Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003R1809

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1809/2003 tal-15 ta’ Ottubru 2003 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar ir-regoli ta’ l-importazzjoni ta’ annimali bovini ħajjin u l-prodotti taċ-ċanga, tan-nagħaġ u tal-mogħoż mill-Kosta Rika u n-New CaledoniaTest b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 265, 16.10.2003, p. 10–11 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1809/oj

    32003R1809



    Official Journal L 265 , 16/10/2003 P. 0010 - 0011


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1809/2003

    tal-15 ta’ Ottubru 2003

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar ir-regoli ta’ l-importazzjoni ta’ annimali bovini ħajjin u l-prodotti taċ-ċanga, tan-nagħaġ u tal-mogħoż mill-Kosta Rika u n-New Caledonia

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-22 ta’ Meju 2001 li jwaqqaf ir-regoli għall-ħarsien, il-kontroll u l-qerda ta’ ċerti l-enċifalopati sponġiformi li jittieħdu [1], kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1139/2003 [2], u l-aktar l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 23 tiegħu,

    Billi:

    (1) Fl-opinjoni tiegħu tal-11 ta’ Mejju 2001 fuq ir-riskju ġeografiku tal-BSE fil-Kosta Rika, il-Kumitat Xjuentifiku tat-Tmexxija (il-KXT) kien temm li l-każijiet ta’ BSE fiċ-ċanga lokali ta’ dak il-pajjiż mhumiex spissi. Bħala rizultat, il-Kosta Rika kienet tniżżlet fil-lista ta’ pajjiżi li huma eżenti minn ċerti kondizzjonijiet kummerċjali marbuta mat-TSE ta’ annimali bovini ħajjin u prodotti taċ-ċanga, tan-nagħaġ u tal-mogħoż.

    (2) Fl-opinjoni aġġornata tiegħu ta’ l-10 ta’ April 2003 fuq ir-riskju ġeografiku tal-BSE ta’ ċerti pajjiżi terzi, il-KXT kien bidel l-opinjoni tiegħu tal-11 ta’ Mejju 2001, u temm li l-każijiet ta’ BSE fiċ-ċanga lokali fil-Kosta Rika mhumiex komuni iżda lanqas ma jistgħu jitħallew barra. Għalhekk, il-Kosta Rika m’għandhiex tkun eżentata mill-kondizzjonijiet kummerċjali marbuta mat-TSE għall-annimali bovini ħajjin u l-prodotti taċ-ċanga, tan-nagħaġ u tal-mogħoż.

    (3) Fl-opinjoni tiegħu tas-6 ta’ Marzu 2003 fuq ir-riskju ġeografiku tal-BSE fi New Caledonia, il-KXT kien ikkonkluda li l-każijiet ta’ BSE fiċ-ċanga lokali ta’ dak il-pajjiż mhumiex komuni. Għalhekk, in-New Caledonia għandha titniżżel fil-lista ta’ pajjiżi li huma eżentati minn ċerti kondizzjonijiet kummerċjali marbuta mat-TSE għall-annimali bovini u l-prodotti taċ-ċanga, tan-nagħaġ u tal-mogħoż.

    (4) Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 għandu, għalhekk, jiġi emendat.

    (5) Il-miżuri li hemm f’dan ir-Regolament huma fi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti fuq il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness XI għar-Regolament (KE) Nru 999/2001 qed ikun emendat fi qbil ma’ l-Anness għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjail ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fil-kumplessità tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fil-15 ta’ Ottubru 2003.

    Għall-Kummissjoni

    David Byrne

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 147, tal-31.05.01, p. 1.

    [2] ĠU L 160, tas-27.06.03, p. 22.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS

    L-Anness XI qed ikun emendat kif ġej:

    1. Fil-parti A, il-punt 15(b), il-lista tal-pajjiżi qed tinbidel b’dan li ġej:

    "— l-Arġentina

    — l-Awstralja

    — il-Botswana

    — il-Brażil

    — iċ-Ċili

    — El Salvador

    — l-Islanda

    — In-Namibja

    — Territoire français de la Nouvelle Calédonie

    — in-New Zealand

    — in-Nikaragwa

    — il-Panama

    — il-Paragwaj

    — Singapor

    — Sważiland

    — l-Urugwaj

    — Vanuatu."

    2. Fil-parti D, il-punt 3 qed jinbidel b’dan li ġej:

    "3. il-punt 2 m’għandux jgħodd għall-importazzjoni ta’ annimali bovini li jkunu twieldu u tkabbru l-ħin kollu fil-pajjiżi li ġejjin:

    - l-Arġentina

    - l-Awstralja

    - il-Botswana

    - il-Brażil

    - iċ-Ċili

    - El Salvador

    - l-Islanda

    - In-Namibja

    - Territoire français de la Nouvelle Calédonie

    - in-New Zealand

    - in-Nikaragwa

    - il-Panama

    - il-Paragwaj

    - Singapor

    - Sważiland

    - l-Urugwaj

    - Vanuatu."

    --------------------------------------------------

    Top