EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001L0089

Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/89/KE tat-23 ta' Ottubru 2001 dwar il-miżuri tal-Komunità għall-kontroll tal-marda ta' l-infafet vesikolari (deni klassiku) tal-ħnieżerTest b'rilevanza għaż-ŻEE

ĠU L 316, 1.12.2001, p. 5–35 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Imħassar b' 32016R0429 U 32020R0687

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2001/89/oj

32001L0089



Official Journal L 316 , 01/12/2001 P. 0005 - 0035


Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/89/KE

tat-23 ta' Ottubru 2001

dwar il-miżuri tal-Komunità għall-kontroll tal-marda ta' l-infafet vesikolari (deni klassiku) tal-ħnieżer

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni [4],

Billi:

(1) Id-Direttiva tal-Kunsill 80/217/KEE tat-22 ta' Jannar 1980 li ddaħħal miżuri Komunitarji għall-kontroll tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer [5] ġiet emendata spiss u b'mod sostanzjali. Issa illi trid tiġi emendata iżjed, id-Direttiva għandha, għal raġunijiet ta' ċarezza u ta' razzjonalità, tiġi abbozzata f'test wieħed.

(2) Ġaladarba l-annimali ħajjin huma elenkati fl-Anness I mat-Trattat, wieħed mix-xogħlijiet tal-Komunità fil-qasam veterinarju huwa li ttejjeb l-istat tas-saħħa tal-ħnieżer, u b'hekk tiffaċilita l-kummerċ fil-majjal u l-prodotti mill-majjal sabiex jiżġuraw l-iżvilupp f'dan is-settur.

(3) Fl-eventwalità ta' mxija tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer, huwa meħtieġ illi jiġu stabbiliti fil-livell Komunitarju miżuri ta' kontroll għalbiex jeqirdu l-mard biex jiġi żġurat l-iżvilupp tas-settur tal-majjal u sabiex jikkontribwixxu għall-protezzjoni tas-saħħa ta' l-annimali fil-Komunità.

(4) L-imxija tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer tista' tieħu proporzjonijiet epiżootiċi, tikkawża mwiet u tfixkil fuq skala li tkun ta' theddida b'mod partikolari għall-profittabilità tat-trobbija tal-majjal kollu.

(5) Għandhom jiġu adottati miżuri hekk kif tiġi ssuspettata l-preżenza tal-marda sabiex tittieħed azzjoni minnufih u effettiva malli tiġi kkonfermata l-preżenza tagħha, inkluża l-ispopolazzjoni tal-merħla nfettata.

(6) Jekk tfaqqa' l-imxija huwa wkoll meħtieġ li jiġi pprevenut kull tixrid iktar tal-marda billi jiġu mmonitorjati b'attenzjoni l-moviment ta' l-annimali u l-użu tal-prodotti li jistgħu jkunu mniġġża, it-tindif u d-diżinfettazzjoni tal-fondi infettati, li jiġu stabbiliti żoni tas-sorveljanza u ta' protezzjoni madwar l-imxija u, jekk meħtieġ, bit-tilqim.

(7) Fil-każ ta' infezzjoni, il-ħnieżer imlaqqma jistgħu mid-dehra jsiru trasportaturi b'saħħithom tal-virus u jifirxu iżjed il-marda. Jista' għalhekk jiġi awtorizzat l-użu tal-vaċċini fl-emerġenzi biss.

(8) Skond l-opinjoni tal-Kumitat Xjentifiku, il-vaċċini markaturi kapaċi joħolqu immunità protettiva li tingħaraf mir-reazzjoni ta' l-immunità miġjuba mill-infezzjonijiet naturali mill-virus selvaġġ permezz ta' testijiet xierqa tal-laboratorju jistgħu jsiru għodda meħtieġa addizzjonali fil-kontroll tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer fiż-żoni ta' densità qawwija ta' ħnieżer, b'hekk jiġi evitat il-qtil massiv ta' l-annimali. Huwa għalhekk tal-parir illi tiġi stabbilita proċedura Komunitarja li tapprova dawn it-testijiet diskriminatorji, ġaladarba jkunu jegħlbu l-limitazzjonijiet ta' dawn it-testijiet, u li tawtorizza lill-Istati Membri sabiex jintroduċu l-użu tal-vaċċini markaturi fejn jixraq f'emerġenza.

(9) Għandhom jiġu applikati miżuri speċjali tal-qerda fil-każ ta' mard fi ħnieżer ferali (selvaġġi).

(10) Għandhom jiġu stabbiliti disposizzjonijiet sabiex jiġġarantixxu illi jintużaw proċeduri u metodi armonizzati użati għad-dijanjosi tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer, inkluż l-istabbiliment ta' laboratorju Komunitarju ta' riferiment kif ukoll laboratorji ta' riferiment fl-Istati Membri.

(11) Għandhom jiġu stabbiliti disposizzjonijiet sabiex jiżġuraw l-istat meħtieġ ta' tlestija għalbiex jingħelbu effettivament is-sitwazzjonijiet ta' emerġenza li għandhom x'jaqsmu ma' mxija jew iżjed tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer, b'mod partikolari billi jitfasslu pjani biex jikkumbattuhom u jiġu stabbiliti ċentri tal-kontroll u gruppi ta' esperti.

(12) Xi wħud mill-miżuri adottati s'issa fil-Komunità fl-eventwalità ta' mxija tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer skond id-Direttiva 80/217/KEE għandhom jiġu mibdula sabiex iqisu l-avvanzi xjentifiċi, l-iżvilupp ta' għodda dijanjostika u vaċċini ġodda u l-esperjenza miksuba wara mxija tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer fejn tkun seħħet reċentement fil-Komunità.

(13) L-esperjenza turi illi t-tmigħ ta' l-iskart għall-ħnieżer mill-fornituri ta' l-ikel jikkostitwixxi r-riskju tat-tixrid tal-virus tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer bħala riżultat tan-nuqqas ta' effettività fil-miżuri tal-kontroll għat-trattament. Sakemm isiru ċerti miżuri Komunitarji riġward it-trattament ta' dan l-iskart, huwa tal-parir li jiġi pprojbit minn issa l-użu tiegħu bħala ikel lill-ħnieżer. B'żieda ma' dan, minħabba n-natura perikoluża partikolari tiegħu, l-iskart tal-fornituri ta' l-ikel mill-mezzi internazzjonali tat-trasport għandu jissokta jinqered.

(14) Sabiex tiġi żgurata l-kontinwità tal-kordinament tax-xogħol dijanjostiku mwettaq taħt l-awspiċi tal-laboratorji nazzjonali kompetenti, l-"Institut für Viroloġie der Tierärztliċħen Ħoċħsċħule ta' Hannover", innominat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 81/859/KEE [6], għandu jiġi kkonfermat bħala l-laboratorju tar-riferiment tal-Komunità u għar-raġunijiet ta' ċertezza legali, din id-Deċiżjoni għandha tiġi mħassra.

(15) Għandha ssir disposizzjoni riġward il-possibbiltà ta' emendi, permezz ta' proċeduri mħaffa, għal din id-Direttiva u għall-Annessi tagħha sabiex jitqiesu l-iżviluppi fl-għerf xjentifiku u tekniku.

(16) Il-miżuri meħtieġa sabiex tiġi implimentata din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunisll 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri sabiex jiġu eżerċitati l-poteri ta' l-implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni [7].

(17) Din id-Direttiva ma għandhiex taffettwa l-obbligi ta' l-Istati Membri li jirrigwardaw it-temmiet taż-żmien għat-trasposizzjoni tad-Direttivi ddikjarati fil-Parti B ta' l-Anness VII,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Iskopijiet

Din id-Direttiva ddaħħal il-miżuri minimi Komunitarji għall-kontroll tal-marda ta' l-infafet vesikolari (deni klassiku) tal-ħnieżer.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-għanijiet ta' din id-Direttiva għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin

(a) "ħanżir" ifisser kull annimal tal-familja Suidae, inklużi l-ħnieżer selvaġġi (li ma jitrabbewx mill-bniedem);

(b) "ħanżir selvaġġ" (ferali) ifisser ħanżir li la jinżamm u lanqas jitrabba f'impriża;

(ċ) "impriża" tfisser kull fond agrikolu jew fond ieħor li jinsabu fit-territorju ta' Stat Membru, fejn il-ħnieżer jiġu mrobbija jew miżmuma fuq bażi temporanju jew permanenti. Din id-definizzjoni ma tinkludix il-biċċeriji, il-mezzi tat-trasport u l-erji mdawra bil-ħitan jew bi stekkati fejn jinżammu l-ħnieżer selvaġġi u fejn jistgħu jiġu kkaċċjati; dawn iz-żoni mdawra jridu jkunu tad-daqs u l-istruttura li jagħmlu mhux applikabbli l-miżuri stabbiliti fl-Artikolu 5(1);

(d) "manwal dijanjostiku" ifisser il-manwal dijanjostiku tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer riferit fl-Artikolu 17(3);

(e) "ħanżir issuspettat li jkun infettat bil-virus tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer" ifisser kull ħanżir jew karkassa tal-majjal li juru sintomi kliniċi jew li juru feriti jew reazzjonijiet għat-testijiet tal-laboratorju post mortem imwettqa skond il-manwal dijanjostiku li jindikaw il-preżenza possibbli tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer;

(f) "każ ta' marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer" (deni klassiku) jew "majjal infettat bil-marda ta' l-infafet veskulari tal-ħnieżer" ifissru kull ħanżir jew karkassa tal-majjal

- li fihom ikunu ġew ikkonfermati uffiċjalment is-sintomi kliniċi jew il-feriti post-mortem tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer, jew

- li fihom tkun ġiet ikkonfermata uffiċjalment il-preżenza tal-marda b'riżultat ta' eżami tal-laboratorju mwettaq skond il-manwal dijanjostiku;

(ġ) "imxija tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer" (deni klassiku) tfisser l-impriża fejn ikunu ġew mikxufa każ jew iktar tal-marda ta' l-infafet veskulari tal-ħnieżer;

(ħ) "imxija primarja" tfisser l-imxija fis-sens ta' l-Artikolu 2(d) tad-Direttiva tal-Kunsill 82/894/KEE tal-21 ta' Diċembru 1982 dwar in-notifika tal-mard ta' l-animali fil-Komunità [8];

(i) "arja infettata" tfisser arja ta' Stat Membru fejn, wara l-konferma ta' każ jew iżjed tal-marda ta' l-infafet veskulari tal-ħnieżer fi ħnieżer selvaġġi, bil-miżuri għall-qerda tal-marda meħuda skond Artikoli 15 jew 16;

(j) "każ primarju tal-marda ta' l-infafet veskulari taż-żnieżer fi ħnieżer selvaġġi" ifisser kull każ tal-marda ta' l-infafet veskulari tal-ħnieżer li jiġi mikxuf fil-ħnieżer selvaġġi f'arja li fiha ma tkun ittieħdet l-ebda miżura skond l-Artikoli 15 jew 16;

(k) "meta-popolazzjoni ta' ħnieżer selvaġġi" tfisser kull grupp jew subpopolazzjoni ta' ħnieżer mhux imrobbija mill-bniedem b'kuntatti limitati ma' gruppi jew subpopolazzjonijiet oħra;

(l) "popolazzjoni suxxettibbli ta' ħnieżer selvaġġi" tfisser dik il-parti tal-popolazzjoni selvaġġa tal-ħnieżer li ma tkunx żviluppat l-immunità kontra l-virus tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer;

m) "sid" ifisser kull persuna jew persuni, jew naturali jew legali, li jkollhom il-pussess tal-ħnieżer, jew fdati biż-żamma ta' l-annimali msemmija, sewwa jekk ikun hemm benefiċċju finanzjarju u sewwa jekk le;

(n) "awtorità kompetenti" tfisser l-awtorità kompetenti fit-tifsira ta' l-Artikolu 2(6) tad-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 li tirrigwarda l-kontrolli veterinarji u zootekniċi li japplikaw fil-kummerċ intra-Komunitarju f'ċerti annimali ħajjin u ċerti prodotti bil-ħsieb tat-tkomplija tas-suq intern [9];

(o) "veterinarju uffiċjali" ifisser veterinarju nnominat mill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru;

(p) "proċessar" ifisser wieħed mit-trattamenti għall-materjal b'riskju għoli stabbilit fl-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 90/667/KEE [10], applikat b'mod hekk li jevita r-riskju tat-tixrid tal-virus tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer;

(q) "skart mill-fornituri ta' l-ikel" ifisser kull skart minn ikel maħsub għall-konsum mill-bniedem minn ristoranti, faċilitajiet tal-forniment ta' l-ikel jew kċejjen, inklużi l-kċejjen industrijali, u d-djar tal-bidwi jew tal-persuni li jieħdu ħsieb il-ħnieżer;

(r) "vaċċin markatur" ifisser vaċċin li jista' jinħareġ minnu immunità protettiva li tingħaraf mir-rispons ta' l-immunità maħruġa minn infezzjoni naturali bit-tip selvaġġ tal-virus permezz tat-testijiet tal-laboratorju mwettqa skond il-manwal dijanjostiku;

(s) "qtil" ifisser il-qtil tal-ħnieżer fit-tifsira ta' l-Artikolu 2(6) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/119/KEE tat-22 ta' Diċembru 1993 dwar il-protezzjoni ta' l-annimali mal-waqt tal-qatla jew qtil [11];

(t) "qatla" tfisser il-qatla tal-ħnieżer fit-tifsira ta' Artikolu 2(7) tad-Direttiva 93/119/KEE;

(u) "arja b'densità għolja ta' ħnieżer" tfisser kull arja ġeografika b'raġġ ta' 10 km madwar razzett li jkollu ħnieżer issuspettati li huma jew ikunu magħrufa li huma infettati bil-virus tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer, fejn hemm densità ta' ħnieżer ogħla minn 800 ħanżir għal kull km2; l-impriża fil-kwistjoni trid tkun lokata jew fir-reġjun, kif iddefinit fl-Artikolu 2(2)(p) tad-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE [12], fejn ikun hemm densità ta' ħnieżer miżmuma fuq l-impriża ogħla minn 300 ħanżir għal kull km2, jew f'distanza ta' inqas minn 20 km2 minn dan ir-reġjun;

(v) "impriża b'kuntatt" tfisser impriża fejn il-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer setgħet ġiet imdaħħla, jew b'riżultat tal-lokazzjoni, jew tal-moviment tal-persuni, tal-ħnieżer jew tal-vetturi jew b'kull mod ieħor.

Artikolu 3

In-notifika tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-preżenza u l-preżenza ssuspettata tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer jiġu nnotifikati minnufih u b'obbligu lill-awtorità kompetenti.

2. Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet eżistenti Komunitarji dwar in-notifiki ta' mxijiet tal-mard ta' l-annimali, fejn Stat Membru li fit-territorju tiegħu tiġi kkonfermata l-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer għandu:

(a) jagħti notifika tal-marda u jipprovdi t-tagħrif lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri skond l-Anness I dwar:

- l-imxijiet tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer li jiġu kkonfermati fl-impriżi,

- il-każijiet tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer li jiġu kkonfermati f'biċċerija jew fuq mezz tat-trasport,

- il-każijiet primarji tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer li jiġu kkonfermati fi ħnieżer selvaġġi,

- ir-riżultati ta' inkjesta epidemjoloġika mwettqa skond Artikolu 8;

(b) jipprovdi tagħrif lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar iżjed każijiet ikkonfermati fil-ħnieżer selvaġġi f'arja infettata bil-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer skond Artikolu 16(3)(a) u(4).

3. Id-disposizzjonijiet ta' l-Anness I jistgħu jiġu ssupplimentati jew emendati skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 26(2).

Artikolu 4

Il-miżuri f'każijiet ta' suspett tal-preżenza tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer fuq impriża

1. Fejn impriża jkollha ħanżir jew iżjed issuspettati li huma infettati bil-virus tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer, l-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-awtorità kompetenti tmexxi minnufih il-proċess uffiċjali ta' l-investiġazzjoni sabiex tikkonferma jew telimina l-preżenza tal-marda msemmija skond il-proċeduri stabbiliti fil-manwal dijanjostiku.

Meta l-impriża ssirilha żjara minn veterinarju uffiċjali, għandu jitwettaq ukoll kontroll tar-reġistru u tal-marki ta' l-identifikazzjoni tal-ħnieżer riferiti fl-Artikoli 4 u 5 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/102/KEE tas-27 ta' Novembru 1992 dwar l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta' l-annimali [13].

2. Meta l-awtorità kompetenti tikkunsidra illi ma tistax taqta' barra l-preżenza ssuspettata tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer, għandha tqiegħed l-impriża taħt is-sorveljanza uffiċjali u b'mod partikolari tordna illi:

(a) il-ħnieżer kollha fil-kategoriji varji fuq l-impriża għandhom jiġu magħduda u tiġi kkompilata lista tan-numru tal-ħnieżer diġà morda, mejta jew x'aktarx li huma infettati f'kull waħda mill-kateġoriji; il-lista għandha tiġi aġġornata sabiex tqis it-twelid u l-imwiet tal-ħnieżer matul il-perjodu taż-żmien tas-suspett; it-tagħrif fuq il-lista għandu jingħata meta mitlub u jista' jiġi kkontrollat f'kull żjara;

(b) il-ħnieżer kollha fuq l-impriża għandhom jinżammu ristretti għall-kwartieri ta' l-għixien tagħhom jew jinżammu magħluqa f'xi post ieħor fejn jistgħu jiġu iżolati;

(ċ) l-ebda ħanżir ma jista' jidħol fl-impriża jew iħalliha. L-awtorità kompetenti tista', jekk meħtieġ, testendi l-projbizzjoni dwar il-ħruġ mill-impriża hekk li tkopri speċi oħra ta' annimali u teħtieġ li jiġu applikati l-miżuri xierqa biex jinqerdu l-annimali li jġerrmu u l-insetti;

(d) l-ebda karkassa tal-majjal ma tista' tħalli l-impriża mingħajr l-awtorizzazzjoni maħruġa mill-awtorità kompetenti;

(e) l-ebda laħam, prodotti mill-majjal, semen, jew embrijoni tal-majjal, ikel ta' l-annimali, reċipjenti, materjal jew skart li jkollhom l-opportunità li jittrasmettu l-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer ma jistgħu jħallu l-impriża mingħajr l-awtorizzazzjoni maħruġa mill-awtorità kompetenti; il-laħam, il-prodotti mill-majjal, is-semen, l-ova u l-embrijoni ma għandhomx jitneħħew mill-impriża għall-kummerċ intra-Komunitarju;

(f) il-moviment ta' persuni lejn jew mill-impriża ma għandux ikun bla ħsara għall-awtorizzazzjoni bil-miktub mill-awtorità kompetenti;

(ġ) il-moviment tal-vetturi lejn u mill-impriża ma għandux ikun bla ħsara għall-awtorizzazzjoni bil-miktub mill-awtorità kompetenti;

(ħ) Għandhom jiġu użati mezzi xierqa ta' diżinfezzjoni fid-dħul jew il-ħruġ tal-bini fejn jgħixu l-ħnieżer u ta' l-impriża nfisha; kull persuna li tidħol jew tħalli l-impriżi tal-majjal għandha twettaq il-miżuri xierqa ta' l-iġjene meħtieġa sabiex tnaqqas it-tixrid tal-virus tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer. Barra minn hekk, il-mezzi kollha tat-trasport għandhom jiġu ddiżinfettati b'attenzjoni qabel ma jħallu l-impriża;

(i) għandha titwettaq inkjesta epidemjoloġika skond l-Artikolu 8.

3. Fejn meħtieġ mis-sitwazzjoni epidemjoloġika u b'mod partikolari jekk l-impriża jkollha ħnieżer issuspettati lokati f'arja ta' densità qawwija tal-ħnieżer, l-awtorità kompetenti:

(a) tista' tapplika l-miżuri ta' Artikolu 5(1) fl-impriża riferita fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu; madanakollu, l-awtorità kompetenti tista', fejn tikkonsidra illi l-kondizzjonijiet jippermettu, tillimita l-applikazzjoni ta' dawn il-miżuri biss għal dawk il-ħnieżer issuspettati li jkunu infettati jew imniġġża bil-virus tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer u li l-parti ta' l-impriża fejn inżammu, sakemm dawn il-ħnieżer ikunu għexu, ġew miżmuma u magħlufa kompletament separati mill-ħnieżer l-oħra fl-impriża. F'kull każ, għandu jittieħed numru suffiċjenti ta' kampjuni mill-ħnieżer meta jiġu maqtula sabiex tkun tista' tiġi kkonfermata jew maqtugħa barra l-preżenza tal-virus tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer, skond il-manwal dijanjostiku;

(b) tista' tistabbilixxi arja temporanja ta' kontroll madwar l-impriża riferita fil-pararafu 2; xi uħud jew il-miżuri kollha riferiti fil-paragrafu 1 jew 2 għandhom jiġu applikati fl-impriżi tal-majjal f'din il-arja.

4. Il-miżuri pprovvduti fil-paragrafu 2 ma għandhomx jitneħħew sa kemm jinqata' barra uffiċjalment is-suspett tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer.

Artikolu 5

Il-miżuri fil-każ ta' konferma tal-preżenza tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer f'ħnieżer fuq impriża

1. Fil-każijiet fejn il-preżenza tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer tiġi uffiċjalment ikkonfermata, l-Istati Membri għandhom jiżguraw illi, b'żieda mal-miżuri riferiti fl-Artikolu 4(2), l-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi illi:

(a) il-ħnieżer kollha fuq l-impriża għandhom jinqatlu mingħajr dewmien taħt is-sorveljanza uffiċjali u hekk illi jiġi evitat ir-risjku tat-tixrid tal-virus tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer matul it-trasport jew il-qatla;

(b) irid jittieħed numru suffiċjenti ta' kampjuni, skond il-manwal dijanjostiku, mill-ħnieżer meta dawn jinqatlu biex tkun tista' tiġi stabbilita l-manjiera dwar kif ikun daħal il-virus tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer fl-impriża u t-tul taż-żmien li matulu seta' eżista l-virus fuq l-impriża qabel ma ġiet innotifikata l-marda;

(ċ) il-karkassi tal-ħnieżer li jkunu mietu jew ġew maqtula għandhom jiġu pproċessati taħt is-sorveljanza uffiċjali;

(d) laħam tal-majjali maqtula qabel il-perjodu taż-żmien bejn id-dħul probabbli tal-mard fl-impriża u t-teħid tal-miżuri uffiċjali għandu, kull fejn ikun possibbli, jiġi ttraċċjat u pproċessat taħt is-sorveljanza uffiċjali;

(e) is-semen, l-ova u l-embrijoni miġbura mill-ħnieżer fuq l-impriża matul il-perjodu taż-żmien bejn id-dħul probabbli tal-marda fl-impriża u t-teħid tal-miżuri uffiċjali għandhom jiġu ttraċċjati u meqruda taħt is-sorveljanza uffiċjali hekk li jevitaw it-tixrid tal-virus tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer;

(f) is-sustanzi kollha u l-iskart li x'aktarx ikun imniġġeż, bħalma hu t-tgħam, jistgħu jkunu bla ħsara għal trattament illi jiżgura l-qerda tal-virus tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer; għandhom jiġu meqruda l-matarjali kollha li jintużaw għal darba biss li jistgħu jkunu mniġġża, b'mod partikolari dawk li jintużaw għall-ħidmiet tal-qatla; dawn ir-regoli għandhom jiġu applikati fuq l-istruzzjonijiet tal-veterinarju uffiċjali;

(ġ) wara li jinqerdu l-ħnieżer, il-bini użat fejn jgħixu l-ħnieżer, il-vetturi użati għat-trasport tagħhom jew tal-karkassi tagħhom u t-tagħmir, l-istalel, il-ħmieġ naturali u l-kmamar probabbli mniġġża għandhom jiġu mnaddfa u ddiżinfettati jew ittrattati skond Artikolu 12;

(ħ) fil-każ ta' mxija primarja tal-marda, l-iżolat tal-virus tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer għandu jkun bla ħsara għall-proċedura tal-laboratorju stabbilita fil-manwal dijanjostiku biex jidentifika t-tip ġenetiku;

(i) għandha tinfetaħ inkjesta epidemjoloġika skond Artikolu 8.

2. Fil-każijiet fejn imxija tkun ġiet ikkonfermata f'laboratorju, zoo, ġnien ta' l-annimali selvaġġi jew arja stekkata fejn jinżammu l-ħnieżer għal skopijiet xjentifiċi jew għal skopijiet li għandhom x'jaqsmu mal-konservazzjoni ta' l-ispeċi jew konservazzjoni ta' razez rari, l-Istat Membru interessat jista' jiddeċiedi li jidderoġa mill-paragrafu 1(a) u (e), sakemm ma jkunux ipperikolati l-interessi bażiċi Komunitarji.

Din id-deċiżjoni għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni minnufih.

Fil-każijiet kollha, il-Kummissjoni għandha tirrevedi s-sitwazzjoni minnufih ma' l-Istat Membru interessat u fil-Kumitat Permanenti Veterinarju ma' l-ewwel opportunità. Jekk meħtieġ, għandhom jiġu adottati miżuri għalbiex ma jħallux it-tixrid tal-marda skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 27(2), li jistgħu jinkludu t-tilqim ta' emerġenza skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 19.

Artikolu 6

Il-miżuri fil-każ ta' konferma tal-preżenza tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer fl-impriżi li jikkonsistu f'unitajiet differenti tal-produzzjoni

1. Fil-każ ta' konferma tal-preżenza tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer fl-impriżi li jikkonsistu f'żewġ unitajiet separati ta' produzzjoni jew iżjed u li biex tkun tista' titlesta s-simna tal-ħnieżer, l-awtorità kompetenti tista' tiddeċiedi illi tidderoġa mid-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 5(1)(a) riġward l-unitajiet tal-produzzjoni tal-ħnieżer b'saħħithom u fuq l-impriża li tkun infettata sakemm l-uffiċjal veterinarju jikkonferma illi l-binja, id-daqs u d-distanza bejn dawn l-unitajiet ta' produzzjoni u l-ħidma mwettqa fihom ikunu faċilitajiet kompletament separati għal fejn joqogħdu, jinżammu u jiġu mitmugħa, hekk li l-virus ma jistax jinxtered minn unità ta' produzzjoni għall-oħra.

2. Jekk isir użu mid-deroga riferita fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom ifasslu regoli ddettaljat sabiex tiġi applikata fid-dawl tal-garanziji tas-saħħa ta' l-annimali li jistgħu jingħataw.

3. L-Istati Membri li jagħmlu użu minn din id-deroga għandhom jinnotifikaw minnufih lill-Kummissjoni b'dan. Fil-każijiet kollha l-Kummissjoni għandha tirrevedi s-sitwazzjoni minnufih ma' l-Istat Membru interessat u mal-Kumitat Permanenti Veterinarju malajr kemm jista' jkun. Jekk meħtieġ, għandhom jiġu adottati miżuri sabiex jipprevjenu l-mard, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 27.

Artikolu 7

Il-miżuri fuq l-impriżi b'kuntatt

1. L-impriżi għandhom ikunu rrikonoxxuti bħala impriżi b'kuntatt fejn l-uffiċjal veterinarju jsib, jew jikkunsidra fuq il-bażi ta' l-inkjesta epidemjoloġika mwettqa skond l-Artikolu 8, illi l-marda mill-infafet vesikolari tal-ħnieżer setgħet iddaħħlet, jew minn impriżi oħrajn jew mill-impriżi riferiti fl-Artikolu 4 jew l-Artikolu 5, jew mill-impriża riferita fl-Artikolu 4 jew l-Artikolu 5 jew minn impriżi oħra.

Id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 4 għandhom jiġu applikati f'dawn l-impriżi sakemm is-suspett tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer tkun ġiet uffiċjalment eliminata.

2. L-awtorità kompetenti għandha tapplika l-miżuri pprovduti fl-Artikolu 5(1) fuq l-impriżi b'kuntatt riferiti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jekk is-sitwazzjoni epidemjoloġika hekk teħtieġ.

Għandu jittieħed numru suffiċjenti ta' kampjuni skond il-manwal dijanjostiku mill-ħnieżer meta jiġu maqtula sabiex tkun tista' tiġi kkonfermata jew maqtugħa barra l-preżenza tal-virus tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer f'dawn l-impriżi.

3. Il-kriterji prinċipali u l-fatturi ta' riskju li għandhom jitqiesu sabiex jiġu applikati l-miżuri pprovduti fl-Artikolu 5(1)(a) fl-impriżi b'kuntatt huma stabbiliti fl-Anness V. Dawn il-kriterji u l-fatturi tar-riskji jistgħu sussegwentament jiġu emendati jew issupplimentati sabiex iqisu l-iżviluppi xjentifiċi u l-esperjenzi, skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 26(2).

Artikolu 8

L-inkjesta epedimjoloġika

L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-inkjesta epidemjoloġika fejn għandhom x'jaqsmu l-każijiet issuspettati jew l-imxija tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer jiġu mwettqa fuq il-bażi ta' kwestjonarji, imħejjija fil-qafas tal-pjani ta' kontinġenza riferiti fl-Artikolu 22.

Din l-inkjesta għandha għall-inqas tittratta:

(a) it-tul taż-żmien li matulu l-virus tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer seta' kien jeżisti fl-impriża qabel ma l-mard kien innotifikat jew issuspettat;

(b) l-oriġini possibbli tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer fl-impriża u l-identifikazzjoni ta' impriżi oħra li fihom il-ħnieżer setgħu ġew infettati jew imniġġża mill-istess għajn;

(ċ) il-moviment tal-persuni, il-vetturi, il-ħnieżer, il-karkassi, is-semen, il-laħam jew kull materjal ieħor li seta' ttrasporta l-virus lejn u mill-impriżi fil-kwestjoni.

Jekk ir-riżultati ta' din l-inkejsta juru illi l-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer setgħet ġiet imxerrda minn jew lejn impriżi lokati fi Stati Membri oħra, il-Kummissjoni u l-Istati Membri interessati għandhom ikunu mgħarrfa minnufih.

Artikolu 9

It-twaqqif ta' żoni tal-protezzjoni u s-sorveljanza

1. Minnufih wara li d-dijanjosi tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer tkun ġiet ikkonfermata uffiċjalment fil-ħnieżer fuq impriża, l-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi żona ta' protezzjoni b'raġġ ta' madwar 3 kilometri madwar il-lok ta' l-imxija, li għandha hija stess tkun inkluża f'żona tas-sorveljanza ta' għallinqas 10 kilometri.

Il-miżuri riferiti fl-Artikoli 10 u 11 għandhom jiġu applikati għaż-żoni rispettivi.

2. Meta tistabbilixxi ż-żoni, l-awtorità kompetenti trid tqis:

(a) ir-riżultati ta' l-inkjesta epidemjoloġika mwettqa skond l-Artikolu 8;

(b) is-sitwazzjoni ġeografika, b'mod partikolari l-konfini naturali jew nazzjonali;

(ċ) il-lokazzjoni u l-prossimità ta' l-impriżi;

(d) ix-xejriet tal-moviment tal-ħnieżer u l-kummerċ fihom u d-disponibbiltà tal-biċċeriji;

(e) il-faċilitajiet u personal disponibbli sabiex jikkontrollaw kull moviment tal-ħnieżer ġewwa ż-żoni, b'mod partikolari jekk il-ħnieżer li jridu jinqatlu jkollhom jitneħħew minn fuq l-impriżi ta' l-oriġini.

3. Jekk żona tinkludi partijiet mit-territorju ta' numru ta' Stati Membri, l-awtoritàjiet kompetenti ta' l-Istati Membri interessati għandhom jikkollaboraw sabiex jistabbilixxu ż-żona.

4. L-awtorità kompetenti għandha tieħu l-miżuri kollha meħtieġa, inklużi l-użu ta' sinjali prominenti u avviżi ta' twissija u l-użu tar-riżorsi tal-medja, bħalma huma l-istampa u t-televiżjoni, sabiex jiżġuraw illi l-persuni kollha fiż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza jkunu konxji mir-restrizzjonijiet fis-seħħ skond Artikoli 10 u 11, u għandhom jieħdu dawk il-miżuri li huma jikkonsidraw xierqa sabiex jiżġuraw l-infurzar adeġwat ta' dawn il-miżuri.

Artikolu 10

Il-miżuri fiż-żona stabbilita tal-protezzjoni

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-miżuri li ġejjin jiġu applikati fiż-żona tal-protezzjoni:

(a) għandu jsir malajr kemm jista' jkun ċensiment ta' l-impriżi kollha; wara li tiġi stabbilita ż-żona tal-protezzjoni dawn l-impriżi għandu jkollhom żjara minn veterinarju uffiċjali f'mhux iżjed minn sebat ijiem għal eżami kliniku tal-ħnieżer u għal kontroll tar-reġistru u ta' l-identifikazzjoni tal-marki tal-ħnieżer riferiti fl-Artikolu 4 u 5 tad-Direttiva 92/102/KEE;

(b) il-moviment u t-trasport tal-ħnieżer f'toroq pubbliċi jew privati, minbarra, meta jkun meħtieġ, it-toroq tas-servizz fuq l-impriżi, għandhom ikunu pprojbiti għajr jekk approvati mill-awtorità kompetenti sabiex tippermetti l-movimenti riferiti fil-punt (f). Din il-projbizzjoni ma għandhiex għalfejn tiġi applikata għall-ġarr tal-ħnieżer bit-triq jew bil-ferrovija mingħajr ħatt jew waqfien. Barra minn hekk, skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 27(2), tista' tiġi konċessa deroga għall-qatla tal-ħnieżer li jkunu ġejjin minn barra z-żona tal-protezzjoni u fi triqthom lejn biċċerija lokata fiż-żona msemmija għall-qatla minnufih;

(ċ) it-trakkijiet u vetturi oħra u t-tagħmir, li jiġu użati għat-trasport tal-ħnieżer jew annimali ta' l-irziezet jew materjali oħra li jistgħu jkunu mniġġża (p. e. il-karkassi, it-tgħam, iż-żibel, id-demel likwidu eċċ.) għandhom jiġu mnaddfa, iddiżinfettati u ttrattati malajr kemm jista' jkun wara t-tniġġiż, skond id-disposizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 12. L-ebda trakk jew vettura, li jkunu ġew użati fit-trasport tal-ħnieżer ma jistgħu jħallu ż-żona mingħajr ma jkunu ġew imnaddfa u ddiżinfettati u mbagħad spezzjonati u awtorizzati mill-awtorità kompetenti;

(d) l-ebda annimal domestiku ieħor ma jista' jidħol jew iħalli l-impriża mingħajr l-awtorizzazzjoni ta' l-awtorità kompetenti;

(e) il-ħnieżer kollha mejta jew infettati fuq l-impriża għandhom jiġu nnotifikati minnufih lill-awtorità kompetenti, li għandha twettaq l-investigazzjonijiet xierqa skond il-proċeduri stabbiliti fil-manwal dijanjostiku;

(f) il-ħnieżer ma jistgħux jitneħħew min fuq l-impriża fejn ikunu miżmuma għal mill-inqas 30 jum wara t-tkomplija tat-tindif u d-diżinfezzjoni preliminarji ta' l-impriżi infettati. Wara 30 jum, bla ħsara għall-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 3, l-awtorità kompetenti tista' tawtorizza t-tneħħija tal-ħnieżer mill-impriża msemmija sabiex ikunu direttament ittrasportati lejn:

- biċċerija nnominata mill-awtorità kompetenti, preferibbilment, fiż-żona tal-protezzjoni jew tas-sorveljanza bl-għan li jinqatlu minnufih,

- impjant tal-proċessar jew post addattat fejn il-ħnieżer jiġu maqtula minnufih u l-karkassi tagħhom jiġu pproċessati taħt is-sorveljanza uffiċjali, jew

- f'ċirkustanzi eċċezzjonali, fondijiet oħra lokati fiż-żona tal-protezzjoni. L-Istati Membri li jagħmlu użu minn din id-disposizzjoni għandhom jgħarrfu minnufih lill-Kummissjoni b'dan fil-Kumitat Permanenti Veterinarju;

(ġ) is-semen, l-ova u l-embrijoni tal-ħnieżer ma għandhomx iħallu l-impriżi lokati fiż-żona tal-protezzjoni;

(ħ) kull persuna li tidħol jew tħalli l-impriżi tal-majjal għandha tosserva l-miżuri meħtieġa ta' l-iġjene xierqa għalbiex tnaqqas ir-riskju tat-tixrid tal-virus tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer.

2. Fejn il-projbizzjonijiet ipprovduti fil-paragrafu 1 jinżammu għal iktar minn 30 jum minħabba iktar imxijiet tal-marda u b'riżultat ta' dan jinħolqu problemi dwar il-ġid komuni ta' l-annimali jew problemi oħra fiż-żamma tal-ħnieżer, bla ħsara għall-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 3, l-awtorità kompetenti tista', wara applikazzjoni rraġunata mis-sid, tawtorizza t-tneħħija ta' l-annimali miż-żona tal-protezzjoni, sabiex ikunu direttament ittrasportati lejn:

(a) biċċerija nnominata mill-awtorità kompetenti, preferibbilment fiż-żona tal-protezzjoni jew tas-sorveljanza bl-għan tal-qatla minnufih;

(b) impjant tal-proċessar jew post xieraq fejn il-ħnieżer jiġu maqtula minnufih u l-karkassi tagħhom jiġu pproċessati taħt is-sorveljanza uffiċjali; jew

(ċ) f'ċirkustanzi eċċezzjonali, fondijiet oħra lokati fiż-żona tal-protezzjoni. L-Istati Membri li jagħmlu użu minn din id-disposizzjoni għandhom jgħarrfu minnufih lill-Kummissjoni b'dan fil-Kumitat Permanenti Veterinarju.

3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-awtorità kompetenti tista' tawtorizza t-tneħħija tal-ħnieżer minn fuq l-impriża interessata, bil-kondizzjoni li:

(a) ikun twettaq minn veterinarju uffiċjali eżami kliniku tal-ħnieżer fuq l-impriża u b'mod partikolari dawk li jridu jinġarru, inkluża t-temperatura tal-ġisem ta' proporzjon minnhom, u l-kontroll tar-reġistru u l-marki ta' l-identifikazzjoni tal-ħnieżer riferiti fl-Artikoli 4 u 5 tad-Direttiva 92/102/KEE;

(b) il-kontrolli u l-eżamijiet msemmija hawn fuq ma jkunu urew l-ebda evidenza tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer u t-tħaris tad-disposizzjonijiet tad-Direttiva 92/102/KEE;

(ċ) il-ħnieżer jiġu ttrasportati f'vetturi ssiġillati mill-awtorità kompetenti;

(d) il-vettura u t-tagħmir li jkunu ġew involuti fit-trasport tal-ħnieżer jiġu minnufih imnaddfa u ddiżinfettati wara t-trasport skond id-disposizzjonijiet riferiti fl-Artikolu 12;

(e) jekk il-ħnieżer iridu jiġu maqtula, għandu jittieħed numru suffiċjenti ta' kampjuni mill-ħnieżer skond il-manwal dijanjostiku sabiex tiġi kkonfermata jew maqtugħa barra l-preżenza tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer f'dawn l-impriżi;

(f) jekk il-ħnieżer jiġu ttrasportati lejn biċċerija:

- l-awtorità kompetenti inkariġata mill-biċċerija għandha tiġi mgħarrfa bl-intenzjoni li jintbagħtu l-ħnieżer fiha u din għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti li tibgħathom bil-wasla tagħhom,

- mal-wasla fil-biċċerija, dawn il-ħnieżer għandhom jinżammu u jinqatlu separatament minn ħnieżer oħra.

- matul l-ispezzjon ta' qabel u ta' wara l-qatla mwettqa fil-biċċerija nnominata, l-awtorità kompetenti għandha tqis kull sinjal li jkollu x'jaqsam mal-preżenza tal-virus tal-marda tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer.

- il-laħam frisk minn dawn il-ħnieżer għandu jiġi jew ipproċessat jew immarkat bit-timbru speċjali riferit fl-Artikolu 5a tad-Direttiva tal-Kunsill 72/461/KEE [14] u sossegwentament ittrattat skond ir-regoli stabbiliti fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 80/215/KEE [15]. Dan għandu jsir fi stabbiliment innominat mill-awtorità kompetenti. Il-laħam għandu jintbagħat lejn l-istabbiliment imsemmi bil-kondizzjoni illi l-kunsinja tkun ġiet issiġillata qabel it-tluq u li tinżamm issiġillata matul il-ġarr kollu.

4. Dawn il-miżuri fiż-żona tal-protezzjoni għandhom jissoktaw jiġu applikati għal mill-inqas sakemm:

(a) ikunu twettqu t-tindif u d-diżinfezzjoni fuq l-impriżi infettati;

(b) il-ħnieżer fuq l-impriżi kollha jkunu għaddew minn eżamijiet kliniċi u tal-laboratorju mwettqa skond il-manwal dijanjostiku sabiex tinkixef il-preżenza possibbli tal-virus tal-marda ta' l-infatet vesikolari tal-ħnieżer.

L-eżamijiet riferiti fil-punt (b) ma għandhomx isiru qabel ma jkunu għaddew 30 jum wara t-tkomplija tal-miżuri tat-tindif u tad-diżinfezzjoni preliminarji fuq l-impriża infettata.

Artikolu 11

Il-miżuri fiż-żona stabilita tas-sorveljanza

1. L-Istati Membri għandhom jiżġuraw illi l-miżuri li ġejjin jiġu applikati fiż-żona tas-sorveljanza:

(a) għandu jittieħed ċensiment ta' l-impriżi kollha tal-ħnieżer;

(b) għandu jiġi pprojbit il-moviment u t-trasport tal-ħnieżer fuq it-toroq pubbliċi jew privati, minbarra, fejn meħtieġ, it-toroq tas-servizz ta' l-impriżi, għajr jekk approvat mill-awtorità kompetenti. Din il-projbizzjoni m'għandhiex tapplika għall-ġarr tal-ħnieżer bit-triq jew bil-ferrovija, mingħajr ħatt jew waqfien, u għall-ħnieżer għall-qatla li jkunu ġejjin minn barra ż-żona tas-sorveljanza u fi triqthom lejn biċċerija lokata fiż-żona msemmija għall-qatla minnufih;

(ċ) it-trakkijiet u l-vetturi l-oħra u t-tagħmir, li jintużaw għat-trasport tal-ħnieżer jew ta' annimali oħra jew tal-materjal li jista' jkun imniġġeż (p,e. il-karkassi, it-tgħam, iż-żibel, id-demel likwidu, eċċ.) għandhom jiġu mnaddfa, iddiżinfettati u ttrattati malajr kemm jista' jkun wara t-tniġġiż, skond id-disposizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 12. L-ebda trakk jew vettura, li tkun ġiet użata għat-trasport tal-ħnieżer ma tista' tħalli z-żona mingħajr ma tiġi mnaddfa u ddiżinfettata;

(d) l-ebda annimal domestiku ieħor ma jista' jidħol jew iħalli l-impriża mingħajr l-awtorizzazzjoni ta' l-awtorità kompetenti;

(e) il-ħnieżer kollha mejta jew infettati fuq impriża għandhom ikunu minnufih innotifikati lill-awtorità kompetenti, li għandha twettaq l-investigazzjonijiet xierqa skond il-proċeduri stabbiliti fil-manwal dijanjostiku;

(f) il-ħnieżer ma jistgħux jitneħħew mill-impriża fejn ikunu ġew miżmuma għall-inqas 21 jum wara t-tkomplija tat-tindif u d-diżinfezzjoni preliminarji ta' l-impriża infettata. Wara 21 jum, bla ħsara għall-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 10(3), l-awtorità kompetenti tista' tawtorizza t-tneħħija tal-ħnieżer mill-impriża msemmija sabiex ikunu ttrapostati direttament lejn:

- biċċerija nnominata mill-awtorità kompetenti, preferibbilment, fiż-żona tal-protezzjoni jew tas-sorveljanza bl-għan li jinqatlu minnufih,

- impjant tal-proċessar jew post addattat fejn il-ħnieżer jiġu maqtula minnufih u l-karkassi tagħhom jiġu pproċessati taħt is-superviżjoni uffiċjali, jew

- f'ċirkustanzi eċċezzjonali, fondijiet oħra lokati fiż-żona tal-protezzjoni jew tas-sorveljanza. L-Istati Membri li jagħmlu użu minn din id-disposizzjoni għandhom jgħarrfu minnufih lill-Kummissjoni b'dan fil-Kumitat Permanenti Veterinarju.

Madanakollu, jekk il-ħnieżer iridu jiġu ttrasportati, fuq it-talba ta' Stat Membru, akkumpanjati b'ġustifikazzjoni xierqa, u skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 27(2), jistgħu jiġu awtorizzati derogi mid-disposizzjonijiet stabbiliti fir-raba' inċiż ta' l-Artikolu 10(3)(e) u (f), b'mod partikolari rigward il-bejgħ tal-laħam ta' dawn il-ħnieżer u l-użu sossegwenti tiegħu, u d-destinazzjoni tal-prodotti ttrattati;

(ġ) is-semen, l-ova u l-embrijoni tal-ħnieżer ma għandhomx iħallu l-impriżi lokati fiż-żona tas-sorveljanza;

(h) kull persuna li tidħol jew tħalli l-impriżi tal-majjal għandhom josservaw il-miżuri xierqa ta' l-iġjene meħtieġa sabiex inaqqsu r-riskju tat-tixrid tal-virus tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer.

2. Fejn il-projbizzjonijiet ipprovduti fil-paragrafu 1 jiġu miżmuma għal iktar minn 30 jum minħabba iktar imxiji tal-mard u fejn b'riżultat ta' dan jinħolqu problemi dwar il-ġid komuni ta' l-annimali jew problemi oħra fiż-żamma tal-ħnieżer, bla ħsara għall-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 10(3), l-awtorità kompetenti tista', wara applikazzjoni rraġunata mis-sid, tawtorizza t-tneħħija ta' l-annimali miż-żona tal-protezzjoni, biex ikunu ttrasportati direttament lejn:

(a) biċċerija nnominata mill-awtorità kompetenti, preferibbilment fiż-żona tal-protezzjoni jew tas-sorveljanza bl-għan li jinqatlu minnufih;

(b) impjant tal-proċessar jew post xieraq fejn il-ħnieżer jiġu maqtula minnufih u l-karkassi tagħhom jiġu pproċessati taħt is-sorveljanza uffiċjali; jew

(ċ) f'ċirkustanzi eċċezzjonali, fondijiet oħra lokati fiż-żona tal-protezzjoni jew tas-sorveljanza. L-Istati Membri li jagħmlu użu minn din id-disposizzjoni għandhom jgħarrfu minnufih lill-Kummissjoni b'dan fil-Kumitat Permanenti Veterinarju.

3. Dawn il-miżuri fiż-żona tas-sorveljanza għandhom jissoktaw jiġu applikati għall-inqas sakemm:

(a) isiru t-tindif u d-diżinfezzjoni fl-impriżi infettati;

(b) il-ħnieżer fuq l-impriżi kollha jkunu ġew imgħoddija minn eżamijiet kliniċi, u fejn meħtieġ tal-laboratorju, kif stabbilit fil-manwal dijanjostiku sabiex tinkixef il-preżenza possibbli tal-virus tal-marda ta' l-infatet vesikolari tal-ħnieżer.

L-eżamijiet riferiti fil-punt (b) m'għandhomx isiru qabel ma jkunu għaddew 20 ġurnata wara t-tkomplija tal-miżuri tat-tindif u tad-diżinfezzjoni preliminarji fuq l-impriża infettati.

Artikolu 12

It-tindif u d-diżinfezzjoni

1. L-Istati Membri għandhom jiżġuraw illi:

(a) id-diżinfettanti li jridu jiġu użati u l-konċentrazzjoni tagħhom, ikunu approvati uffiċjalment mill-awtorità kompetenti;

(b) il-ħidmiet tat-tindif u tad-diżinfezzjoni jiġu mwettqa taħt is-sorveljanza uffiċjali skond:

- l-istruzzjonijiet mogħtija mill-veterinarju uffiċjali, u

- il-prinċipji u l-proċeduri għat-tindif, id-diżinfezzjoni u t-trattament stabbiliti fl-Anness II.

2. Il-prinċipji u l-proċeduri għat-tindif u d-diżinfezzjoni stabbiliti fl-Anness II jistgħu sossegwentement jiġu emendati jew issupplimentati sabiex iqisu l-iżviluppi u l-esperjenzi xjentifiċi, skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 26(2).

Artikolu 13

It-tiġdid tal-popolazzjoni fuq l-impriżi tal-majjal wara mxijiet tal-mard

1. Id-dħul mill-ġdid tal-ħnieżer fl-impriża riferita fl-Artikolu 5 ma għandux isir sa għal mill-inqas 30 jum wara t-tkompija tal-ħidmiet tat-tindif u tad-diżinfezzjoni skond l-Artikolu 12.

2. Id-dħul mill-ġdid tal-ħnieżer għandu jqis it-tip ta' trobbija pprattikata fl-impriża interessata u jrid jikkonforma ma' waħda mill-proċeduri li ġejjin:

(a) riġward l-impriżi tal-majjal fil-beraħ, id-dħul mill-ġdid tal-ħnieżer għandu jibda bid-dħul ta' ħnieżer sentinella li jkunu ġew ikkontrollati u misjuba neġattivi għall-preżenza ta' antikorpi kontra l-virus tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer jew li jiġu minn impriżi li mhumiex bla ħsara għal kull restrizzjoni li għandha x'taqsam mal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer. Il-ħnieżer sentinella għandhom jiġu mqiegħda, skond il-ħtiġiet ta' l-awtorità kompetenti, fl-impriża kollha li kienet infettata u jiġu kkampjunati klinikament 40 jum wara li jkunu tqiegħdu fl-impriża, u ttestjati għall-preżenza ta' l-antikorpi, skond il-manwal dijanjostiku.

Jekk l-ebda ħanżir ma jkun żviluppa antikorpi kontra l-virus tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer, jista' jseħħ it-tiġdid tal-popolazzjoni. L-ebda ħanżir ma jista' jħalli l-impriża qabel ma jkunu disponibbli riżultati neġattivi mill-eżami seroloġiku;

(b) riġward l-għamliet l-oħra kollha tat-trobbija, id-dħul mill-ġdid tal-ħnieżer għandu jsir jew skond il-miżuri pprovduti fil-paragrafu (a) jew għandu jkun ibbażat fuq it-tiġdid tal-popolazzjoni totali sakemm:

- il-ħnieżer kollha jaslu f'perjodu taż-żmien ta' 20 jum u jiġu minn impriżi li ma jkunu ġew issoġġettati għall-ebda restrizzjoni li għandha x'taqsam mal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer,

- il-ħnieżer fil-merħla ppopolata mill-ġdid jiġu ssoġġettati għal eżami seroloġiku skond il-manwal dijanjostiku. Il-kampjunar għal dan l-eżami għandu jsir l-iktar kmieni 40 jum wara l-wasla ta' l-aħħar ħnieżer,

- l-ebda ħanżir ma jista' jħalli l-impriża qabel ikunu disponibbli riżultati neġattivi mill-eżami seroloġiku;

3. Madanakollu, jekk ikunu għaddew iktar minn sitt xħur mit-tkomplija tal-ħidmiet tat-tindif u d-diżinfezzjoni fl-impriża, l-awtorità kompetenti tista' tawtorizza deroga mid-disposizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2 hawn fuq, filwaqt li tqis is-sitwazzjoni epidemjoloġika.

Artikolu 14

Il-miżuri fil-każ tas-suspett u l-konfema tal-preżenza tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer fil-ħnieżer f'biċċerija jew f'mezz tat-trasport

1. Fejn ikun hemm is-suspett tal-preżenza tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer f'biċċerija jew mezz tat-trasport, l-Istati Membri għandhom jiżġuraw illi l-awtorità kompetenti minnufih tiftaħ mezz uffiċjali ta' investigazzjoni għalbiex tikkonferma jew taqta' barra l-preżenza tal-mard imsemmi skond il-proċeduri stabbiliti fil-manwal dijanjostiku.

2. Jekk jinkixef każ tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer f'biċċerija jew fuq mezz tat-trasport, l-awtorità kompetenti għandha tiżġura illi:

(a) l-annimali kollha suxxettibli fil-biċċerija jew fil-mezz tat-trasport jiġu maqtula mingħajr dewmien;

(b) il-karkassi, il-ġewwieni u l-iskart mill-annimali ta' l-annimali possibbilment infettati u mniġġża jiġu pproċessati taħt is-supreviżjoni uffiċjali;

(ċ) it-tindif u d-diżinfezzjoni tal-bini u tat-tagħmir, inklużi l-vetturi, isiru taħt is-sorveljanza tal-veterinarju uffiċjali, skond l-istruzzjonijiet stabbiliti mill-awtorità kompetenti;

(d) titwettaq investigazzjoni epidemjoloġika kif ipprovdut fl-Artikolu 8 mutatis mutandis;

(e) l-iżolat mill-virus tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer ikun bla ħsara għall-proċedura tal-laboratorju stabbilita fil-manwal dijanjostiku biex tiddentifika t-tip ġenetiku tal-virus;

(f) il-miżuri riferiti fl-Artikolu 7 jiġu applikati fl-impriża meta l-ħnieżer jew il-karkassi infettati jkunu ġew minn impriżi oħra jew b'kuntatt magħhom. Għajr jekk indikat xorta oħra mill-inkjesta epidemjoloġika, il-miżuri stabbiliti fl-Artikolu 5(1) għandhom jiġu applikati fl-impriża ta' l-oriġini tal-ħnieżer jew tal-karkassi infettati;

(ġ) l-ebda annimal ma għandu jiddaħħal mill-ġdid għall-qatla jew għat-trasport sa għall-inqas 24 siegħa wara t-tlestija tal-ħidmiet tat-tindif u tad-diżinfezzjoni kompletati skond l-Artikolu 12.

Artikolu 15

Il-miżuri f'każijiet tas-suspett u l-konferma tal-preżenza tal-marda ta' l-infafet vesikolari fil-ħnieżer selvaġġi

1. Minnufih wara li l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru jkollha t-tagħrif illi ġie ssuspettat li ħnieżer selvaġġi huma infettati, għandha tieħu l-miżuri xierqa biex tikkonferma jew taqta' barra l-preżenza tal-marda, billi tagħti tagħrif lis-sidien tal-ħnieżer u lill-kaċċaturi, u b'investigazzjonijiet fuq il-ħnieżer selvaġġi kollha maqtula jew misjuba mejta, inkluż it-testijiet fil-laboratorju.

2. Hekk kif tkun saret il-konferma ta' każ primarju tal-marda ta' l-infafet vesikolari fil-ħnieżer selvaġġi, sabiex jitnaqqas it-tixrid tal-marda l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru għandha minnufih:

(a) tistabbilixxi grupp ta' esperti inklużi veterinarji, kaċċaturi, bijoloġisti tal-ħajja selvaġġa u epidemjoloġisti. Il-grupp ta' l-esperti għandu jgħin lill-awtorità kompetenti sabiex:

- tistudja s-sitwazzjoni epidemjoloġika u jiddefinixxi żona infettata, skond id-disposizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 16(3)(b),

- tistabbilixxi l-miżuri xierqa li jridu jiġu applikati fiż-żona infettata b'żieda ma' dawk riferiti fil-punti (b) u (ċ); dawn il-miżuri jistgħu jinkludu s-sospensjoni tal-kaċċa u l-projbizzjoni tat-tmigħ tal-ħnieżer selvaġġi,

- tfassal pjan ta' l-eredikazzjoni li jrid jiġi sottomess lill-Kummissjoni skond Artikolu 16,

- twettaq verifiki sabiex jirrevedi l-effettività tal-miżuri adottati għalbiex tiġi eradikata l-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer mill-arja infettata;

(b) tqiegħed minnufih taħt is-sorveljanza uffiċjali l-impriżi tal-majjal fl-arja ddefinita bħala infettata u għandha b'mod partikolari tordna illi:

- twettaq ċensiment uffiċjali tal-kategoriji kollha tal-ħnieżer fl-impriżi kollha; iċ-ċensiment għandu jinżamm aġġornat mis-sid. It-tagħrif fiċ-ċensiment għandu jiġi mogħti fuq talba u jista' jiġi kkontrollat f'kull spezzjon. Madanakollu, riġward l-impriżi tal-majjal għall-beraħ, l-ewwel ċensiment jista' jsir fuq il-bażi ta' stima,

- bil-ħnieżer kollha fuq l-impriża jinżammu fil-kwartieri fejn jgħixu jew f'kull post ieħor fejn jistgħu jiġu iżolati mill-ħnieżer selvaġġi. Il-ħnieżer selvaġġi ma jrid ikollhom aċċess għall-ebda materjal li jistgħu sussegwentament jiġi b'kuntatt mal-ħnieżer fuq l-impriża,

- l-ebda majjal ma jista' jħalli jew joħroġ mill-impriża għajr fejn awtorizzat mill-awtorità kompetenti wara li titqies is-sitwazzjoni epidemjoloġika,

- il-mezzi xierqa ta' diżinfezzjoni li jridu jintużaw fid-dħul u fil-ħruġ tal-bini fejn jinżammu l-ħnieżer u fl-impriża nfisha,

- il-miżuri iġjeniċi xierqa li jridu jiġu applikati mill-persuni kollha li jiġu f'kuntat mal-ħnieżer selvaġġi, biex jitnaqqas ir-riskju tat-tixrid tal-virus tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer, liema miżuri jistgħu jinkludu l-projbizzjoni temporanja tal-persuni li jiġu f'kuntatt ma' ħnieżer selvaġġi milli jidħlu fl-impriża tal-majjal,

- il-ħnieżer kollha mejta jew morda bil-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer fuq impriża jridu jiġu eżaminati għall-preżenza tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer,

- l-ebda parti minn kull ħanżir selvaġġ, sewwa jekk maqtul b'arma tan-nar u sewwa jekk misjub mejjet, kif ukoll kull materjal jew tagħmir li jista' jkun imniġġeż bil-virus tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer ma għandha tiddaħħal fl-impriża tal-majjal,

- il-ħnieżer, is-semen tagħhom, l-embrijoni jew l-ova ma għandhomx jitneħħew miż-żona infettata bl-għan tal-kummerċ intra-Komunitarja;

(ċ) tirranġa illi l-ħnieżer selvaġġi kollha maqtula jew misjuba mejta fl-arja ddefinita bħala infettata jiġu spezzjonati minn veterinarju uffiċjali u eżaminati għall-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer skond il-manwal dijanjostiku. Il-karkassi ta' l-annimali kollha misjuba pożittivi għandhom jiġu pproċessati taħt is-sorveljanza uffiċjali. Fejn dawn l-eżamijiet jirriżultaw fin-neġattiv riġward il-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer, l-Istati Membri għandhom japplikaw il-miżuri stabbiliti fl-Artikolu 11(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/45/KEE [16]. Il-partijiet mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem Għandhom jiġu pproċessati taħt is-sorveljanza uffiċjali;

(e) tiżġura illi l-iżolat tal-virus tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer ikun bla ħsara għall-proċedura tal-laboratorju indikata fil-manwal dijanjostiku biex jidentifika t-tip ġenetiku tal-virus;

3. Jekk każ tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer tkun ġrat fil-ħnieżer selvaġġi f'arja ta' Stat Membru qrib it-territorju ta' Stat Membru ieħor, l-Istati Membri interessati għandhom jikkollaboraw sabiex jistabbilixxu l-miżuri għall-kontroll għall-marda.

Artikolu 16

Il-pjani għall-edikazzjoni tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer mill-popolazzjoni tal-ħnieżer selvaġġi

1. Mingħajr preġudizzju għall-miżuri stabbiliti fl-Artikolu 15, l-Istati Membri għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni fi żmien 90 jum mill-konferma tal-każ primarju tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer fil-ħnieżer selvaġġi pjan bil-miktub dwar il-miżuri meħuda sabiex jeradikaw il-marda fl-arja ddefinita bħala infettata u l-miżuri applikati fl-impriżi f'din l-arja.

Il-Kummissjoni għandha teżamina l-pjan sabiex tistabbilixxi jekk tippermettix li jinkiseb l-għan mixtieq. Il-pjan, u jekk meħtieġ bl-emendi, għandu jiġi approvat skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 27(2).

Il-pjan jista' jiġi emendat sussegwentament jew issupplimentat sabiex iqis l-iżviluppi fis-sitwazzjoni.

Jekk dawn l-emendi jinteressaw id-definizzjoni mill-ġdid ta' l-arja infettata, l-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-Kummissjoni u l-Istati Membri jiġu mgħarrfa b'dawn l-emendi mingħajr dewmien.

Jekk l-emendi jinteressaw disposizzjonijiet oħra tal-pjan, l-Istati Membri għandhom jissottomettu l-pjan emendat lill-Kummissjoni sabiex jiġi eżaminat u possibbilment approvat skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 27(2).

2. Wara li jiġu approvati l-miżuri pprovduti fil-pjan msemmi fil-paragrafu 1, dawn għandhom jieħdu l-post tal-miżuri tal-bidu stabbiliti fl-Artikolu 15, f'data li għandha tiġi deċiża meta tingħata l-approvazzjoni.

3. Il-pjan imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkollu tagħrif dwar:

(a) ir-riżultati ta' l-investigazzjonijiet epidemjoloġiċi u l-kontrolli mwettqa skond l-Artikolu 15 u d-distribuzzjoni ġeografika tal-marda;

(b) arja ddefinita infettata fit-territorju ta' l-Istat Membru interessat. Meta tkun qiegħda tiġi ddefinita l-arja infettata, l-awtorità kompetenti għandha tqis:

- ir-riżultati ta' l-investiġazzjonijiet epidemjoloġiċi mwettqa u d-distribuzzjoni ġeografika tal-marda,

- il-popolazzjoni tal-ħnieżer selvaġġi fl-arja,

- l-eżistenza ta' ostakoli maġġuri naturali jew artifiċjali għall-movimenti tal-ħnieżer selvaġġi;

(ċ) l-organizzazzjoni ta' koperazzjoni mill-qrib bejn il-bijoloġisti, il-kaċċaturi, l-organizzazzjonijiet tal-kaċċaturi, is-servizzi tal-protezzjoni ta' l-annimali selvaġġi u s-servizzi veterinarji (tas-saħħa ta' l-annimali u tas-saħħa pubblika);

(d) il-kampanja ta' tagħrif li trid tiġi infurzata biex iżżid il-konoxxenza tal-kaċċaturi dwar il-miżuri li huma jridu jadottaw fil-qafas tal-pjan ta' l-eradikazzjoni;

(e) l-isforzi speċifiċi magħmula għalbiex jistabbilixxu n-numru u l-lokazzjoni tal-meta-popolazzjoni tal-ħnieżer selvaġġi fl-arja infettata u madwarha;

(f) in-numru approssimattiv tal-meta-popolazzjonijiet tal-ħnieżer selvaġġi fl-arja infettata u madwarha;

(ġ) l-isforzi speċifiċi magħmula sabiex jistabbilixxu l-kobor ta' l-infezzjoni fil-popolazzjoni tal-ħnieżer selvaġġi, billi ssir investigazzjoni dwar il-ħnieżer selvaġġi maqtula mill-kaċċaturi jew misjuba mejta, u bit-testjijiet tal-laboratorju, inklużi l-investigazzjonijiet epidjemoloġiċi stratifikati skond l-età;

(ħ) il-miżuri adottati sabiex inaqqsu t-tixrid tal-marda minħabba l-movimenti tal-ħnieżer selvaġġi u l-movimenti u/jew il-kuntatti bejn il-meta-popolazzjoni tal-ħnieżer selvaġġi; dawn il-miżuri jistgħu jinkludu l-projbizzjoni tal-kaċċa;

(i) il-miżuri adottati sabiex inaqqsu l-popolazzjoni suxxettibbli tal-ħnieżer selvaġġi u b'mod partikolari tal-friegħ tal-ħnieżer;

(j) il-ħtiġiet li jridu jitħarsu mill-kaċċaturi sabiex jevitaw kull tixrid tal-marda;

(k) il-metodu tat-tneħħija tal-ħnieżer selvaġġi misjuba mejta jew maqtula, li għandu jkun imsejjes fuq:

- il-proċessar taħt is-superviżjoni uffiċjali, jew

- l-ispezzjon minn veterinarju uffiċjali u t-testijiet tal-laboratorju kif ipprovdut fil-manwal dijanjostiku. Il-karkassi ta' l-annimali kollha misjuba pożittivi għandhom jiġu pproċessati taħt is-sorveljanza uffiċjali. Fejn dawn it-testijiet jirriżultaw fin-negattiv rigward il-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer, l-Istati Membri għandhom japplikaw il-miżuri stabbiliti fl-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 92/45/KEE. Il-partijiet mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem għandhom jiġu pproċessati taħt is-sorveljanza uffiċjali;

(l) l-inkjesta epidemjoloġika li titwettaq fuq kull ħanżir selvaġġ, sewwa jekk maqtul u sewwa jekk misjub mejjet. Din l-inkjesta trid tinkludi t-tkomplija ta' kwestjonarju li jforni tagħrif dwar:

- l-arja ġeografika fejn l-annimal instab mejjet jew inqatel,

- id-data li fiha l-annimal nstab mejjet jew inqatel,

- il-persunu li sabet jew qatlet l-annimal,

- l-età u s-sess tal-ħanżir,

- jekk maqtul: is-sintomi qabel il-qtil,

- jekk misjub mejjet: l-istat tal-karkassa,

- is-sejbiet tal-laboratorju;

(m) il-programmi tas-sorveljanza u l-miżuri tal-prevenzjoni li japplikaw għall-impriżi li jinsabu fl-arja ddefinita bħala infettata, u jekk meħtieġ, madwarha, inklużi t-trasport u l-moviment ta' l-annimali lejn u mill-arja; dawn il-miżuri għandhom mill-inqas jinkludu l-projbizzjoni fuq il-moviment tal-ħnieżer, is-semen, l-embrijoni u l-ova tagħhom mill-arja infettata bl-għan tal-kummerċ intra-Komunitarju;

(n) il-kriterji l-oħra li jridu jiġu applikati sabiex jitneħħew il-miżuri meħuda għalbiex jeradikaw il-marda fl-arja ddefinita u l-miżuri applikati fuq l-impriżi fl-arja;

(o) l-awtorità fdata bis-sorveljanza u l-kordinament tad-dipartimenti responsabbli mill-implimentazzjoni tal-pjan;

(p) is-sistema stabbilita sabiex il-grupp ta' l-esperti maħtur skond l-Artikolu 15(2)(a) jista' jirrevedi fuq bażi regolari r-riżultati tal-pjan ta' l-eradikazzjoni;

(q) il-miżuri għall-monitorjar tal-marda illi għandhom ikunu infurzati wara li jkun għadda perjodu taż-żmien ta' mill-inqas 12-il xaħar mill-aħħar każ ikkonfermat tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer fil-ħnieżer selvaġġi fl-arja definita bħala infettata; dawn il-miżuri ta' sorveljanza għandhom jibqgħu fis-seħħ għal mill-inqas 12-il xaħar u għandhom jinkludu mill-inqas il-miżuri diġà infurzati skond il-punti (ġ), (k) u (l).

4. Rapport li jirrigwarda s-sitwazzjoni epidemoljoġika fl-arja definita u r-riżultati tal-pjan ta' l-erdikazzjoni għandhom jiġu transmessi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra kull 6 xhur.

Jistgħu jiġu adottati regoli iktar iddettaljati li għandhom x'jaqsmu mat-tagħrif ipprovdut mill-Istati Membri dwar din il-materja skond il-proċedura stabilita fl-Artikolu 26(2).

Artikolu 17

Il-proċeduri dijanjostiċi u l-ħtiġiet ta' bijo-siġurtà

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi:

(a) il-proċeduri dijanjostiċi, il-kampjuni u t-testjar tal-laboratorju sabiex jikxfu l-preżenza tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer jiġu mwettqa skond il-manwal dijanjostiku;

(b) laboratorju nazzjonali huwa responsabbli mill-istandards tal-kordinament u l-metodi tad-dijanjosi f'kull Stat Membru skond id-disposizzjonijiet ta' l-Anness III.

2. Il-laboratorji nazzjonali riferiti fil-paragrafu 1(b) għandhom jikkordinaw mal-laboratorju tar-referenza tal-Komunità msemmi fl-Anness IV. Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet tad-Deċiżjoni 90/424/KEE, u b'mod partikolari l-Artikolu 28 tiegħu, il-poteri u d-doveri tal-laboratorju għandhom ikunu dawk li jidhru fl-Anness imsemmi.

3. Sabiex jiġu żgurati proċeduri uniformi għalbiex tiġi dijanjostikata l-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer, fi żmien xahrejn mid-data meta din id-Direttiva tidħol fis-seħħ u skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 26(2), għandu jiġi approvat manwal dijanjostiku tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer, li jistabbilixxi għall-inqas:

(a) il-ħtiġiet minimi tal-bijo-siġurtà u l-istandards ta' kwalità li jridu jiġu osservati mill-laboratorji dijanjostiċi tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer u għat-trasport tal-kampjuni;

(b) il-kriterji u l-proċeduri li għandhom jiġu segwiti meta jitwettqu l-eżamijiet kliniċi jew post-mortem sabiex jikkonfermaw jew jeskludu l-preżenza tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer;

(ċ) il-kriterji u l-proċeduri li jridu jiġu segwiti għall-ġbir ta' kampjuni mill-ħnieżer ħajjin u mill-karkassi tagħhom, sabiex jikkonfermaw jew jeskludu l-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer bl-eżamijiet tal-laboratorju, inklużi l-metodi tal-kampjunar għall-eżamijiet ta' kontrolli serjoloġiċi jew viroloġiċi mwettqa fil-qafas ta' l-applikazzjoni tal-miżuri maħsuba f'din id-Direttiva;

(d) it-testijiet tal-laboratorju li jridu jintużaw għad-dijanjosi tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer, inklużi:

- it-testijiet għad-dijanjosi differenzjali bejn il-virus tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer u l-virusijiet l-oħra li jgorru l-pesta

- jekk disponibbli u xierqa, it-testijiet għalbiex jiddistingwu l-mudell anti-korp li jinħareġ bil-vaċċin markatur minn dak li jinħareġ bit-tip selvaġġ tal-virus selvaġġ tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer,

- il-kriterji sabiex jiġu evalwati r-riżultati tat-testijiet tal-laboratorju;

(e) il-metodi tat-teknika tal-laboratorju sabiex jingħataw it-tip ġenetiku ta' l-iżolati mill-virusijiet tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer.

4. Biex jiġu ggarantiti l-kondizzjonijiet xierqa ta' bijo-sigurtà sabiex jipproteġu s-saħħa ta' l-annimali, il-virus tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer, il-ġenomu u l-antiġeni tiegħu u t-tilqim għar-riċerka, id-dijanjosi jew il-fabbrikazzjoni għandhom jiġu mmanipulati jew użati biss fil-postijiet, l-istabbilimenti jew il-laboratorji approvati mill-awtorità kompetenti.

Il-lista tal-postijiet, l-istabbilimenti jew il-laboratorji approvati għandha tkun transmessa lill-Kummissjoni qabel l-1 ta' Mejju 2003 u miżmuma aġġornata minn hemm 'il quddiem.

5. Id-disposizzjonijiet ta' l-Annessi III jew IV u l-manwal dijanjostiku jistgħu jiġu ssuplimentati jew emendati skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 26(2).

Artikolu 18

L-użu, il-fabbrikazzjoni u l-bejgħ tal-vaċċin tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi:

(a) l-użu tal-vaċċini tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer ikun ipprojbit;

(b) il-manipulazzjoni, il-fabbrikazzjoni, il-ħażna, il-provista, id-distribuzzjoni u l-bejgħ tal-vaċċin tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer fit-territorju tal-Komunità jiġu mwettqa taħt is-sorveljanza uffiċjali.

2. Jekk ikun meħtieġ, jistgħu jiġu adottati r-regoli li għandhom x'jaqsmu mal-produzzjoni, l-ippakkjar, id-distribuzzjoni u l-istat tal-ħażniet tal-vaċċini tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer fil-Komunità skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 26(2).

Artikolu 19

Il-vaċċin ta' emerġenza fl-impriżi tal-majjal

1. Minkejja l-Artikolu 18(1)(a), meta l-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer tkun ġiet ikkonfermata fl-impriżi tal-majjal u l-informazzjoni epidemjoloġika għad-disposizzjoni tindika illi hemm il-periklu li tinxtered, jista' jiddaħħal tilqim ta' l-emerġenza fl-impriżi tal-majjal skond il-proċeduri u d-disposizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 9 ta' dan l-Artikolu.

2. Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 5(2), il-kriterji prinċipali u l-fatturi tar-riskju li jridu jiġu kkunsidrati sabiex jiġi applikat it-tilqim ta' l-emerġenza huma stabbiliti fl-Anness VI. Dawn il-kriterji u l-fatturi tar-riskji jistgħu sussegwentement jiġu emendati jew issuplimentati sabiex iqisu l-iżviluppi u l-esperjenzi xjentifiċi, skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 26(2).

3. Fejn Stat Membru għandu l-ħsieb li jintroduċi t-tilqim, għandu jissottometti lill-Kummissjoni pjan tat-tilqim ta' emerġenza, li għall-inqas jinkludi tagħrif dwar:

(a) is-sitwazzjoni tal-marda li wasslet għat-talba tat-tilqim ta' emerġenza;

(b) il-kobor ta' l-arja ġeografika li fiha jkun sejjer jitwettaq it-tilqim ta' emerġenza u n-numru ta' l-impriżi tal-majjal f'din il-arja;

(ċ) il-kategoriji tal-ħnieżer u n-numru bejn wieħed u ieħor tal-ħnieżer li jridu jiġu mlaqqma;

(d) il-vaċċin li jkun sejjer jintuża;

(e) it-tul taż-żmien tal-kampanja tat-tilqim;

(f) l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta' l-annimali mlaqqma;

(ġ) il-miżuri dwar il-moviment tal-ħnieżer u tal-prodotti minnhom;

(ħ) il-kriterji li jridu jiġu kkunsidrati biex jiġi deċiż jekk jiġix applikat t-tilqim jew il-miżuri riferiti fl-Artikolu 7(2) fl-impriżi b'kuntatt;

(i) materji oħrajn addattati għall-emerġenza, inklużi l-eżamijiet kliniċi u tal-laboratorju li jridu jitwettqu fuq il-kampjuni meħuda mill-impriżi mlaqqma u impriżi oħra lokati fl-arja tat-tilqim, b'mod partikolari jekk iridx jintuża vaċċin markatur.

Il-Kummissjoni għandha teżamina minnufih il-pjan b'kollaborazzjoni ma' l-Istat Membru interessat. Skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 27(2), il-pjan tat-tilqim ta' emerġenza jista' jiġi approvat u jistgħu jiġu mitluba żidiet jew emendi qabel tingħata l-approvazzjoni.

Skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 27(2), il-pjan tat-tilqim ta' emerġenza jista' sussegwentement jiġi emendat jew issuplimentat sabiex iqis l-iżviluppi fis-sitwazzjoni.

4. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 10 u 11, kull Stat Membru li jwettaq it-tilqim ta' emerġenza għandu jiżgura illi matul il-perjodu taż-żmien tat-tilqim:

(a) l-ebda ħanżir ħaj ma jħalli l-arja tat-tilqim, sa kemm jiġu ttrasportati lejn il-biċċeriji indikati mill-awtorità kompetenti u lokati fl-arja tat-tilqim jew qrib din l-arja għall-qatla minnufih jew lejn impjant tal-qerda jew lejn post xieraq fejn jiġu maqtula minnufih u l-karkassi tagħhom ipproċessati taħt is-sorveljanza uffiċjali;

(b) il-laħam tal-majjal frisk kollu prodott mill-ħnieżer imlaqqma matul il-perjodu taż-żmien ta' emerġenza jiġi jew ipproċessat jew immarkat u ttrattat skond id-disposizzjonijiet riferiti fir-raba' inċiż ta' l-Artikolu 10(3)(f);

(ċ) is-semen, l-ova u l-embrijoni miġbura mill-ħnieżer li jridu jiġu mlaqqma matul it-30 jum qabel it-tilqim jiġu ttraċċjati u meqruda taħt is-sorveljanza uffiċjali.

5. Id-disposizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 4 għandhom japplikaw għal minimu taż-żmien ta' 6 xhur wara t-tkomplija tal-ħidmiet tat-tilqim fl-arja fil-kwistjoni.

6. Skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 27(2) u qabel l-aħħar tal-perjodu taż-żmien ta' sitt xhur riferit fil-paragrafu 5, għandhom jittieħdu miżuri għalbiex jipprojbixxu:

(a) il-ħnieżer seropożittivi milli jħallu l-impriża fejn ikunu miżmuma, għajr għall-qatla minnufih;

(b) il-ġbir tas-semen, l-embrijoni jew l-ova mill-ħnieżer seropożittivi;

(ċ) il-friegħ seropożittivi tal-ħnieżer milli jħallu l-impriża tagħhom ta' l-oriġini sakemm jiġu ttrasportati lejn:

- biċċerija għall-qtil minnufih,

- impriża nnominata mill-awtorità kompetenti, li minnha jridu jintbagħtu direttament lejn il-biċċerija,

- impriża wara li tikseb riżultat neġattiv mit-test seroloġiku għall-antikorpi kontra l-virus tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer.

7. Id-deċiżjoni li jiddaħħal it-tilqim ta' emerġenza tista' tittieħed minn Stat Membru permezz ta' deroga mill-paragrafu 3, sakemm l-interessi tal-Komunità ma jiġux imhedda u sakemm jintlaħqu l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) irid jiġi mfassal pjan-qafas tat-tilqim ta' emerġenza skond l-Artikolu 22. Il-pjan speċifiku u d-deċiżjoni biex jiġi adottat it-tilqim ta' emerġenza jrid jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni qabel il-bidu tal-ħidmiet tat-tilqim;

(b) b'żieda mat-tagħrif riferit fil-paragrafu 3, il-pjan irid jistabbilixxi illi l-ħnieżer kollha fuq l-impriżi fejn irid jiġi użat it-tilqim iridu jinqatlu malajr kemm jista' jkun wara t-tkomplija tal-ħidmiet tat-tilqim skond il-paragrafu 4(a), u l-laħam frisk prodott minn dawn il-ħnieżer irid jiġi jew ipproċessat jew immarkat u ttrattat skond id-disposizzjonijiet stabbiliti fir-raba' inċiż ta' l-Artikolu 10(3)(f).

Meta tittieħed din id-deċiżjoni, il-pjan tat-tilqim għandu jiġi rivedut minnufih mill-Kumitat Permanenti Veterinarju. Skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 27(2), il-pjan għandu jiġi approvat jew emendat u jistgħu jintalbu żidiet qabel tingħata l-approvazzjoni.

8. Minkejja d-diposizzjonijiet stabbiliti fil-paraġrafi 5 u 6, il-miżuri pprovduti fil-paragrafu 4 jistgħu jiġu mneħħija wara li:

(a) il-ħnieżer kollha fuq l-impriżi fejn ikun ġie użat it-tilqim ikunu ġew maqtula skond il-paragrafu 4(a), u l-laħam frisk prodott minn dawn il-ħnieżer ikun ġie jew ipproċessat jew immarkat u ttrattat skond ir-raba' inċiż ta' l-Artikolu 10(3)(f);

(b) l-impriżi kollha fejn kienu jinżammu l-ħnieżer imlaqqma jkunu ġew imnaddfa u ddiżinfettati skond l-Artikolu 12.

Fejn jitneħħew il-miżuri pprovduti fil-paragrafu 4, l-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll illi:

(a) id-dħul mill-ġdid tal-ħnieżer fl-impriżi msemmija hawn fuq ma għandux isir sa għall-inqas għaxart ijiem wara t-tkompija tal-ħidmiet tat-tindif u d-diżinfezzjoni, u wara li l-ħnieżer fuq l-impriżi fejn ikun ġie applikat il-vaċċin ikunu ġew maqtula;

(b) wara d-dħul mill-ġdid, il-ħnieżer fuq l-impriżi kollha fl-arja tat-tilqim għandhom jiġu sottomessi għal eżamijiet kliniċi u tal-laboratorju kif stabbilit fil-manwal dijanjostiku sabiex tinkixef il-preżenza possibbli tal-virus tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer. Fil-każ tal-ħnieżer imdaħħla mill-ġdid fl-impriżi fejn ikun ġie applikat il-vaċċin, dawn l-eżamijiet ma għandhomx isiru qabel ma jkunu għaddew mill-inqas 40 jum wara d-dħul mill-ġdid, li matulhom ħnieżer ma jkunux tħallew jiċċaqalqu mill-impriża.

9. F'dawk il-każijiet fejn ikun ġie użat il-vaċċin markatur matul il-kampanja tat-tilqim, jistgħu jiġu awtorizzati deroġi mid-disposizzjonijiet riferiti fl-Artikolu 27(2), b'mod partikolari rigward il-marka tal-laħam mill-ħnieżer imlaqqma u l-użu sossegwenti tiegħu, u d-destinazzjoni tal-prodotti ttrattati. Din l-awtorizzazzjoni għandha tkun bla ħsara għall-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) il-pjan tat-tilqim għandu jkun ġie approvat minn qabel il-bidu tal-ħidmiet tat-tilqim skond il-paragrafu 3,

(b) għandha tkun ġiet sottomessa talba speċifika lill-Kummissjoni mill-Istat Membru interessat, akkumpanjata b'rapport komprensiv dwar l-implimentazzjoni tal-kampanja tat-tilqim, ir-riżultati tagħha u s-sitwazzjoni epidemjoloġika ġenerali, u

(ċ) għandu jkun ġie mwettaq kontroll fuq il-post dwar l-implimentazzjoni tal-kampanja tat-tilqim skond il-proċeduri riferiti fl-Artikolu 21.

L-adozzjoni tad-derogi mid-disposizzjonijiiet riferiti fil-paraġrafi 4, 5 u 6 għandhom ikunu msejsa fuq ir-riskju li jinxtered il-virus tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer bil-moviment u l-kummerċ tal-ħnieżer imlaqqma, il-friegħ tagħhom jew il-prodotti minnhom.

Artikolu 20

It-tilqim ta' emerġenza tal-ħnieżer selvaġġi

1. Minkejja l-Artikolu 18(1)(a), meta l-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer tkun ġiet ikkonfermata fil-ħnieżer selvaġġi u l-informazzjoni disponibbli tindika illi thedded li tinxtered, jista' jiddaħħal it-tilqim ta' emerġenza għall-ħnieżer selvaġġi skond il-proċeduri u d-disposizzjonijiet stabbiliti fil-paraġrafi 2 u 3.

2. Fejn Stat Membru jkun beħsiebu jdaħħal it-tilqim, għandu jissottometti lill-Kummissjoni pjan ta' tilqim ta' emerġenza, li għandu jinkludi tagħrif dwar:

(a) is-sitwazzjoni tal-marda li tkun wasslet għat-talba għat-tilqim ta' emerġenza;

(b) il-kobor ta' l-arja ġeografika li fiha jrid jitwettaq it-tilqim ta' emerġenza. Ikun xi jkun il-każ, din l-arja għandha tkun parti mill-arja infettata ddefinita skond Artikolu 16(3)(b);

(ċ) it-tip tat-tilqim li jrid jiġi użat u l-proċedura tat-tilqim;

(d) l-isforzi speċjali għalbiex jitwettaq it-tilqim tal-friegħ;

(e) it-tul taż-żmien mistenni tal-kampanja tat-tilqim;

(f) in-numru bejn wieħed u ieħor tal-ħnieżer selvaġġi li jridu jiġu mlaqqma;

(ġ) il-miżuri adottati sabiex jevitaw produzzjoni għolja fil-popolazzjoni tal-ħnieżer selvaġġi;

(ħ) il-miżuri adottati sabiex jevitaw kull tixrid tal-virus tal-vaċċin fost il-ħnieżer miżmuma fuq l-impriżi, jekk japplikaw;

(i) ir-riżultati mistennija tal-kampanja tat-tilqim u l-parametri li jridu jiġu kkunsidrati għalbiex jivverifikaw l-effettività tagħha;

(j) l-awtorità mgħobbija bir-responsabbiltà li tissorvelja u tikkordina d-dipartimenti responsabbli mill-pjan ta' l-implimentazzjoni;

(k) is-sistema stabbilita sabiex il-grupp ta' l-esperti maħtura skond Artikolu 15(2)(a) ikunu jistgħu jirrevedu fuq bażi regolari r-riżultati tal-kampanja tat-tilqim;

(l) il-materji l-oħra xierqa għall-emerġenza.

Il-Kummissjoni għandha teżamina minnufih il-pjan f'kollaborazzjoni ma' l-Istat Membru interessat, b'mod partikolari sabiex tiżgura l-konsistenza tiegħu mal-miżuri applikati skond il-pjan ta' l-eredikazzjoni pprovdut fl-Artikolu 16(1).

Jekk l-arja tat-tilqim tkun qrib it-territorju ta' Stat Membru jkunu f'posthom ukoll il-miżuri għalbiex jeradikaw il-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer minn ħnieżer selvaġġi, il-konsistenza bejn il-pjan tat-tilqim u l-miżuri applikati f'dan l-Istat Membru ieħor għandhom ukoll ikunu żgurati.

Skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 27(2), il-pjan tat-tilqim ta' emerġenza jista' jiġi approvat jew emendat u jistgħu jiġu mitluba żidiet qabel tingħata l-approvazzjoni.

Skond il-proċedura ta' hawn fuq, il-pjan tat-tilqim ta' emerġenza jista' sussegwentement jiġi emendat jew issuplimentat sabiex iqis l-iżviluppi fis-sitwazzjoni.

3. Għandu jiġi trasmess rapport li jirrigwarda r-riżultati tal-kampanja tat-tilqim mill-Istat Membru interessat lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra kull sitt xhur, flimkien mar-rapport riferit fl-Artikolu 16(4).

Artikolu 21

Il-kontrolli Komunitarji

L-esperti mill-Kummissjoni jistgħu jagħmlu kontrolli fuq il-post f'koperazzjoni ma' l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri, sakemm u safejn ikun meħtieġ illi jiżguraw l-applikazzjoni uniformi ta' din id-Direttiva. L-Istat Membru li fuq it-territorju tiegħu jsiru l-kontrolli għandu jipprovdi lill-esperti bl-għajnuna kollha meħtieġa għalbiex iwettqu d-doveri tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-awtorità kompetenti bir-riżultati tal-kontrolli magħmula.

Ir-regoli sabiex jiġi applikat dan l-Artikolu u b'mod partikolari dawk li jirregolaw il-proċedura għall-koperazzjoni ma' l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jiġu adottati skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 26(2).

Artikolu 22

Il-pjanijiet ta' kontinġenza

1. Kull Stat Membru għandu jfassal pjan ta' kontinġenza li jispeċifika l-miżuri nazzjonali li jridu jiġu implimentati fl-eventwalità ta' mxija tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer.

Dan il-pjan għandu jippermetti aċċess għall-faċilitajiet, it-tagħmir, il-personal u l-materjali l-oħra xierqa għall-eradikazzjoni bil-ħeffa u effiċjenti ta' l-imxija. Għandu jagħti indikazzjoni preċiża dwar:

(a) il-ħtiġiet tal-vaċċin li kull Stat Membru interessat jikkonsidra illi jeħtieġ fl-eventwalità tat-tilqim ta' emerġenza;

(b) ir-reġjuni fejn jistgħu jinstabu erji ta' densità għolja ta' ħnieżer f'kull wieħed mill-Istati Membri, sabiex f'dawn ir-reġjuni jiġi żgurat livell iktar għoli tal-konoxxenza tal-marda u ta' tħejjija għaliha.

2. Il-kriterji u l-ħtiġiet li jridu jiġu applikati għat-tfassil tal-pjan ta' kontinġenza għandhom ikunu dawk stabbiliti fl-Anness VII.

Skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 26(2), dawn il-kriterji u l-ħtiġiet jistgħu jiġu emendati jew issupplimentati sabiex iqisu n-natura speċifika tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer u l-progress li jkun sar fl-iżvilupp tal-miżuri tal-kontroll għall-marda.

3. Il-Kummissjoni għandha teżamina l-pjanijiet sabiex tistabbilixxi jekk jippermettux li jinkiseb l-għan mixtieq u għandha tissuġġerixxi lill-Istat Membru interessat kull emenda meħtieġa, b'mod partikolari sabiex tiżgura illi huma kompatibbli ma' dawk ta' l-Istati Membri l-oħra.

Il-pjani, emendati jekk meħtieġa, għandhom ikunu approvati skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 26(2).

Il-pjani jistgħu sussegwentment jiġu emendati jew issupplimentati, skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 26(2), sabiex iqisu l-iżviluppi fis-sitwazzjoni. Ikun xi jkun il-każ, kull ħames snin kull Stat Membru għandu jaġġorna l-pjan u jissottomettih lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 26(2).

Artikolu 23

Iċ-ċentri tal-kontroll għall-marda u l-gruppi ta' l-esperti

1. Kull Stat Membru għandu jiżġura illi jkun jista' jiġi stabbilit minnufih ċentru nazzjonali li jaħdem fis-sħiħ minnufih għall-kontroll tal-marda fl-eventwalità ta' mxijiet tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer.

2. Iċ-ċentru nazzjonali għall-kontroll tal-marda għandu jidderieġi u jissorvelja l-ħidmiet taċ-ċentri lokali għall-kontroll tal-marda riferiti fil-paragrafu 3. Għandu jkun, inter alia, responsabbli li:

(a) jiddefinixxi l-miżuri meħtieġa għall-kontroll;

(b) jiżgura l-implimentazzjoni fil-pront u b'mod effiċjenti l-miżuri riferiti hawn fuq miċ-ċentri għall-kontroll lokali tal-marda;

(ċ) iħaddem impjegati u riżorsi oħra għaċ-ċentri lokali għall-kontroll tal-marda;

(d) jipprovdi t-tagħrif lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri l-oħra, lill-organizzazzjonijiet veterinarji nazzjonali, lill-awtoritajiet nazzjonali u lill-entitajiet agrikoli u tal-kummerċ;

(e) li, meta indikat, jorganizza t-tilqim ta' emerġenza u li jiddefinixxu l-erji tat-tilqim;

(f) jibni kuntatt ma' laboratorji dijanjostiċi;

(ġ) jibni kuntatt ma' l-istampa u medja oħra;

(ħ) jibni kuntatt ma' l-awtoritajiet tal-pulizija sabiex jiżgura miżuri speċifiċi leġali.

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi jkunu jistgħu jiġu stabbiliti minnufih ċentri nazzjonali għall-kontroll tal-marda li jiffunzjonaw fis-sħiħ fl-eventwalità ta' mxijiet tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer.

4. Ċerti funzjonijiet taċ-ċentru nazzjonali għall-kontroll tal-marda jistgħu, madanakollu, jiġu ddelegati liċ-ċentru lokali għall-kontroll tal-marda li jintervjeni fil-livell amministrattiv ipprovdut fl-Artikolu 2(2)(p) tad-Direttiva 64/432/KEE jew f'livell iktar għoli, sakemm ma jikkompromettix l-għanijiet taċ-ċentru nazzjonali għall-kontroll tal-marda.

5. L-Istati Membri għandhom joħolqu grupp ta' esperti li jaħdmu permanenti għalbiex iżommu l-kompetenza li jgħinu lill-awtorità kompetenti biex jiżġuraw it-tħejjija tagħhom għall-mard.

Fil-każ ta' mxija, il-grupp ta' l-esperti għandu jgħin lill-awtorità kompetenti għall-inqas fi:

(a) l-inkjesta epedimjoloġika;

(b) it-teħid tal-kampjuni, it-testjijiet u l-interpretazzjoni tar-riżultati tat-testijiet tal-laboratorju;

(ċ) li jistabbilixxu l-miżuri għall-kontroll tal-marda.

6. L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi ċentri nazzjonali u lokali għall-kontroll tal-marda u l-grupp ta' l-esperti jkollhom il-personal, il-faċilitajiet u t-tagħmir, inklużi s-sistemi ta' komunikazzjonijiet li jinħtieġu, u katina ċara u effettiva ta' kmand u ta' maniġġjar sabiex jiżguraw l-implimentazzjoni minnufih tal-miżuri għall-kontroll tal-marda stabbiliti f'din id-Direttiva.

Id-dettalji dwar il-personal, il-faċilitajiet, it-tagħmir, il-katina tal-kmand u l-maniġġjar taċ-ċentri nazzjonali u lokali għall-kontroll tal-marda u tal-gruppi ta' l-esperti għandhom ikunu stabbiliti fil-pjani ta' kontinġenza riferiti fl-Artikolu 22.

7. Jistgħu jiġu stabbiliti iktar kriterji u ħtiġiet dwar il-funzjoni u d-dmirijiet taċ-ċentri nazzjonali għall-kontroll nazzjonali tal-mard, iċ-ċentri lokali għall-kontroll tal-mard u l-gruppi ta' l-esperti skond il-proċedura pprovduta fl-Artikolu 26(2).

Artikolu 24

L-użu ta' iskart tal-fornituri ta' l-ikel

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi:

(a) ikun ipprojbit it-tmigħ lill-ħnieżer bl-iskart mill-fornituri ta' l-ikel;

(b) l-iskart tal-fornituri ta' l-ikel minn mezzi internazzjonali tat-trasport bħalma huma l-bastimenti, il-vetturi ta' l-art u l-ajruplani jinġabru u jinqerdu taħt is-sorveljanza uffiċjali;

(ċ) it-tagħrif dwar kif jiġu applikati d-disposizzjonijiet tal-punti (a) u (b) u l-kontrolli relevanti mwettqa mill-Istati Membri jiġu trasmessi lill-Kummissjoni l-iktar tard sal-31 ta' Ottubru ta' kull sena u għall-ewwel darba fl-2003. Il-Kummissjoni għandha tissottometti dan it-tagħrif lill-Kumitat Permanenti Veterinarju stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 68/361/KEE [17].

2. Jistgħu jiġu adottati regoli ddettaljati dwar il-miżuri tal-kontroll li jridu jiġu applikati u t-tagħrif li jrid jiġi fornit mill-Istati Membri, b'mod partikolari rigward id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1(ċ) skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 26(2).

3. Id-disposizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw sad-data meta tiġi applikata l-leġislazzjoni Komunitarja dwar l-użu ta' l-iskart ta' l-ikel mill-fornituri ta' l-ikel għat-tgħam tal-ħnieżer fil-qafas tar-regoli fuq il-prodotti sekondarji mill-annimali li ma jkunux maħsuba għall-konsum mill-bniedem jew għan-nutriment ta' l-annimali.

Artikolu 25

Il-proċeduri għall-emendi ta' din id-Direttiva u ta' l-Annessi tagħha u sabiex jiġu addattati regoli iżjed iddettaljati għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva

1. Jekk meħtieġ, din id-Direttiva tista' tiġi emendata mill-Kunsill, waqt li jaġixxi b'maġġoranza kkwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, sabiex iqis l-iżviluppi fil-għerf xjentifiku u tekniku.

2. Madanakollu, l-Annessi ma' din id-Direttiva għandhom jiġu emendati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 26(2).

3. Kull regola ddettaljata meħtieġa sabiex tiġi implimentata din id-Direttiva tista' tiġi adottata skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 26(2).

Artikolu 26

Il-proċedura regolatorja normali

1. Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat Permanenti Veterinarju stabbilit bid-Deċiżjoni 68/361/KEE.

2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 sa 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Il-perjodu taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xħur.

Artikolu 27

Il-proċedura regolatorja aċċellerata

1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat Permanenti Veterinarju stabbilit bid-Deċiżjoni 68/361/KEE.

2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 sa 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Il-perjodu taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' 15-il jum.

Artikolu 28

It-tħassir

1. Id-Direttiva 80/217/KEE, kif emendata bl-atti mniżżla fil-lista fil-Parti A ta' l-Anness VIII hija hawnhekk imħassra mill-1 ta' Novembru 2002, bla ħsara għad-disposizzjonijiet transitorji stabbiliti fl-Artikolu 29 u bla ħsara għall-obbligu li l-Istati Membri interessati rigward it-temmiet taż-żmien għat-trasposizzjoni tad-Direttivi msemmija stabbiliti fil-Parti B ta' l-Anness VIII.

Ir-referenzi għad-Direttiva mħassra 80/217/KEE għandhom jinftieħmu illi jirreferu għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw bi qbil mat-tabella tal-korrelazzjoni stabbilita fl-Anness IX.

2. Id-Deċiżjoni 81/859/KEE hija hawnhekk imħassra.

Artikolu 29

Disposizzjonijiet transitorji

1. L-Annessi I u IV tad-Direttiva 80/217/KEE għandhom jissoktaw jgħoddu bħala deroga mill-ewwel sub-inċiż ta' l-Artikolu 28(1), għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva sakemm tidħol fis-seħħ id-Deċiżjoni li tapprova l-manwal dijanjostiku riferit fl-Artikolu 17(3) ta' din id-Direttiva.

2. Il-pjani għall-eradikazzjoni tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer mill-ħnieżer selvaġġi, approvati skond l-Artikolu 6a tad-Direttiva 80/217/KEE u fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, għandhom jissoktaw jgħoddu għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva.

Madankollu, l-Istati Membri għandhom, qabel l-1 ta'Frar 2003, jissottomettu lill-Kummissjoni emendi għal dawn il-pjanijiet, filwaqt li jqisu d-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 16(3).

Il-pjani, emendati kif meħtieġ, għandhom jiġu approvati skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 27(2).

3. Il-pjani ta' kontinġenza għall-kontroll tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer, approvati skond Artikolu 14b tad-Direttiva 80/217/KEE u fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, għandhom jissoktaw japplikaw għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva.

Madanakollu, l-Istati Membri għandhom, qabel l-1 ta' Mejju 2003, jissottomettu lill-Kummissjoni emendi għal dawn il-pjani, filwaqt li jqisu d-disposizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 22.

Il-pjani, emendati skond il-ħtieġa, għandhom jiġu approvati skond il-proċeduri riferiti fl-Artikolu 26(2).

4. Sakemm tapplika din id-Direttiva, jistgħu jiġu adottati iktar disposizzjonijiet transitorji dwar il-kontroll tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer skond l-Artikolu 26(2).

Artikolu 30

It-trasposizzjoni għal-leġislazzjoni nazzjonali u l-applikazzjoni

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva mhux iktar tard mill-31 ta' Ottubru 2002. Għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni minnufih.

Għandhom japplikaw dawn id-disposizzjonijiet mill-1 ta' Novembru 2002.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkompanjati b'din ir-referenza fl-okkazzjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi dwar kif issir din ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

Artikolu 31

Id-dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 32

Lil min indirizzata:

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fil-Lussemburġu, it-23 ta' Ottubru 2001.

Għall-Kunsill

Il-President

A. Neyts-Uyttebroeck

[1] ĠU Ċ 29 E, tat- 30.1.2001, pġ. 199

[2] Opinjoni tal-Parlament Ewropew ta’ l-14 ta’ Ġunju 2001 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali)

[3] ĠU Ċ 123, tal- 25.4.2001, pġ. 69.

[4] ĠU Ċ 148, tat- 18.5.2001, pġ. 21.

[5] ĠU L 47, tal-21. 2. 1980, pġ. 11. Direttiva kif l-aħħar emendata bl-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-1994.

[6] ĠU L 319, tas-7.11.1981, pġ. 20. Deċiżjoni kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 87/65/KEE (ĠU L 34, tal-5.2.1987, pġ. 54).

[7] ĠU L 184, tas-17.7.1999, pġ. 23.

[8] ĠU L 378, tal-31.12.1982, pġ. 58. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/556/KE (ĠU L 235, tad-19.9.2000, pġ. 27).

[9] ĠU L 224, tat-18.8.1990, pġ. 29. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 92/118/KEE (ĠU L 62, tal-15.3.1993, pġ. 49).

[10] Direttiva tal-Kunsill 90/667/KEE tas-27 ta’ Novembru 1990 li tfassal ir-regoli veterinarji sabiex jinqered u jiġi pproċessat l-iskart mill-annimali, sabiex jinħareġ fis-suq u għall-prevenzjoni tal-patoġeni fit-tgħam ta’ oriġini mill-annimali u mill-ħut u temenda d-Direttiva 90/425/KEE (ĠU L 363, tas-27.12.1990, pġ. 51). Direttiva kif l-aħħar emendata bl-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-1994.

[11] ĠU L 340, tal-31.12.1993, pġ. 21

[12] Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa ta’ l-annimali li jaffetwaw il-kummerċ intra-Kommunitarju tal-bhejjem tal-fart u s-swini (ĠU L 121, 29.7.1964, pġ. 1977/64). Direttiva kif l-aħħar emendata bid-deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/298/KE (ĠU L 102, tat-12.4.2001, pġ. 63).

[13] ĠU L 355, tal-5.12.1992, pġ. 32. Direttiva kif l-aħħar emendata bl-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-1994.

[14] Direttiva tal-Kunsill 72/461/KEE tat-12 ta’ Diċembru 1972 dwar il-problemi tas-saħħa li jaffetwaw il-kummerċ intra-Komunitarju fil-laħam frisk (ĠU L 302, tal-31.12.1972, pġ. 24). Direttiva kif l-aħħar emendata bl-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-1994.

[15] Direttiva tal-Kunsill 80/215/KEE tat-22 ta’ Jannar 1980 dwar il-problemi tas-saħħa ta’ l-annimali li jaffetwaw il-kummerċ intra-Komunitarju fil-prodotti mil-laħam (ĠU L 47, tal-21.2.1980, pġ. 4). Direttiva kif l-aħħar emendata bl-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-1994

[16] Direttiva tal-Kunsill 92/45/KEE tas-16 ta’ Ġunju 1992 dwar is-saħħa pubblika u l-problemi tas-saħħa ta’ l-annimali li għandhom x’jaqsmu mal-qtil tal-kaċċa selvaġġa u l-ħruġ fis-suq tal-laħam tal-kaċċa selvaġġa (ĠU L 268, ta’ 14.9.1992, pġ. 35). Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 97/79/KE (ĠU L 24, tat-30.1.1998 pġ. 31, ).

[17] ĠU L 255, tat-18.10.1968, pġ. 23.

--------------------------------------------------

ANNESS I

In-notifika tal-marda u iktar tagħrif epidemjoloġiku li jridu jiġu pprovduti mill-Istat Membru fejn tkun ikkonformata marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer

1. Fi fi żmien 24 siegħa mill-konferma ta' kull imxija primarja, kull każ primarju fil-ħnieżer selvaġġi jew każ f'biċċerija jew f'mezz tat-trasport, l-Istat Membru interessat irid jinnotifika permezz tas-Sistema tan-Notifiki tal-Mard ta' l-Annimali stabbilita skond l-Artikolu 5 tad-Direttiva tal-Kunsill 82/894/KEE:

(a) it-data tad-dispaċċ;

(b) il-ħin tad-dispaċċ;

(ċ) l-isem ta' l-Istat Membru;

(d) l-isem tal-marda;

(e) in-numru ta' mxiji jew każijiet;

(f) id-data li fiha kienet issuspetta l-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer;

(ġ) id-data tal-konferma;

(ħ) il-metodi użati għall-konferma;

(i) jekk il-preżenza tal-marda ġietx ikkonfermata fil-ħnieżer selvaġġi jew fil-ħnieżer f'impriża, f'biċċerija jew f'mezz tat-trasport;

(j) il-lokazzjoni ġeografika fejn ġiet ikkonfermata l-imxija jew il-każ tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer;

(k) il-miżuri applikati għall-kontroll tal-marda.

2. Fil-każ ta' mxija primarja jew ta' każijiet fil-biċċeriji jew il-mezzi tat-trasport, b'żieda ma' l-informazzjoni riferita fil-punt 1, l-Istati Membri interessati jridu wkoll jibagħtu t-tagħrif li ġej:

(a) in-numru tal-ħnieżer suxxettibbli fl-imxija, fil-biċċerija jew fil-mezzi tat-trasport;

(b) in-numru tal-ħnieżer mejta f'kull kateġorija fl-impriża, fil-biċċerija jew fil-mezz tat-trasport;

(ċ) għal kull kategorija, il-morbidità tal-marda u n-numru tal-ħnieżer li fihom tkun ġiet ikkonfermata l-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer;

(d) in-numru tal-ħnieżer maqtula fl-imxija, fil-biċċerija jew fil-mezz tat-trasport;

(e) in-numru tal-karkassi pproċessati;

(f) fil-każ ta' mxija, id-distanza tagħha mill-eqreb impriża tal-majjal;

(ġ) jekk il-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer tkun ġiet ikkonfermata f'biċċerija jew f'mezz tat-trasport, il-lokazzjoni ta' l-impriża jew impriżi ta' l-oriġini tal-ħnieżer infettati jew tal-karkassi.

3. Fil-każ ta' mxija sekondarja, it-tagħrif riferit fil-punti 1 u 2 irid jintbagħat fil-limitu taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 82/894/KEE.

4. L-Istati Membri interessati għandhom jiżguraw illi t-tagħrif li jrid jiġi pprovdut fejn ikollha x'taqsam kull imxija jew każ tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer f'impriża, f'biċċerija jew f'mezz tat-trasport skond il-punti 1, 2 u 3 jiġi segwit malajr kemm jista' jkun b'rapport bil-miktub lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri li jinkludu mill-inqas:

(a) id-data li fiha l-ħnieżer fl-impriża, fil-biċċerija jew fil-mezz tat-trasport kienu ġew maqtula u l-karkassi tagħhom ipproċessati;

(b) ir-riżultati tat-testjiet imwettqa fuq il-kampjuni meħuda meta l-ħnieżer ġew maqtula;

(ċ) fejn tkun ġiet applikata d-deroga pprovduta fl-Artikolu 6(1), in-numru tal-ħnieżer maqtula u pproċessati u n-numru tal-ħnieżer li jridu jinqatlu f'data iktar tard u l-limitu taż-żmien stabbilit għall-qatla tagħhom;

(d) kull tagħrif li għandu x'jaqsam ma' l-oriġini possibbli tal-marda jew l-oriġini attwali tal-marda jekk din tiġi aċċertata;

(e) fil-każ ta' mxija primarja jew fil-każ tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer f'biċċerija jew f'mezz tat-trasport, it-tip ġenetiku tal-virus responsabbli għall-imxija jew għall-każ;

(f) fil-każijiet fejn ħnieżer ikunu ġew maqtula f'impriżi b'kuntatt jew f'impriżi li jkollhom ħnieżer suspettati li huma infettati bil-virus tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer, tagħrif dwar:

- id-data tal-qtil u n-numru tal-ħnieżer f'kull kategorija maqtula f'kull impriża,

- ir-rabta epidemjoloġika bejn l-imxija jew il-każ tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer u kull impriża b'kuntatt jew ir-raġunijiet li jkunu daħħlu s-suspett tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer f'kull impriża ssuspettata,

- ir-riżultati tat-testijiet tal-laboratorju mwettqa fuq il-kampjuni meħuda mill-ħnieżer fl-impriżi u meta jiġu maqtula.

Fil-każijiet fejn il-ħnieżer fuq l-impriżi b'kuntatt ma jkunux ġew maqtula, irid jiġi pprovdut it-tagħrif dwar ir-raġunijiet ta' din id-deċiżjoni.

--------------------------------------------------

ANNESS II

Il-prinċipji u l-proċeduri għat-tindif u d-diżinfezzjoni

1. Prinċipji ġenerali u l-proċeduri:

(a) it-tindif u l-ħidmiet tad-diżinfezzjoni u fejn hu meħtieġ il-miżuri biex jeqirdu l-annimali li jgerrmu u l-insetti jiġu mwettqa taħt is-sorveljanza uffiċjali u skond l-istruzzjonijiet mogħtija mill-veterinarju uffiċjali;

(a) id-diżinfettanti li jridu jiġu użati u l-konċentrazzjoni tagħhom jiġu approvati uffiċjalment mill-awtorità kompetenti sabiex tiżgura l-qerda tal-virus tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer;

(ċ) il-ħidma tad-diżinfettanti trid tiġi kkontrollata qabel l-użu, bħalma titnaqqas l-attività ta' ċertu diżinfettanti b'ħażna mtawla;

(d) l-għażla tad-diżinfettanti u tal-proċeduri għad-diżinfezzjoni għandha ssir billi titqies in-natura tal-fondi, il-vetturi u l-oġġetti li għandhom jiġu ttrattati;

(e) il-kondizzjonijiet li fuqhom jintużaw l-aġenti li jneħħu x-xaħam u d-diżenfettanti jridu jiżguraw illi l-effettività tagħhom ma tiġix imfixkla. B'mod partikolari, għandhom jiġu osservati l-parametri tekniċi pprovduti mill-fabbrikant, bħalma huma l-pressa, it-temperatura minima u l-ħin meħtieġ tal-kuntatt;

(f) irrispettivament mid-diżinfettant użat, iridu jiġu applikati r-regoli ġenerali li ġejjin:

- it-tixrib qawwi tal-friex u taż-żibel kif ukoll il-materjal tal-ħmieġ ta' l-imsaren bid-diżinfettant,

- il-ħasil u t-tindif b'attenzjoni bl-ixkupa u bil-broxk ta' l-art, ir-rampi u l-ħitan wara li jitneħħew u jiżżarmaw, fejn possibbli, it-tagħmir jew l-istallazzjonijiet sabiex jevitaw li jiġu mfixkla t-tindif u l-proċeduri tad-diżinfezzjoni,

- mbagħad, iktar applikazzjoni tad-diżinfettant għal kuntatt minimu taż-żmien kif stabbilit fir-rakkomandazzjonijiet tal-fabbrikant,

- l-ilma użat għall-ħidmiet tat-tindif irid jintrema hekk li jevita kull riskju tat-tixrid tal-virus u skond l-istruzzjonijiet tal-veterinarju uffiċjali;

(ġ) fejn il-ħasil jiġi mwettaq b'likwidi applikati bil-pressa, irid jiġi evitat it-tniġġiż mill-ġdid tal-partijiet imnaddfa qabel;

(ħ) iridu jitwettqu l-ħasil, id-diżinfezzjoni jew il-qerda tat-tagħmir, l-istallazzjonijiet, l-oġġetti jew il-kompartimenti li x'aktarx ikunu mniġġża;

(i) wara l-proċeduri tad-diżinfezzjoni, għandu jiġi evitat it-tniġġiż mill-ġdid;

(j) it-tindif sewwa u d-diżinfezzjoni meħtieġa fil-qafas ta' din id-Direttiva għandhom jiġu ddokumentati fl-impriża jew fir-reġistru tal-vetturi u, fejn tkun meħtieġa approvazzjoni uffiċjali, jiġu attestati mill-veterinarju uffiċjali tas-sorveljanza.

2. Disposizzjonijiet speċjali dwar it-tindif u d-diżinfezzjoni ta' l-impriżi infettati

(a) it-tindif u d-diżinfezzjoni preliminari

- matul il-qtil ta' l-annimali jridu jittieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiġi evitat jew imminimizzat it-tixrid tal-virus tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer. Dan irid jinkludi fost ħwejjeġ oħra l-istallazzjoni temporanja ta' tagħmir tad-diżinfezzjoni, il-provvista ta' l-ilbies protettiv, id-doċoċ, id-dekontaminazzjoni tat-tagħmir, l-istrumenti u l-faċilitajiet użati u l-interruzzjoni tal-provvista ta' l-enerġija għall-ventilazzjoni,

- il-karkassi ta' annimali maqtula jridu jiġu mbexxa bid-diżinfettant,

- jekk il-karkassi jridu jiġu mneħħija mill-impriża għall-ipproċessar, iridu jintużaw kontenituri mgħottija u ma jnixxux,

- malli l-karkassi tal-ħnieżer jitneħħew għall-proċessar, dawk il-partijiet ta' l-impriża fejn dawn l-annimali jinżammu u kull parti tal-bini l-ieħor, il-btieħi, eċċ. imniġġża matul il-qtil, jew l-eżami post-mortem iridu jiġu mbexxa bid-diżinfettanti approvati għall-użu skond l-Artikolu 12,

- kull tessut jew demm li setgħu ġew imxerrda matul il-qtil jew il-post-mortem jew it-tniġġiż qawwi tal-bini, il-btieħi, ir-reċipjenti, eċċ. jridu jinġabru bl-attenzjoni u jiġu pproċessati mal-karkassi,

- id-diżinfettant użat irid jibqa' fuq il-wiċċ ittrattat għal mill-inqas 24 siegħa;

(b) it-tindif u d-diżinfezzjoni finali

- il-ħmieġ ta' l-imsaren ta' l-annimali u l-friex iridu jitneħħew u jiġu ttrattati skond il-punt (3)(a),

- ix-xaħam u ż-żibel iridu jitneħħew mill-uċuħ kollha billi jiġi applikat aġent tat-tneħħija tax-xaħam u l-uċuħ iridu jinħaslu bl-ilma,

- wara l-ħasil bl-ilma, għandu jitwettaq iktar bexx bid-diżinfettant,

- wara sebat ijiem il-fondi għandhom jiġu trattati b'aġent li jneħħi x-xaħam, imlaħalħa fl-ilma, imbexxa bid-diżinfettant u mlaħalħa mill-ġdid bl-ilma.

3. Id-diżinfezzjoni tal-friex, tal-ħmieġ ta' l-imsaren ta' l-annimali u tad-demel maħlul:

(a) id-demel u l-friex użat iridu jiġu miġbura f'munzelli sabiex jisħnu, jiġu mbexxa bid-diżinfettant u mħollija għal mill-inqas 42 jum jew meqruda bil-ħruq jew bid-dfin;

(b) id-demel maħlul irid jinħażen għal mill-inqas 42 jum wara l-aħħar żieda tal-materjal infettiv, għajr jekk l-awtoritajiet kompetenti jawtorizzaw perjodu mnaqqas taż-żmien għall-ħażna għad-demel maħlul li jkun ġie attwalment ittrattat skond l-istruzzjonijiet mogħtija mill-veterinarju uffiċjali sabiex jiżguraw il-qerda tal-virus.

4. Madanakollu, permezz ta' deroga mill-punti 1 u 2, fil-każ ta' impriżi għall-beraħ, l-awtorità kompetenti tista' tistabbilixxi proċeduri speċifiċi għat-tindif u d-diżinfezzjoni, filwaqt li tqis it-tip ta' l-impriża u l-kondizzjonijiet tal-klima.

--------------------------------------------------

ANNESS III

Il-lista u d-dmirijiet tal-laboratorji nazzjonali tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer

1. Il-laboratorji nazzjonali tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer huma dawn li ġejjin:

Il-Belġju

is -Centre d'etude et de recherche vétérinaires et agrochimiques, 1180 Brussel

Id-Danimarka

is -Statens Veterinære istituzzjoni for Virusforskning, Lindholm, 4771 Kalveħave

Il-Ġermanja

il -Bundesforschungsanstalt für Viruskrankheiten der Tiere, 17498 Insel Riems

Il-Greċja

L-Istitut Veterinarju tal-Mard Infettiv u Parassitiku, 15310 Aġ. Paraskevi

Spanja

is- Ċentro de Investigación en Sanidad Animal, 28130 Valdeolmos (Madrid)

Franza

l-AFSSA-Ploufragan, Zoopole des Côtes d'Armor, 22440 Ploufraġan

L-Irlanda

il-Veterinary Research Laboratory, Abbotstown, Ċastleknoċk, Dublin 15- (il-Laboratorju tar-Riċerka Veterinarja)

L-Italja

l-Istituto Zooprofilattico Sperimentale dell'Umbria e delle Marche, 06100 Peruġja

Il-Lussemburġu

il-Laboratoire de Médicine Vétérinaire de l'Etat, 1020 Luxembourġ

L-Olanda

l-Instituut voor Veehouderij en Diergezondheid (ID-Lelystad), 8200 AB Lelystad

L-Awstrija

il-Bundesanstalt für Vet. Med. Untersuchungen in Modling, Robert Koch-Gasse 17, 2340 Modlinġ

Il-Portugall

il-Laboratório Nacional de Investigação Veterinária, 1500 Lisbona

Il-Finlandja

l-Eläinlääkintä-ja elintarviketutkimuslaitos, 00231 Ħelsinki/Anstalten för veterinärmedicin och livsmedel, 00231 Ħelsinki

L-Isvezja

is-Statens veterinärmedicinska anstalt, 75189 Uppsala

Ir-Renju Unit

il-Veterinary Laboratories Agency, New Ħaw, Weybridġe, Surrey KT153NB - (L-Aġenzija tal-Laboratorji Veterinarji)

2. Il-laboratorji nazzjonali tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer huma responsabbli li jiżguraw illi f'kull Stat Membru l-eżamijiet tal-laboratorju biex jikxfu l-preżenza tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer u l-identifikazzjoni tat-tip ġenetiku ta' l-iżolati mill-virusijiet jiġu mwettqa skond il-manwal dijanjostiku. Għal dan l-għan jistgħu jagħmlu arranġamenti speċjali mal-laboratorju ta' riferiment tal-Komunità jew mal-laboratorji nazzjonali l-oħra.

3. Il-laboratorju nazzjonali tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer f'kull Stat Membru huwa responsabbli mill-kordinament ta' l-i standards u l-metodi dijanjostiċi f'kull laboratorju tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer fl-Istat Membru. Għal dan l-għan:

(a) jistgħu jipprovdu reaġenti dijanjostiċi lil-laboratorji individwali;

(b) iridu jikkontollaw il-kwalità tar-reaġenti dijanjostiċi kollha f'dan l-Istat Membru;

(ċ) iridu jirranġaw it-testijiet komparattivi perjodikament;

(d) iridu jżommu l-iżolati mill-virusijiet tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer u minn każijiet ikkonfermati ta' l-imxija f'dan l-Istat Membru.

--------------------------------------------------

ANNESS IV

Il-laboratorju ta' riferiment Komunitarju għall-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer

1. Il-laboratorju ta' riferiment Komunitarju għall-infafet vesikolari tal-ħnieżer huwa: l-Institut für Virologie, der Tierärztlichen Hochschule Hannover, Bünteweg 17, D-30559 Hannover, il-Ġermanja.

2. Il-funzjonijiet u d-dmirijiet tal-laboratorju ta' riferiment Komunitarju għall-infafet vesikolari tal-ħnieżer huma:

(a) li jikkordina, f'konsultazzjoni mal-Kummissjoni, il-metodi użati fl-Istati Membri sabiex jiddijanjosaw il-mard ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer, b'mod speċifiku billi:

- jaħżen u jforni kulturi ta' ċelloli sabiex jintużaw fid-dijanjosi,

- jagħti t-tip, jaħżen u jforni razez tal-virus tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer għat-testijet seroloġiċi u t-tħejjija ta' l-antisera,

- iforni sera standardizzata, sera konjuġata u reaġenti ta' referenza lill-laboratorji nazzjonali sabiex jistandardizzaw it-testijiet u r-reaġenti użati fl-Istati Membrii,

- jibni u jżomm kollezzjoni tal-virusijiet tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer,

- jorganizza testijiet komparattivi perjodiċi tal-proċeduri dijanjostiċi fil-livell Komunitarju,

- jiġbor u jgħaqqad flimkien l-informazzjoni u t-tagħrif dwar il-metodi tad-dijanjosi użati u r-riżultati tat-testijiet imwettqa,

- jikkaratterizza l-iżolati mill-virusijiet bl-iktar metodi aġġornati disponibbli sabiex jippermetti konoxxenza ikbar ta' l-epizoozjoloġija tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer,

- jaġġorna ruħu ma' l-iżviluppi fis-sorveljanza tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer, l-epizoozjoloġija u l-prevenzjoni fid-dinja kollha,

- iżomm il-kompetenza fit-tagħrif dwar il-virus li jikkawża l-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer u l-virusijiet l-oħra pertinenti sabiex jgħin id-dijanjosi differenzjali bil-ħeffa,

- jikseb għerf bir-reqqa dwar it-tħejjija u l-użu tal-prodotti ta' l-immunoloġija veterinarja użati sabiex jeradikaw u jikkontrollaw il-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer;

(b) jagħmel l-arranġament meħtieġa għat-taħriġ u t-taħriġ mill-ġdid ta' l-esperti fid-dijanjosi tal-laboratorju bil-ħsieb li jiġu armonizzati l-metodi tat-teknika tad-dijanjostiċi;

(ċ) ikollu disponibbli personal imħarreġ għas-sitwazzjonijiet ta' emerġenza li jinqalgħu fil-Komunità;

(d) iwettaq attivitajiet tar-riċerka u meta jkun possibbli jikkordina l-attivitajiet tar-riċerka diretta lejn il-kontroll imtejjeb tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer.

--------------------------------------------------

ANNESS V

Il-kriterji prinċipali u l-fatturi tar-riskju li jridu jiġu kkunsidrati għad-deċiżjoni li jinqatlu l-ħnieżer fuq l-impriżi b'kuntatt

Kriterji | Deċiżjoni |

Għall-qatla | Kontra l-qatla |

Is-sinjali kliniċi li jissuġġerixxu | Iva | Le |

Il-moviment tal-ħnieżer mill-imxija sabiex jikkuntattjaw l-impriżi wara l-ħin probabbli tad-dħul tal-virus fl-impriżi infettati | Iva | Le |

Il-lokazzjoni ta' l-impriżi b'kuntatt f'arja b'densità għolja ta' ħnieżer | Iva | Le |

It-tixrid probabbli tal-virus bl-imxija qabel l-applikazzjoni tal-miżuri ta' l-eradikazzjoni | Qawwii/mhux magħruf | Limitat |

Posizzjoni ta' impriżi b'kuntatt f'500 metru mill-imxija | Iva | Le |

Il-prossimità ta' l-impriżi b'kuntatt għal iżjed minn imxija waħda | Iva | Le |

In-numru ta' ħnieżer fl-imxija u/jew ġo l-impriżi b'kuntatt | Għoli | Baxx |

--------------------------------------------------

ANNESS VI

Il-kriterji prinċipali u l-fatturi tar-riskji li jridu jiġu kkunsidrati għad-deċiżjoni li jiġi applikat it-tilqim ta' emerġenza fl-impriżi tal-ħnieżer

Kriterji | Deċiżjoni |

Għat-tilqim | Kontra t-tilqim |

It-tlugħ u l-inżul fin-numru/l-inċidenza ta' l-imxijiet fl-10-20 jum ta' qabel | Għoli/jitla' malajr | Żgħir/baxx jew bil-qajla |

Il-pożizzjoni ta' l-impriżi fejn jista' jiġi applikat it-tilqim f'żona b'densità għolja ta' ħnieżer | Iva | Le |

Il-probabbiltà ta' iżjed imxijiet fl-arja għax-xahrejn ta' wara jew iżjed | Probabbli ħafna | Mhux probabbli |

In-nuqqas ta' kapaċità fil-proċessar | Iva | Le |

--------------------------------------------------

ANNESS VII

Il-kriterja u l-ħtiġiet li għandhom x'jaqsmu mal-pjani ta' kontinġenza

L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-pjani ta' kontinġenza għall-inqas jilħqu l-kriterji u l-ħtiġiet li ġejjin:

(a) trid issir disposizzjoni li tiżgura illi jeżistu l-poteri legali meħtieġa sabiex jiġu implimentati l-pjani ta' kontinġenza u jagħmluha possibbli li titwettaq kampanja ta' eradikazzjoni bil-ħeffa u effettiva;

(b) trid issir disposizzjoni biex jiżgura l-aċċess għall-fondi ta' emerġenza, il-mezzi ta' l-estmi finanzjarji u r-riżorsi finanzjarji għalbiex ikopru l-aspetti kollha tal-ġlieda kontra l-marda epizootika ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer;

(ċ) trid tiġi stabbilita katina tal-kmand għalbiex tiżgura illi l-proċedura tat-teħid tad-deċiżjonijiet għall-epizootika tkun bil-ħeffa u effettiva. Jekk meħtieġ, il-katina tal-kmand trid titqiegħed taħt l-awtorità ta' l-unità ċentrali responsabbli li tieħu d-deċiżjonijiet sabiex tidderiġi l-istrateġiji kollha tal-ġlieda kontra epizootika. Id-direttur tas-servizzi veterinarji jrid ikun membru ta' din l-unità u jagħmel użu mill-kuntatt bejn l-unità ċentrali li tieħu d-deċiżjonijiet u ċ-ċentru nazzjonali għall-kontroll tal-marda pprovdut fl-Artikolu 23;

(d) trid issir disposizzjoni għar-riżorsi xierqa sabiex ikunu disponibbli biex jiżguraw kampanja bil-ħeffa u effettiva, inklużi l-personal tal-laboratorju, it-tagħmir u l-infrastruttura;

(e) irid jiġi pprovdut manwal ta' istruzzjoni. Dan irid jagħti deskrizzjoni sħiħa, il-prattika tal-proċedura bid-dettalji kollha, l-istruzzjonijiet u l-miżuri li jridu jiġu użati fl-eventwalità ta' mxija tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer;

(f) jekk meħtieġ, iridu jiġu pprovduti pjani ddettaljati għat-tilqim ta' emerġenza;

(ġ) il-personal irid jieħu seħem reġolarment fi:

(i) taħriġ fis-sinjali kliniċi, l-inkjesti epidemjoloġiċi u l-ġlieda konta l-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer;

(ii) eżerċizzji fl-allarm organizzati mill-inqas darbtejn fis-sena;

(iii) taħriġ fil-metodi tat-teknika tal-komunikazzjonijiet tekniċi sabiex jiġu organizzati kampanji ta' tagħrif li jirrigwardaw epiżootika fil-progress immirata lejn l-awtoritajiet, il-bdiewa u l-veterinarji.

--------------------------------------------------

ANNESS VIII

Parti A

Id-Direttiva 80/217/KEE u l-atti suċċessivi li jemendawha

(Riferita fl-Artikolu 28)

Id-Direttiva 80/1101/KEE | |

Id-Direttiva 80/1274/KEE | l-Artikolu 2 biss |

Id-Direttiva 81/476/KEE | fejn tirrigwarda biss ir-referenzi magħmula fl-Artikolu 1 u 2 tad-Direttiva 80/217/KEE |

Id-Direttiva 84/645/KEE | |

Id-Direttiva 85/586/KEE | fejn tirrigwarda biss ir-referenzi magħmula fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 80/217/KEE d-Direttiva 87/486/KEE |

Id-Direttiva 91/685/KEE | |

Id-Deċiżjoni 93/384/KEE | |

Id-Deċiżjoni 93/384/KEE | |

Direttiva | Temma taż-żmien għat-transposizzjoni |

80/217/KEE | 1 ta' Lulju 1981 |

80/1101/KEE | |

80/1274/KEE | 1 ta' Lulju 1981 |

81/476/KEE | |

84/645/KEE | 31 ta' Marzu 1985 |

85/586/KEE | 1 ta' Jannar 1986 |

87/486/KEE | 31 ta' Diċembru 1987 |

91/685/KEE | 1 ta' Lulju 1992 |

--------------------------------------------------

ANNESS IX

It-tabella tal-korrelazzjoni

Din id-Direttiva | Id-Direttiva 80/217/KEE |

Artikolu 1 | Artikolu 1 |

Artikolu 2(a), (b), (e), (f), (m), (n), (o) u (q) | Artikolu 2(a), (e), (ġ), (ħ), (i), (j), (k) u (m) |

Artikolu 2(ċ), (d), (ġ), (ħ), (i), (j), (k), (l), (p), (r), (s), (t), (u), (v) u (w) | - |

L-Artikolu 3 (1) | L-Artikolu 3 |

L-Artikolu 3(2) u (3) | L-Artikolu 12 |

L-Artikolu 4(1) u (2) | L-Artikolu 4 (1) |

L-Artikolu 4 (3) | - |

L-Artikolu 4 (4) | L-Artikolu 4 (2) |

L-Artikolu 5(1), (a), (ċ), (d), (f), (ġ) u (i) | L-Artikolu 5(1), għajr is-seba' inċiż |

L-Artikolu 5(1) (b), (e), (ħ) u (2) | - |

L-Artikolu 6 | L-Artikolu 6 |

L-Artikolu 7(1) u (2), l-ewwel sub-paragrafu | L-Artikolu 5(2), L-Artikolu 10(1) |

L-Artikolu 7(2), t-tieni subparagrafu u (3) | - |

L-Artikolu 8, l-ewwel subparagrafu u l-punt (b) tat-tieni | - |

L-Artikolu 8, għajr is-subparagrafu msemmi hawn fuq u | L-Artikolu 7 |

L-Artikolu 9(1), l-ewwel subparagrafu | L-Artikolu 9 (1) |

L-Artikolu 9(1), it-tieni subparagrafu | - |

L-Artikolu 9(2), (3) u (4) | L-Artikolu 9(2), (3) u (10) |

L-Artikolu 10(1) għajr il-(ġ) u l-(ħ), (2) u (3) | L-Artikolu 9 (4) |

L-Artikolu 10(1)(ġ) u (ħ) | - |

L-Artikolu 10 (4) | L-Artikolu 9 (5) |

L-Artikolu 11(1) u (2) | L-Artikolu 9 (6) |

L-Artikolu 11 (3) | L-Artikolu 9 (7) |

L-Artikolu 12 (1) | L-Artikolu 12 |

L-Artikolu 12 (2) | - |

L-Artikolu 13, għajr il-(1)(b) | L-Artikolu 5(1), seba' inċiż |

L-Artikolu 13(2)(b) | - |

L-Artikolu 14 | - |

L-Artikolu 15 (1) | L-Artikolu 6a(1) |

L-Artikolu 15(2)(a) u (b), il-ħames u t-tmiem inċiżi | - |

L-Artikolu 15(2)(b), għajr il-ħames u t-tmien inċiżi | L-Artikolu 6a(2) |

L-Artikolu 15(2)(ċ) | L-Artikolu 6a(2a) |

L-Artikolu 15(2)(d) u (3) | - |

L-Artikolu 16(1), għajr ir-raba' sub-paragrafu, u (2) | L-Artikolu 6a(3) u (4) |

L-Artikolu 16(3) (b), (ċ), (ġ), (j), (k), (l) u (n) | L-Artikolu 6a(5) |

L-Artikolu 16(1), raba' inċiż, (3) (a), (d), (e), (f), | - |

L-Artikolu 17(1) u (2) | L-Artikolu 11 |

L-Artikolu 17(3), (4) u (5) | - |

L-Artikolu 18 | L-Artikolu 14(1)(a) u (ċ) u (5) |

L-Artikolu 15 (1) | L-Artikolu 6a(1) |

L-Artikolu 19(1), (3), għajr l-(ħ) u l-(i), (4), għajr iċ-(ċ), (5) u (6), għajr il-(b) | L-Artikolu 14(2),(3) u (4) |

L-Artikolu 19(2), (3) (ħ) u (i), (4) (ċ), (6) (b), (7), (8) u | - |

L-Artikolu 20 | - |

L-Artikolu 21 | L-Artikolu 14a |

L-Artikolu 22(1), (2) u (3) | L-Artikolu 14b (1), (2), (4) |

L-Artikolu 23 | - |

L-Artikolu 24 | - |

L-Artikolu 26 | L-Artikolu 16 |

L-Artikolu 27 | L-Artikolu 16a |

L-Artikolu 28 | - |

L-Artikolu 29 | - |

L-Artikolu 30 | - |

L-Artikolu 31 | - |

L-Artikolu 32 | L-Artikolu 20 |

Anness I | - |

L-Anness II, il-punt 1, il-punt 2, l-ewwel u t-tieni inċiżi ul-punt 3(b) | - |

L-Anness II, il-punt 2, għajr l-ewwel u t-tieni inċiżi | L-Anness V |

L-Anness III, il-punti 1 u 3 | L-Anness II |

L-Anness III, il-punt 2 | - |

L-Anness IV | L-Anness VI |

L-Anness V | - |

L-Anness VI | - |

--------------------------------------------------

Top