This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32002R1749
Council Regulation (EC, Euratom) No 1749/2002 of 30 September 2002 amending Regulation (Euratom, ECSC, EEC) No 549/69 determining the categories of officials and other servants of the European Communities to whom the provisions of Article 12, the second subparagraph of Article 13 and Article 14 of the Protocol on the Privileges and Immunities of the Communities apply
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 1749/2002 tat-30 ta' Settembru 2002 li jemenda r-Regolament (Euratom, KEFA, KEE) Nru 549/69 li jistabbilixxi l-kategoriji ta' uffiċjali u aġenti oħra tal-Komunitajiet Ewropej li għalihom id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 12, it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 13 u l-Artikolu 14 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u Immunitajiet tal-Komunitajiet japplikaw
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 1749/2002 tat-30 ta' Settembru 2002 li jemenda r-Regolament (Euratom, KEFA, KEE) Nru 549/69 li jistabbilixxi l-kategoriji ta' uffiċjali u aġenti oħra tal-Komunitajiet Ewropej li għalihom id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 12, it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 13 u l-Artikolu 14 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u Immunitajiet tal-Komunitajiet japplikaw
ĠU L 264, 2.10.2002, pp. 13–14
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
Official Journal L 264 , 02/10/2002 P. 0013 - 0014
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 1749/2002 tat-30 ta' Settembru 2002 li jemenda r-Regolament (Euratom, KEFA, KEE) Nru 549/69 li jistabbilixxi l-kategoriji ta' uffiċjali u aġenti oħra tal-Komunitajiet Ewropej li għalihom id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 12, it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 13 u l-Artikolu 14 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u Immunitajiet tal-Komunitajiet japplikaw IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 291 tiegħu, Wara li kkunsidra l-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej, u b'mod partikolari l-Artikoli 16 u 22 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2]; Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja [3], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti ta' l-Awdituri [4]; Billi: (1) Ir-Regolament (Euratom, KEFA, KEE) Nru 549/69 [5], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE, KEFA, Euratom) Nru 2459/98 [6], għandu jiġi emendat sabiex jitqies ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1746/2002 tat-30 ta' Settembru 2002 li jdaħħal, fil-kuntest tar-riforma tal-Kummissjoni, miżuri speċjali biex jintemm is-servizz ta' uffiċjali fil-Komunitajiet Ewropej maħtura f'kariga stabbilita fil-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [7]. (2) Ir-Regolament (Euratom, KEFA, KEE) Nru 549/69(5), kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE, KEFA, Euratom) Nru 2459/98, għandu jiġi emendat sabiex jitqies ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1747/2002 tat-30 ta' Settembru 2002 li jdaħħal, fil-kuntest tal-modernizzazzjoni ta' l-istituzzjoni, miżuri speċjali biex jintemm is-servizz ta' uffiċjali fil-Komunitajiet Ewropei maħturas f'kariga stabbilita fil-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropei [8]. (3) Ir-Regolament (Euratom, KEFA, KEE) Nru 549/69(5), kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE, KEFA, Euratom) Nru 2459/98, għandu jiġi emendat sabiex jitqies ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1748/2002 tat-30 ta' Settembru 2002 li jdaħħal, fil-kuntest tal-modernizzazzjoni ta' l-istituzzjoni, miżuri speċjali biex jintemm is-servizz ta' uffiċjali maħtura f'kariga stabbilita fil-Parlament Ewropew u ta' persunal temporanju li jaħdem fil-Gruppi Politiċi tal-Parlament Ewropew [9]. ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Dawn il-punti li ġejjin (p), (q) u (r) għandhom jiġu miżjuda ma' l-Artikolu 2 tar-Regolament (Euratom, KEFA, KEE) Nru 549/69: "(p) dawk li huma intitolati għall-allowance prevista fil-każ tat-terminazzjoni ta' servizz taħt l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1746/2002, (q) dawk li huma intitolati għall-allowance prevista fil-każ tat-terminazzjoni ta' servizz taħt l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1747/2002; (r) dawk li huma intitolati għall-allowance prevista fil-każ tat-terminazzjoni ta' servizz taħt l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1748/2002," Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu japplika, fir-rigward ta' kull punt miżjud mid-data tad-dħul fis-seħħ rispettiva ta' kull Regolament imsemmi fl-Artikolu 1. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, it-30 ta' Settembru 2002. Għall-Kunsill Il-President P. S. Møller [1] ĠU Ċ 81, 21.03.00, p. 1. [2] Opinjoni mogħtija fl-24 ta' Settembru 2002. [3] Opinjoni mogħtija fil-15 ta' Marzu 2002. [4] ĠU Ċ 225, 20.09.02, p. 1. [5] ĠU L 74, tas-27.3.1969, p. 1. [6] ĠU L 307, 17.11.98, p. 3. [7] Ara paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali. [8] Ara paġna 5 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali. [9] Ara paġna 9 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali. --------------------------------------------------