This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32003R1287
Council Regulation (EC, Euratom) No 1287/2003 of 15 July 2003 on the harmonisation of gross national income at market prices (GNI Regulation) (Text with EEA relevance)
Ir-Regolament tal-Kunsil (KE, EURATOM) Nru 1287/2003 tal-15 ta' Lulju 2003 fuq l-armonizzazzjoni tad-dħul gross nazzjonali bi prezzijiet tas-suq (Regolament GNI)Test b'relevanza għaż-ŻEE.
Ir-Regolament tal-Kunsil (KE, EURATOM) Nru 1287/2003 tal-15 ta' Lulju 2003 fuq l-armonizzazzjoni tad-dħul gross nazzjonali bi prezzijiet tas-suq (Regolament GNI)Test b'relevanza għaż-ŻEE.
ĠU L 181, 19.7.2003, p. 1–3
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
No longer in force, Date of end of validity: 17/04/2019
Official Journal L 181 , 19/07/2003 P. 0001 - 0003
Ir-Regolament tal-Kunsil (KE, EURATOM) Nru 1287/2003 tal-15 ta' Lulju 2003 fuq l-armonizzazzjoni tad-dħul gross nazzjonali bi prezzijiet tas-suq (Regolament GNI) (Test b'relevanza għaż-ŻEE) IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika, Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/597/KE, Euratom tat-29 ta' Settembru 2000 fuq is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet [1], u partikolarment l-Artikolu 8(2) tiegħu, Wara li kkunsidra il-proposta mill-Kummissjoni [2], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [3], Billi: (1) Is--sehem li qed jiżdied tar-riżorsi proprji tal-Komunità bbażat fuq il-prodott gross nazzjonali bi prezzijiet tas-suq (hawnhekk iżjed ‘il quddiem msejjaħ GNPmp) ta' l-Istati Membri, jagħmilha neċessarja illi jissaħħu iżjed il-komparabiltà, l-affidabilità u l-eżawrjenza ta' dan l-aggregat. (2) Din id-data hija ukoll għodda analitika importanti għall-kordinazzjoni tal-politika ekonomika nazzjonali u għal politika varja tal-Komunità. (3) Għall-iskopijiet tar-riżorsi proprji, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/597/KE, Euratom tgħid illi l-GNPmp huwa ugwali għad-dħul gross nazzjonali bi prezzijiet tas-suq (hawnhekk iżjed ‘il quddiem imsejjaħ GNI) kif provdut mill-Kummissjoni fl-applikazzjoni tas-sistema Ewropea ta' kontitjiet nazzjonali u reġjonali (hawnhekk iżjed ‘il quddiem imsejħa ESA 95) skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2223/96 tal-25 ta' Ġunju 1996 dwar is-sistema Ewropea ta' kontijiet nazzjonali u reġjonali fil-Komunità [4]. (4) Id-data dwar il-GNI għandha tkun komparabbli. Dawn id-data jistgħu jkunu komparabbli biss jekk id-definizzjonijet u r-regoli tal-kontabilità relevanti tal-ESA 95 huma mħarsa. Għal dak il-għan, il-proċeduri ta' stima u d-data bażika attwalment użata għandhom jippermetu l-applikazzjoni korretta tad-definizzjonijiet u r-regoli tal-kontabilità tal-ESA 95. (5) Is-sorsi u l-metodi użati biex ikun kompilat il-GNI għandhom ikunu affidabbli. Dan ifisser illi metodi ta' teknikasani għandhom jiġu applikati kemm jista jkun ma' statistiċi bażiċi li huma b'saħħithom u adatti. (6) Id-data fuq il-GNI għandha tkun eżawrjenti. Dan ifisser illi għandhom jieħdu ukoll kont ta' l-attivitajiet li m'humiex rapportati fl-istħarriġ ta' l-istatistiċi jew lill-awtoritajiet fiskali, soċjali u awtoritajiet amministrattivi oħra. Rappurtaġġ imtejjeb tal-GNI jassumi l-iżvilupp adatt ta' bażijiet ta' l-istatistika u tal-proċeduri biex isiru l-istimi kif ukoll li jsiru aġġustamenti adegwati. (7) Sabiex twettaq il-missjoni tagħha li tipprovdi d-data dwar il-GNI għall-għan tar-riżorsi proprji, il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri mmirati biex itejbu l-komparabilità, l-affidabilità u l-eżawrjenza tal-GNI ta' l-Istati Membri. (8) Id-Direttiva tal-Kunsill 89/130/KEE, Euratom tat-13 ta' Frar 1989 dwar l-armonizzazzjoni tal-kumpilazzjoni tal-prodott gross nazzjonali bi prezzijiet tas-suq [5] stabbiliet proċedura biex tivverifika u tagħmel stima tal-komparabiltà, l-affidabilità u l-eżawrjenza tal-GNP fil-Kumitat tal-GNP li fih l-Istati Membri u l-Kummissjoni jikkooperaw mill-qrib. Din il-proċedura għandha tiġi aġġustata biex tieħu kont ta' l-użu tal-ESA 95 GNI għall-għan tar-riżorsi propri. (9) Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom ikunu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tal-poteri ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni [6]. (10) Il-Kumitat tal-Programm ta' l-Istatistika ġie konsultat skond l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom tad-19 ta' Ġunju 1989 li tistabbilixxi Kumitat dwar il-Programmi ta' l-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej [7], ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Kapitolu I Definizzjoni u Kalkolu tad-dħul gross nazzjonali bi prezzijiet tas-suq. Artikolu 1 1. Id-dħul gross nazzjonali meħud bi prezzijiet tas-suq (GNI) u l-prodott gross domestiku bi prezzijiet tas-suq (GDP) għandhom ikunu definiti skond is-sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali (ESA 95). 2. Il-PGD huwa r-riżultat finali ta' l-attività tal-produzzjoni ta' l-unitajiet tal-produttur residenti. Jista jkun definit fi tlett modi: (a) Il-prodott gross domestiku huwa s-somma tal-valur gross miżjud tas-setturi istituzzjonali varji jew ta' l-industriji varji li magħhom jżdiedu it-taxxi u jitnaqqsu s-sussidji fuq il-prodotti (li m'humiex allokati għas-setturi u għall-industriji). Huwa ukoll l-oġġett ta' bilanċ fil-kont totali tal-produzzjoni ta' l-ekonomija; (b) Il-GDP huwa s-somma ta' l-użu aħħari tal-merkanzija u s-servizzi mill-unitajiet istituzzjonali residenti (il-konsum aħħari attwali u l-formazzjoni tal-kapital grossa) li magħhom jiżdiedu l-esportazzjonijiet u jitnaqqsu l-importazzjonijiet ta' merkanzija u servizzi; (ċ) Il-GDP huwa s-somma ta' l-użi fil-ġenerazzjoni ekonomika sħiħa tal-kont tad-dħul (il-kumpens ta' l-impjegati, t-taxxi fuq il-produzzjoni u l-importazzjonijiet bit-tnaqqas tas-sussidji, l-operating surplus gross u d-dħul imħallat ta' l-ekonomija sħiħa). 3. Id-GNI jirrapreżenta d-dħul primarju sħiħ riċevut mill-unitajiet istituzzjonali residenti: il-kumpens ta' l-impjegati, t-taxxi fuq il-produzzjoni u l-importazzjoni bit-tnaqqis tas-sussidji, id-dħul mill-proprjeta' (dak imdaħħal li minnhu tnaqqas dak li jiġi mħallas), operating surplus gross u d-dħul imħallat gross. Il-GNI huwa ugwali għall-GDP meta tnaqqas id-dħul primarju li għandu jitħallas mill-unitajiet residenti lill-unitajiet mhux residenti u żżid id-dħul primarju li għandu jiġi mdaħħal mill-unitajiet residenti mill-bqija tad-dinja. Kapitolu II It-tramissjoni tad-data tad-GNI u informazzjoni oħra Artikolu 2 1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu d-dħul gross nazzjonali skond l-Artikolu 1 fil-kuntest tal-kontijiet nazzjonali regolari. 2. Qabel it-22 ta' Settembru ta' kull sena, l-Istati Membri għandu jipprovdu lill-Kummissjoni (Eurostat), fil-kuntest tal-proċeduri tal-kontijiet nazzjonali, bil-figuri għad-dħul gross nazzjonali globali u l-komponenti tiegħu, skond id-definizzjonijiet msemmija fl-Artikolu 1. Is-somom totali għall-prodott gross domestiku u l-komponenti tiegħu jistgħu jiġu pprezentati skond it-tlett approċi msemmija fl-Arikolu 1(2). Il-figuri provduti għandhom ikopru s-sena preċedenti u xi tibdil magħmul lill-figuri tas-snin preċedenti. 3. Meta jikkomunikaw id-data msemmi fil-paragrafu 2, l-Istati Membri għandhom jittransmettu rapport fuq il-kwalità' tad-data tad-dħul gross nazzjonali lill-Kummissjoni (Eurostat). Ir-rapport għandu jipprovdi l-informazzjoni neċessarja biex juri kif l-ammont globali ġie milħuq, u partikolarment għandu jiddiskrivi jekk kienx hemm xi tibdil sinjifikanti fil-proċeduri u l-istatistiċi bażiċi wżati u jispjega r-reviżjonijiet magħmula lill-istimi tad-dħul gross domestiku preċedenti. Il-kontenut u l-format ta' dan ir-rapport għandhom ikunu skond il-gwidi mfassla mill-Kummissjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 4(2). Artikolu 3 L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni (Eurostat), skond il-linji ta' gwida mfassla mill-istess Kummissjoni u skond il-proċecura msemmija fl-Artikolu 4(2), flimkien ma' inventarju tal-proċeduri u l-istatistiċi basiċi wżati fil-kalkulazzjoni tad-dħul gross nazzjonali u l-komponenti tiegħu skond l-ESA 95. L-Istati Membri għandhom itejjbu u jaġġornaw l-inventorju tagħhom skond dawk il-linji ta' gwida. Kapitolu III Il-Proċeduri u l-kontrolli fuq il-kalkulazzjoni tad-dħul gross nazzjonali Artikolu 4 1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn Kumitat, hawnhekk iżjed ‘il quddiem msejħa "Il-Kumitat tad-dħul gross nazzjonali", kompost minn rappreżentanti ta' l-Istati Membri u ppreseduta mir-rappreżentant tal-Kummissjoni. 2. Fejn tintgħamel riferenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 sa 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE. Il-perijodu ta' żmien preskritt fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xhur. 3. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli tiegħu ta' proċedura. Artikolu 5 1. Il-Kummissjoni għandha tivverifika r-riżorsi u l-metodi wżati mill-istati Membri biex tikkalkula d-dħul gross nazzjonali. Miżuri sabiex id-data tad-dħul gross nazzjonali ikun iktar komparabbli, affidabbli u eżawrjenti għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 4(2). 2. Il-Kumitat tad-dħul gross nazzjonali għandu jeżamina mistoqsijiet magħmula mill-President tagħha, kemm fuq iniżjattiva tiegħu jew fuq talba ta' wieħed mir-rappreżentanti ta' l-istati Membri, li jirrigwardjaw l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, partikolarment b'rigward għal: (a) l-konformità kull sena mad-definizzjonijiet msemmija fl-Artikolu 1; (b) l-eżaminazzjoni kull sena tad-data mibgħuta skond it-termini ta' l-Artikolu 2(2) u l-informazzjoni mibgħuta skond it-termini ta' l-Artikolu 2(3) li jirrigwardja r-riżorsi statistiċi u l-proċeduri għall-kalkulazzjoni tad-dħul gross nazzjonali u l-komponenti tiegħu. Din l-eżaminazzjoni għandha twassal għal opinjoni tal-Kumitat tad-dħul gross nazzjonali fuq kemm hu xieraq id-data tad-dħul gross nazzjonali ta' l-Istati Membri bl-iskop li tintuża bħala riżors tagħha stess b'rispett għall-affidabilita', l-komparabilita', u l-eżawrjenza tagħha. Din l-opinjoni għandha turi fuq liema dokumenti prinċipali l-eżaminazzjoni hija bbażata. Fl-istima ta' l-affidabilita', l-komparabilita', u l-eżawrjenza tad-dħul gross nazzjonali u l-komponenti tagħha l-prinċipju tal-benefiċċju u l-infiq għandu jiġi kkunsidrat. F'dan il-kuntest, il-prinċipju tal-benefiċċju u l-infiq jinvolvi deċiżjoni fuq id-daqs potenzali u sinjifikanza ta' attivitajiet speċifiċi jew operazzjonijiet bbażati fuq kwalunkwe informazzjoni disponibbli. Din l-informazzjoni hija ħafna drabi fuq kwalità, imma tistà tkun ta kwantità f'ċerti każi. Il-Kummissjoni (Eurostat) teżamina l-komparabilità fit-trattament ta' każijiet similari fl-Istati Membri u tirraporta lill-Kumitat tad-dħul gross nazzjonali fuq il-każijiet kollha fejn huwa kkunsidrat li l-prinċipju tal-benefiċċju u l-infiq għandu japplika. L-applikazzjoni ta' dan il-prinċipju għandu jevita li jittieħdu riżorsi sproporzjonati sabiex jiġu kkalkulati oġġetti insinjifikanti; (ċ) espressjoni ta l-ideat tagħha, mingħajr preġudizzju għal l-Artikolu 4, fuq il-proposti tal-Kummissjoni li huma mmirati biex itejjbu l-kalkulazzjoni tad-dħul gross nazzjonali, li jinkludi fejn neċessarju l-interpretazzjoni tad-definizzjonijiet ta' l-ESA 95 u tikkwantifika l-impatt ta' dawn il-proposti fuq id-dħul gross nazzjonali. 3. Il-Kumitat tad-dħul gross nazzjonali għandha tagħmel sforzi partikolari biex ittejjeb il-prattiċi tal-kumpilazzjoni tad-dħul gross nazzjonali ta' l-Istati Membri u biex ixxerred l-aħjar prattiċi f'dan il-qasam. Għandha ukoll tittratta ma kwistjonijiet li jirrigwardjaw ir-reviżjoni tad-data tad-dħul gross nazzjonali u l-problema tal-kompjutezza tad-dħul gross nazzjonali. Għandha, jekk neċessarju, tissuġġerixxi miżuri lill-Kummissjoni sabiex tagħmel id-data tad-dħul gross nazzjonali iktar komparabbli u affidabbli. Artikolu 6 Mingħajr preġudizzju għall-ispezzjonijet previsti fl-Artikolu 19 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1150/2000 [8], żjarat ta' informazzjoni għall-GNI, fejn xieraq, jistgħu jsiru b'mod konġunt fl-Istati Membri mis-servizzi tal-Kummissjoni u rappreżentanti minn Stati Membri oħra f'konsultazzjoni ma' l-Istati Membri li għandhom qed issir iż-żjara. Il-parteċipazzjoni ta' l-Istati Membri f'dawn iż-żjarat hija volontarja. Kapitolu IV Dispożizzjonijiet finali Artikolu 7 Qabel it-tmiem ta' l-2005, il-Kummissjoni għandha tressaq rapport skond l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Artikolu 8 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fil-15 ta' Lulju 2003. F'isem il-Kunsill Il-President G. Tremonti [1] ĠU L 253, 07.10.00, p. 42. [2] ĠU C 45 E, 25.02.03, p. 61. [3] L-opinjoni tat-12 ta' Marzu 2003 (għada mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). [4] ĠU L 310, tat-30.11.1996, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 359/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 58, tat-28.2.2002, p. 1). [5] ĠU L 49, 21.02.89, p. 26. [6] ĠU L 184, 17.07.99, p. 23. [7] ĠU L 181, tat-28.6.1989, p. 47. [8] ĠU L 130, tal-31.5.2000, p. 1. --------------------------------------------------