    4. In-nota 5 fil-qiegħ tal-paġna tal-punt 2.3 Patulin tat-taqsima 2 (Mikotoksini) ta’ l-Anness I issir in-nota 4 fil-qiegħ tal-paġna u għandha taqra:

    "(4) Ikel tat-trabi minbarra ikel ipproċessat ibbażat fuq iċ-ċereali kif definit fid-Direttiva tal-Kummissjoni 96/5/KE tas-16 ta’ Frar 1996 dwar ikel ipproċessat ibbażat fuq iċ-ċereali u ikel tat-trabi għat-trabi u t-tfal żgħar (ĠU L 49, tat-28.2.1996, p. 17) kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2003/13/KE (ĠU L 41, ta’ l-14.02.2003, p. 33)".

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum mill-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fil-11 ta’ Marzu 2004.

    Ghall-Kummissjoni

    David Byrne

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 37, 13.02.93, p. 1.

    [2] ĠU L 77, tas-16.3.2001, p.1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1425/2003 (ĠU L 203, tat-12.8.2003, p. 1).

    --------------------------------------------------

    Top