EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004D0004

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Diċembru 2003 li tawtorizza Stati Membri li temporanjament jieħdu miżuri ta’ emerġenza kontra t-tixrid ta’ Pseudomonas solanacearum (Smith) Smith fir-rigward ta’ l-Eġittu (notifikata taħt dokument numru K(2003) 4956)

ĠU L 2, 6.1.2004, p. 50–54 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 29/11/2011; Imħassar b' 32011D0787

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/4(1)/oj

32004D0004



Official Journal L 002 , 06/01/2004 P. 0050 - 0054


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-22 ta’ Diċembru 2003

li tawtorizza Stati Membri li temporanjament jieħdu miżuri ta’ emerġenza kontra t-tixrid ta’ Pseudomonas solanacearum (Smith) Smith fir-rigward ta’ l-Eġittu

(notifikata taħt dokument numru K(2003) 4956)

(2004/4/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-KomunitaÏ Ewropea,

Wara li kkunsidrat Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta’ Mejju 2000 fuq miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni fil-Komunita [1] ta’ organiżmi perikolużi għal pjanti jew prodotti ta’ pjanti u kontra t-tixrid tagħhom fil-KomunitaÏ, kif emendat l-aħħar permezz ta’ Direttiva tal-Kummissjoni 2003/47/KE [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 16 [3] tiegħu,

Billi:

(1) Fejn Stat Membru jikkonsidra li hemm perikolu imminenti għall-introduzzjoni fit-territorju tiegħu ta’ Pseudomonas solanacearum (Smith) Smith, il-kawża ta’ susa kannella (brown rot), minn pajjiż terz, jista’ temporanjament jieħu xi miżuri addizzjonali meħtieġa biex jipproteġi lilu nnifsu minn dak il-periklu.

(2) Fl-1996, fuq il-bażi ta’ interċessjonijiet kontinwi ta’ Pseudomonas solanacearum (Smith) Smith f’patata li oriġinat mill-Eġittu diversi Stati Membri (Franza, il-Finlandja, Spanja u d-Danimarka) adottaw miżuri biex jimplimentaw projbizzjoni fuq patata li toriġina mill-Eġittu, bil-ħsieb li tkun assigurata protezzjoni aktar effiċjenti kontra l-introduzzjoni ta’ Pseudomonas solanacearum (Smith) Smith mill-Eġittu fit-territorji rispettivi tagħhom.

(3) Il-Kummissjoni rrispondiet billi adottat Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru. 96/301/KE tat-3 ta’ Mejju 1996, li awtorizzat Stati Membri li temporanjament jieħdu miżuri addizzjonali kontra t-tixrid ta’ Pseudomonas solanacearum (Smith) Smith fir-rigward ta’ l-Eġittu (3), kif emendat l-aħħar minn Deċiżjoni Nru 2002/903/KE [4].

(4) Deċiżjoni Nru 96/301/KE kienet imsaħħa permezz ta’ serje ta’ deċiżjonijiet ta’ emendi. L-importazzjoni fil-KomunitaÏ ta’ patata li toriġina mill-Eġittu kienet projbita bl-eċċezzjoni ta’ patata li oriġinat minn żoni ħielsa minn insetti jew annimali qerrieda kif stabbilit skond l-iStandard Internazzjonali ta’ l-FAO dwar miżuri fitosanitarji (phytosanitary) parti 4: Sorveljanza ta’ insetti jew annimali qerried - Ħtiġiet dwar stabbiliment ta’ żoni ħielsa minn insetti jew annimali qerrieda.

(5) Matul l-istaġun ta’ importazzjoni 2002/03, numru ta’ interċessjonijiet ta’ Pseudomonas solanacearum (Smith) Smith kienu reġistrati u l-Eġittu nnifsu ddeċieda li jipprojbixxi l-esportazzjoni kollha ta’ patata Eġizzjana lejn il-KomunitaÏ minn l-24 ta’ Marzu 2003.

(6) Fid-dawl tas-sitwazzjoni imsemmija hawn fuq il-Kummissjoni bdiet missjoni fl-Eġittu li kienet immexxija minn grupp ta’ esperti minn Stat Membru f’Awissu 2003 biex tivverifika teknikament il-kontroll eżistenti u s-sistema ta’ monitoraġġ għall-produzzjoni u t-tfigħ fis-suq (marketing) ta’ patata destinata għal esportazzjoni lejn il-KomunitaÏ

(7) Ir-riżultati tal-missjoni kienu evalwati. Il-Kummissjoni kkunsidrat li jkun xieraq li tindtroduċi spezzjonar viżwali aktar rigoruż ta’ kunsinni ta’ patata immedjatament qabel l-esportazzjoni fil-port ta’ dispaċċ fl-Eġittu.

(8) Barraminhekk, il-Kummissjoni ikkunsidrat li jkun xieraq, fejn issir notifika ta’ xi suspett ta’ sejba ta’ Pseudomonas solanacearum (Smith) Smith, li tirridefinixxi ż-żona ħielsa minn insetti jew annimali qerrieda relatata mas-suspettata notifika in kwistjoni, milli tipprojbixxi l-esportazzjoni ta’ patata li toriġina miż-żona ħielsa minn insetii jew annimali qerrieda intiera li hi relatata mas-suspettata notifika in kwistjoni. Għalhekk, l-identifikazzjoni ta’ "żona" għandha tkun modifikata u għandha tkun ibbażata fuq, jew "settur" jew "baċin".

(9) Fid-dawl tal-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tar-rapport ta’ verifika, għandu jkun possibbli li jkun permess, għall-istaġun ta’ importazzjoni 2003/04, id-dħul fit-territorju tal-KomunitaÏ ta’ tuberi ta’ Solanum tuberosum L. li joriġinaw minn żoni ħielsa minn insetti jew annimali qerrieda ta’ l-Eġittu u li huma approvati skond l-iStandard Internazzjonali relevanti ta’ l-FAO.

(10) Fl-interess ta’ ċarezza u razzjonalitaÏ, Deċiżjoni Nru 96/301/KE għandha għalhekk tkun imħassra u mibdula b’din id-deċiżjoni.

(11) Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti fuq is-Saħħa ta’ Pjanti,

ADDOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-dħul fit-territorju tal-KomunitaÏ ta’ tuberi ta’ Solanum tuberosum L. li joriġinaw mill-Eġittu, barra minn dawk li diġa projbiti taħt id-dispożizzjonijiet stabbiliti f’L-Anness III, parti A, punt 10 ta’ Direttiva 2000/29/KE, għandu jkun projbit.

Artikolu 2

1. Permezz ta’ deroga minn l-Artikolu 1, għall-istaġun ta’ importazzjoni 2003/2004 id-dħul fit-territorju tal-KomunitaÏ ta’ tuberi ta’ Solanum tuberosum L. li joriġinaw mill-Eġittu għandu jkun permess miż-żoni "ħielsa minn insetti jew annimali qerrieda" imsemmija fil-paragrafu 2, sakemm il-miżuri applikabbli għal tuberi imkabbra f’dawn iż-żoni u stabbiliti fl-Anness għal din id-Deċiżjoni, ikunu mħarsa.

2. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi jekk "żoni ħielsa minn insetti jew annimali qerrieda" kienux ġew approvati fl-Eġittu għall-istaġun ta’ importazzjoni 2003/04 skond l-"iStandard Internazzjonali għal Miżuri Fitosanitarji (Phytonsanitary) ta’ l-FAO Parti 4: Sorveljanza ta’ Insetti jew Annimali Qerrieda - Ħtiġiet għall-istabbiliment ta’ Żoni Ħielsa minn Insetti jew Annimali Qerrieda", b’mod partikolari punt 2.3 tiegħu, u għandha tikkumpila "lista ta’ żoni approvati li huma ħielsa minn insetti jew annimali qerrieda", inklużi dettalji dwar identifikazzjoni ta’ l-għelieqi li jinsabu fiż-"żoni approvati li huma ħielsa minn insetti jew annimali qerrieda" imsemmija hawn fuq. Il-Kummissjoni għandha tgħaddi din il-lista lill-Kumitat u lill-iStati Membri.

Artikolu 3

Id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 2 m’għandhomx japplikaw iżjed hekk kif il-Kummissjoni tkun innotifikat lill-iStati Membri li s-sitt interċessjoni ta’ Pseudomonas solanacearum (Smith) Smith tkun konfermata skond punti 2 jew 3 ta’ l-Anness għal din id-Deċiżjoni, f’lottijiet ta’ patata introdotta fil-KomunitaÏ skond din id-Deċiżjoni waqt l-istaġun ta’ importazzjoni 2003/04, u li kien misjub li l-interċessjonijiet jindikaw li l-metodu għall-identifikazzjoni ta’ "żoni ħielsa minn insetti jew annimali qerrieda" fl-Eġittu jew il-proċeduri għal monitoraġġ uffiċjali fl-Eġittu ma kienux suffiċjenti biex jipprevjienu r-riskju ta’ introduzzjoni ta’ Pseudomonas solanacearum (Smith) Smith fil-KomunitaÏ.

Artikolu 4

L-Istati Membri li jimpurtaw għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni u lill-iStati Membri l-oħra kollha qabel it-30 ta’ Awissu 2004, b’informazzjoni fuq l-ammonti importati skond din id-Deċiżjoni u b’rapport tekniku dettaljat fuq l-eżaminar uffiċjali imsemmi f’punt 2 ta’ l-Anness; kopji ta’ kull ċertifikat dwar saħħa ta’ pjanti għandhom ikunu trasmessi lill-Kummissjoni. F’każi ta’ notifika ta’ xi sejba suspettata jew konfermata kif imsemmi f’punt 4 ta’ l-Anness kopji taċ-ċertifikati dwar saħħa ta’ pjanti u d-dokumenti mehmuża magħhom għandhom ikunu trasmessi man-notifika in kwistjoni.

Artikolu 5

L-Istati Membri għandhom jaġġustaw il-miżuri li huma jkunu adottaw bil-ħsieb li jipproteġu lilhom innifishom kontra l-introduzzjoni u t-tixrid ta’ Pseudomonas solanacearum (Smith) Smith b’tali mod li l-miżuri jikkonformaw ma’ l-Artikoli 1, 2 u 3.

Artikolu 6

Deċiżjoni Nru 96/301/KE hi mħassra.

Artikolu 7

Din id-Deċiżjoni għandha tkun riveduta mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru 2004.

Artikolu 8

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, fit-22 ta’ Diċembru 2003.

Ghall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 169, 10.07.00, p. 1.

[2] ĠU L 138, 05.06.03, p. 47.

[3] ĠU L 115, 09.05.96, p. 47.

[4] ĠU L 312, 15.11.02, p. 28.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

Għal l-għan tad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 2, il-miżuri ta’ emerġenza li ġejjin għandhom ikunu mħarsa, addizzjonalment mal-ħtiġiet għal patata kif stabbilit f’partijiet A u B tal-Annessi I, II u IV għal Direttiva 2000/29/KE, bl-eċċezzjoni ta’ dawk stabbiliti f’L-Anness IV, parti A, taqsima I, punt 25.8:

1. (a) il-patata destinata għal introduzzjoni fil-KomunitaÏ għandha tkun ġiet prodotta f’għelieqi lokati f’"żona libera minn insetti jew annimali qerrieda" u approvata fl-Eġittu kif stabbilit mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 2 ta’ din id-Deċiżjoni, fir-rigward ta’ xi żoni approvati bħal dawn u għall-għan ta’ din id-Deċiżjoni, l-identifikazzjoni ta’ "żona" għandha tkun ibbażata fuq, jew "settur" (unitaÏ amministrattiva li diġa stabbilita li tkopri grupp ta’ "baċini") jew "baċin" (unitaÏ ta’ irrigazzjoni) u għandha tkun identifikata b’numru ta’ kodiċi uffiċjali individwali;

(b) il-patata speċifikata taħt (a) għandha tkun ġiet, fl-Eġittu:

(i) imkabbra minn patata jew direttament ta’ oriġini mill-KomunitaÏ jew ladarba imkabbra minn patata bħal din, tkun prodotta f’"żona libera minn insetti jew annimali qerrieda" u approvata kif stabbilit taħt l-Artikolu 2 ta’ din id-Deċiżjoni u li tkun ġiet ittestjata uffiċjalment għal infezzjoni moħbija, immedjatament qabel it-tħawwil, skond l-iskema ta’ ttestjar tal-KomunitaÏ kif stabbilit f’Direttiva tal-Kunsill 98/57/KE [1], u misjuba ħielsa minn Pseudomonas solanacearum (Smith) Smith f’testijiet bħal dawn;

(ii) spezzjonata uffiċjalment fl-għalqa waqt l-istaġun tat-tkabbir għal sintomi ta’ susa kannella (brown rot) tal-patata kawżata minn Pseudomonas solanacearum (Smith) Smith u misjuba ħielsa minn sintomi bħal dawn f’dawn l-ispezzjonijiet u jkun meħud kampjun ta’ 500 tuberi kull ħames feddan (= 2,02 ettari) jew 200 tuberi kull feddan (= 0,41 ettaru) jew parti miġjuba fih għal għelieqi iżgħar ta’ patata kemm jista’ jkun viċin il-ħsad għal eżaminar fil-laboratorju inkluż test ta’ inkubazzjoni u spezzjoni viżwali fuq il-qtugħ tat-tuberi għal sintomi ta’ susa kannella (brown rot) tal-patata kawżata minn Pseudomonas solanacearum (Smith) Smith u misjuba ħielsa minn sintomi bħal dawn f’dawn l-ispezzjonijiet;

(iii) trasportata lejn stazzjonijiet ta’ ppakkjar uffiċjalment approvati mill-awtoritajiet Eġizzjani biex jimmaniġġaw biss patata eliġibbli għal esportazzjoni lejn il-KomunitaÏ matul l-istaġun ta’ esportazzjoni 2003/04 u waqt il-wasla fi stazzjonijiet ta’ ppakkjar approvati bħal dawn,

- akkumpanjata minn dokumenti mehmuża ma’ kull tagħbija ta’ trakk fl-għalqa tal-ħsad waqt li tkun dikjarata l-oriġini, biż-żona kif speċifikat f’(a), tat-tagħbija. Dawn id-dokumenti għandhom jinżammu fl-istazzjoni ta’ l-ippakkjar sakemm jispiċċa l-istaġun ta’ l-esportazzjoni,

- spezzjonata uffiċjalment fuq kampjuni ta’ tuberi maqtugħin għal sintomi ta’ susa kannella (brown rot) tal-patata kawżata minn Pseudomonas solanacearum (Smith) Smith u misjuba ħielsa minn sintomi bħal dawn f’dawn l-ispezzjonijiet, b’rata ta’ għażla ta’ kampjuni, għal xkejjer ta’ 70 kg jew ekwivalenti, ta’ 10 % ta’ xkejjer ta’ tuberi spezzjonati kull xkora u, għal xkejjer ta’ 1 jew 1,5 tunnellata metrika bir-rata ta’ għażla ta’ kampjuni ta’ 50 % ta’ xkejjer u 40 tuberi spezzjonati kull xkora. Il-lista ta’ stazzjonijiet ta’ ppakkjar uffiċjalment approvati mill-awtoritajiet Eġizzjani trid tkun ġiet magħmula disponibbli għall-Kummissjoni qabel l-1 ta’ Jannar 2004;

(iv) wara l-ippakkjar ta’ xkejjer fl-istazzjonijiet ta’ l-ippakkjar, spezzjonata uffiċjalment fuq kampjuni ta’ tuberi għal sintomi ta’ susa kannella tal-patata kawżata minn Pseudomonas solanacearum (Smith) Smith u misjuba ħielsa minn sintomi bħal dawn f’dawn l-ispezzjonijiet, b’rata ta’ għażla ta’ kampuni ta’ 2 % ta’ xkejjer kull kunsinna u 30 tuberi spezzjonati kull xkora;

(v) immedjatament qabel l-esportazzjoni lejn il-KomunitaÏ spezzjonata fil-port ta’ dispaċċ billi jinqatgħu 200 tuberi minn kull żona ħielsa minn insetti jew annimali qerrieda f’kunsinna miġbura minn mill-anqas ħames xkejjer kull żona ħielsa minn insetti jew annimali qerrieda;

(vi) ittestjata uffiċjalment għal infezzjoni moħbija meħuda minn kull kunsinna; matul l-istaġun ta’ l-esportazzjoni mill-anqas kampjun wieħed kull baċin jew settur u rappreżentata fil-kunsinna għandha tittieħed, iżda f’kull każ mill-anqas ħames kampjuni għandhom jittieħdu u jkunu sottomessi għal analiżi fil-laboratorju skond l-iskema ta’ ttestjar tal-KomunitaÏ kif stabbiliti f’Direttiva 98/57/KE, u misjuba ħielsa minn Pseudomonas solanacearum (Smith) Smith f’ittestjar bħal dan;

(vii) impoġġija fuq avviż ta’ zamma uffiċjali waqt trattament ieħor fil-proċess ta’ preparazzjoni għat-trasportar tagħha lejn il-KomunitaÏ mill-baċin relevanti, jekk l-ispezzjonijiet u/jew l-ittestjar kif imsemmi fi (ii), (iii), (iv), (v) u (vi) juru okkorrenza suspettata ta’ Pseudomonas solanacearum (Smith) Smith, sakemm issir ir-rifjutazzjoni ta’ l-okkorrenza suspettata ta’ Pseudomonas solanacearum (Smith) Smith. Fl-istess ħin ta’ l-imposizzjoni ta’ l-avviż ta’ żamma imsemmi hawn fuq żona ta’ protezzjoni għandha tkun assenjata madwar il-baċin relevanti relatat mas-sejba suspettata imsemmija hawn fuq, sakemm ma hemmx barriera (barrier) fiżika naturali (ez. id-deżert fil-każ ta’ pernijiet (pivots). L-ebda patata m’għandha tkun esportata miż-żona ta’ protezzjoni relevanti sakemm issir ir-refutazzjoni ta’ l-okkorrenza suspettata. Il-medda taż-żona ta’ protezzjoni għandha tieħu in konsiderazzjoni r-riskju ta’ aktar tixrid ta’ Pseudomonas solanacearum (Smith) Smith minn dik iż-żona approvata li hi ħielsa minn insetti jew annimali qerrieda. Informazzjoni fuq l-identifikazzjoni tal-baċin imsemmi hawn fuq u ż-żona ta’ protezzjoni bin-numri ta’ kodiċi uffiċjali individwali tagħha għandhom jitpoġġew immedjatament għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni, kif ukoll ir-riżultati finali ta’ l-eżami ta’ l-okkorrenza suspettata;

(viii) isir il-ħsad, tkun immaniġġata u mpoġġija separatament fi xkejjer, inkluż sa’ fejn hu possibbli l-użu separat ta’ makkinarju, baċin b’baċin, fejn hu possibbli, u f’kull każ żona b’żona kif speċifikat f’(a);

(ix) preparata f’lottijiet, u kull wieħed minnhom għandu jkun magħmul esklussivament minn patata li l-ħsad tagħha jkun sar f’żona unika kif speċifikat f’(a);

(x) ittikkettjata b’mod ċar fuq kull xkora, taħt il-kontroll ta’ l-awtoritajiet kompetenti Eġizzjani, b’indikazzjoni li ma titħassarx tan-numru ta’ kodiċi uffiċjali relevanti kif mogħti fil-lista ta’ "żoni approvati li ħielsa minn insetti jew annimali qerrieda" kumpilata taħt l-Artikolu 2 ta’ din id-Deċiżjoni, u bin-numru tal-lott relevanti;

(xi) akkumpanjata biċ-ċertifikat fitosanitarju (phytosanitary uffiċjali meħtieġ taħt l-Artikolu 13(1)(ii) ta’ Direttiva 2000/29/KE li jindika in-numru/i tal-lott/lottijiet taħt it-taqsima "Marki ta’ distinzjoni", u in-numru/i tal-kodiċi uffiċjali kif imsemmija f’(x) taħt it-taqsima "Dikjarazzjoni addizzjonali"; in-numru tal-lott tal-lott li minnu kien ittieħed kampjun għall-għan speċifikat f’(vi), kif ukoll il-prospett uffiċjali li jiddikjara li l-ittestjar kien sar, għandu wkoll ikun indikat f’dik it-taqsima;

(xii) esportata permezz ta’ esportatur reġistrat uffiċjalment, li l-isem jew marka distintiva (trademark) tiegħu għandu jkun indikat fuq kull kunsinna. Il-lista ta’ esportaturi reġistrati uffiċjali kif stabbilit mill-awtoritajiet kompetenti Eġizzjani tkun trid tkun imqegħda għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni qabel l-1 ta’ Jannar 2004;

(ċ) il-punti ta’ dħul awtorizzati għall-introduzzjoni ta’ patata relevanti u l-isem u l-indirizz tal-korp uffiċjali responsabbli li jieħu ħsieb kull punt iridu jkunu ġew mgħoddija mill-iStati Membri lill-Kummissjoni, li għandha tinforma lill-iStati Membri l-oħra u l-Eġittu b’dak tiegħuom;

(d) il-korp uffiċjali responsabbli li jieħu ħsieb il-punt ta’ dħul irid ikun ġie notifikat minn qabel biż-żmien li fih x’aktarx jaslu l-kunsinni ta’ patata kif ukoll bl-ammont relatat;

2. Fil-punt tad-dħul, il-patata għandha tkun soġġetta għall-spezzjonijiet meħtieġa skond l-Artikolu 13a(1)(b) ta’ Direttiva 2000/29/KE, u spezzjonijiet bħal dawn, għandhom isiru fuq tuberi maqtugħa ta’ kampjuni ta’ mill-anqas 200 tuberi kull wieħed, meħuda minn kull lott f’kunsinna, jew jekk il-lott jeċċedi 25 tunnellata metrika, minn kull 25 tunnellata metrika jew parti minnu f’tali lott.

Kull lott ta’ kunsinna in kwistjoni għandu jibqa’ taħt kontroll uffiċjali u ma jistax ikun mqiegħed fis-suq jew użat sakemm ikun stabbilit li l-preżenza ta’ Pseudomonas solanacearum (Smith) Smith ma kienitx suspettata jew skopruta f’dawk l-ezamijiet. Barraminnhekk, f’każi fejn sintomi tipiċi jew suspetti ta’ Pseudomonas solanacearum (Smith) Smith ikunu skopruti f’lott, il-lottijiet kollha li jibqgħu fil-kunsinna in kwistjoni u l-lottijiet f’kunsinni oħra li joriġinaw mill-istess żona għandhom ikunu miżmuma taħt kontroll uffiċjali sakemm il-preżenza ta’ Pseudomonas solanacearum (Smith) Smith tkun ġiet konfermata jew rifjutata fil-lott in kwistjoni.

Jekk sintomi tipiċi jew suspetti ta’ Pseudomonas solanacearum (Smith) Smith ikunu skopruti fl-eżamijiet in kwistjoni, il-konferma jew rifjutazzjoni ta’ Pseudomonas solanacearum (Smith) Smith għandha tkun stabbilita permezz ta’ ttestjar skond l-iskema ta’ ttestjar in kwistjoni tal-KomunitaÏ. Jekk Pseudomonas solanacearum (Smith) Smith tkun konfermata il-lott li minnu il-kampjun ikun mittieħed għandu jkun soġġettat għal waħda minn dawn il-miżuri li ġejjin, jew:

(i) rifjut jew permess biex jintbgħatu prodotti lejn destinazzjoni ‘l barra mill-KomunitaÏ; jew

(ii) distruzzjoni,

u l-lottijiet kollha li jibqgħu fil-kunsinna mill-istess żona għandhom ikunu ttestjati skond punt 3.

3. Barra minn l-ispezzjonijiet imsemmija f’punt 2, ittestjar għal infezzjoni moħbija skond l-iskema ta’ testijiet in kwistjoni tal-KomunitaÏ għandu jsir fuq kampjuni meħuda minn kull żona kif speċifikat f’punt 1(a); matul l-istaġun ta’ esportazzjoni mill-anqas kampjun wieħed minn kull settur jew baċin kull żona kif imsemmi fil-paragrafu 1a għandu jittieħed b’rata ta’ 200 tuberi kull kampjun minn lott wieħed. Il-kampjun magħżul għal infezzjoni moħbija għandu wkoll ikun soġġett għal spezzjoni tat-tuberi maqtugħa. Għal kull kampjun ittestjat u konfermat posittiv għandu jkun hemm żamma u konservazzjoni xierqa ta’ xi fdalijiet ta’ estratt ta’ patata.

Kull lott li minnu jkunu ttieħdu il-kampjuni għandhom jibqgħu taħt kontroll uffiċjali u ma jistgħux ikunu mqiegħdha fis-suq jew użati sakemm ikun ġie stabbilit li l-preżenza ta’ Pseudomonas solanacearum (Smith) Smith ma tkunx ġiet konfermata fl-ittestjar in kwistjoni. Jekk Pseudomonas solanacearum (Smith) Smith ikun konfermat il-lott li minnu il-kampjun jkun ġie mittieħed għandu jkun soġġett għal wieħed minn dawn il-miżuri li ġejjin, jew:

(i) rifjut jew permess bied jintbgħatu prodotti lejn destinazzjoni ‘l barra mill-KomunitaÏ; jew

(ii) distruzzjoni.

4. Fil-każ ta’ kemm fis-sejbiet suspetti u dawk konfermati ta’ Pseudomonas solanacearum (Smith) Smith l-iStati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Eġittu immedjatament kif xieraq; in-notifika ta’ sejba suspetta għandha tkun fuq bażi ta’ riżultat posittiv fit-testijiet ta’ għarbiel (screening) rapidi kif speċifikat f’L-Anness II, taqsima I, punt 1 u taqsima II jew test/testijiet ta’ għarbiel kif speċifikat f’L-Anness II, taqsima I, punt 2 u taqsima III ta’ l-iskema ta’ testijiet bħal dawn tal-Komunita(1).

5. Il-Kummissjoni għandha tassigura li hi tirċievi informazzjoni bid-dettalji u r-riżultati ta’ spezzjonijiet viżwali imsemmija f’punti 1(b)(ii), (iii), (iv) u (v) u ta’ l-ittestjar imsemmija fil-paragrafu 1(b)(vi). Il-lista ta’ żoni approvati li ħielsa minn insetti jew annimali qerrieda għandha tkun aġġustata mill-Kummissjoni skond dawn ir-riżultati u s-sejbiet magħmula taħt punti 2 u 3; fir-rigward ta’ notifika suspetta magħmula taħt punt 4 il-lista ta’ "żoni approvati li ħielsa minn insetti jew annimali qerrieda" għandha tkun aġġustata permezz ta’ l-imposizzjoni ta’ avviż ta’ żamma fuq aktar esportazzjoni lejn il-KomunitaÏ ta’ patata relatata man-notifika suspetta imsemmija hawn fuq li toriġina mill-baċin fiż-żona relevanti approvata li ħielsa minn insetti jew annimali qerrieda sakemm toħroġ rifjutazzjoni tas-sejba suspetta ta’ Pseudomonas solanacearum (Smith) Smith.

Meta tirċievi notifika magħmula mill-Kummissjoni tal-lista aġġustata imsemmija hawn fuq dwar żoni approvati li ħielsa minn insetti jew annimali qerrieda, żona ta’ protezzjoni għandha tkun imfassla mill-awtoritajiet Eġizzjani kif imsemmi f’punt 1(b)(vii). Informazzjoni fuq l-identifikazzjoni taż-żona ta’ protezzjoni imsemmija hawn fuq minn-numru/i ta’ kodiċi uffiċjali individwali għandha tkun imqegħda immedjatament għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni u l-iStati Membri. Fl-assenza ta’ informazzjoni bħal din fi żmien tlett ijiem tax-xogħol minn l-okkorrenza suspettata, il-Kumissjoni għandha taġġusta l-lista ta’ żoni approvati li huma ħielsa minn insetti jew annimali qerrieda billi teskludi aktar esportazzjoni għal perjodu li jibqa’ minn l-istaġun ta’ importazzjoni 2003/04 mis-settur intier li fih il-baċin relatat mas-suspettata notifika imsemmija hawn fuq ikun jinstab.

6. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu htiġiet ta’ tikkettjar xieraq, inkluża l-oriġini Eġizzjana, bil-għan li ma jħallux l-patata milli tkun imħawla u miżuri xierqa għar-rimi ta’ skart wara l-ippakkjar jew l-iproċessar tal-patata biex ikun evitat kull tixrid ta’ Pseudomonas solanacearum (Smith) Smith li tirriżulta minn xi infezzjoni moħbija.(1)

[1] ĠU L 235, 21.08.98, p. 1.

--------------------------------------------------

Top