This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32001L0033
Commission Directive 2001/33/EC of 8 May 2001 amending certain annexes to Council Directive 2000/29/EC on protective measures against the introduction into the Community of organisms harmful to plants or plant products and against their spread within the Community
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/33/KE tat-8 ta’ Mejju 2001 li temenda ċerti annessi mad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE dwar il-miżuri protettivi kontra d-dħul fil-Komunità ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-pjanti u l-prodotti mill-pjanti u kontra l-firxa tagħhom ġewwa l-Komunità
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/33/KE tat-8 ta’ Mejju 2001 li temenda ċerti annessi mad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE dwar il-miżuri protettivi kontra d-dħul fil-Komunità ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-pjanti u l-prodotti mill-pjanti u kontra l-firxa tagħhom ġewwa l-Komunità
ĠU L 127, 9.5.2001, p. 42–44
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
No longer in force, Date of end of validity: 13/12/2022
Official Journal L 127 , 09/05/2001 P. 0042 - 0044
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/33/KE tat-8 ta’ Mejju 2001 li temenda ċerti annessi mad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE dwar il-miżuri protettivi kontra d-dħul fil-Komunità ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-pjanti u l-prodotti mill-pjanti u kontra l-firxa tagħhom ġewwa l-Komunità IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE dwar il-miżuri protettivi kontra d-dħul fil-Komunità ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-pjanti u l-prodotti mill-pjanti u kontra l-firxa tagħhom ġewwa l-Komunità [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 14(ċ) tagħha, Wara li kkunsidrat it-talbiet magħmula mid-Danimarka, Franza, l-Irlanda, l-Italja, l-Awstrija, il-Portugall u r-Renju Unit, Billi: (1) Mit-tagħrif fornit mir-Renju Unit u mill-Isvezja jidher illi wara rijorganizzazzjoni tal-gvernijiet lokali, għandha tiġi mmodifikata d-deskrizzjoni korrenti taż-żoni protetti rispettivi rigward id-Dendroctonus micans Kungelan u l-Leptinotarsa decemlineata Say. (2) Għandhom jiġu mmodifikati ċerti dispożizzjonijiet dwar il-miżuri protettivi fid-Danimarka kontra l-Bemisia tabaci Genn. (il-popolazzjonijiet Ewropej) u l-virus tal-marda li ddebbel it-tadam imtabba’, fil-Portrugall kontra l-Gonipterus scutellatus Gyll., fir-Renju Unit u l-Irlanda kontra l-Pissodes spp. (Ewropea), u fi Franza, l-Italja u l-Awtrija kontra l-Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al sabiex titiqies id-distribuzzjoni preżenti ta’ dawn l-organiżmi fil-pajjiżi rispettivi. (3) L-emendi huma bi qbil mat-tweġibiet ta’ l-Istati Membri interessati. (4) Il-miżuri provvduti f’din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti, ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA: L- Artikolu 1 L-Annessi minn I sa IV mad-Direttiva 2000/29/KE huma emendati skond l-Anness ma’ din id-Direttiva. L- Artikolu 2 L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrativi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sal-21 ta’ Mejju 2001. Għandhom jibdew japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mit-22 ta’ Mejju 2001. Għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b’dan minnufih. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom jkunu akkumpanjati b’referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-proċedura għal din ir-referenza għandha tiġi adottata mill-Istati Membri. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw immedjatament lill-Kummissjoni d-dispożizzjonijiet essenzali tal-liġijiet nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam irregolat b’din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istati Membri l-oħra bihom. L- Artikolu 3 Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Għandha tibda tapplika mit-22 ta’ Mejju 2001. L- Artikolu 4 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fit-8 ta’ Mejju 2001. Għall-Kummissjoni David Byrne Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 169, tal-10.7.2000, p. 1. -------------------------------------------------- L-ANNESS 1. Fil-punt 1 tal-Parti B(a) ta’ l-Anness 1, titħassar id-"DK" fil-kolonna tal-lemin. 2. Fil-punt 3 tal-Parti B(a) ta’ l-Anness 1, it-test fil-kolonna tal-lemin jiġi mibdul b’dan li ġej: "E (Ibiza u Menorca) IRL, P (l-Azores u l-Madeira), FI (id-distretti ta’ Åland, Häme, Kymi, Pirkanmaa, Satakunta, Turku, Uusimaa), S (il-pajjiżi ta’ Blekinge, Gotlands, Halland, Kalmar and Skåne), UK" . 3. Fil-punt 2 tal-Parti B(b) ta’ l-Anness 1, titħassar id-"DK" fil-kolonna tal-lemin. 4. Fil-punt 3 tal-Parti B(a) ta’ l-Anness 1, it-test fil-kolonna tal-lemin jiġi mibdul b’dan li ġej: "EL, IRL, UK (L-Iskozja, l-Irlanda ta’ Fuq, Jersey, l-Ingilterra: il-kontej, distretti u awtoritajiet unitarji li ġejjin: Barnsley, Bath u Somerset tal-Grigal, Bedfordshire, Bournemouth, Bracknell Forest, Bradford, Bristol, Brighton u Hove, Buckinghamshire, Calderdale, Cambridgeshire, Cornwall, Cumbria, Darlington, Devon, Doncaster, Dorset, Durham, l-East Riding ta’ Yorkshire, Sussex tal-Lvant, Essex, Gateshead, London fil-kobor tagħha, Hampshire, Hartlepool, Hertfordshire, Kent, Kingston fuq ix-xmara Hull, Kirklees, Leeds, Leicester City, Lincolnshire, Luton, Medway Council, Middlesbrough, Milton Keynes, Newbury, Newcastle fuq ix-xmara Tyne, Norfolk, Northamptonshire, Northumberland, Lincolnshire tat-Tramuntana, Lincolnshire tal-Grigal, it-Tyneside tat-Tramuntana, Somerset tal-Majjistral, il-Belt ta’ Nottingham, Nottinghamshire, Oxfordshire, Peterborough, Plymouth, Poole, Portsmouth, Reading, Redcar u Cleveland, Rochdale, Rotherham, Rutland, Sheffield, Slough, Somerset, Southend, Southampton, it-Tyneside tan-Nofs in-Nhar, Stockton fuq ix-xmara Tees, Suffolk, Sunderland, Surrey, Swindon, Thurrock, Torbay, Wakefield, Sussex tal-Punent, Windsor u Maidenhead, Wokingham, York, l-Isle of Man, l-Isle of Wight, il-Gżejjer Scilly, u l-partijiet tal-kontej, distreti u awtritajiet unitarji li ġejjin: il-Belt ta’ Derby: dik il-parti ta’ l-awtorità unitarja li tinsab lejn it-tramuntana tal-limiti tat-Tramuntana tat-triq A52 flimkien ma’ dik il-parti ta’ l-awtorità unitarja li tinsab lejn it-tramuntana tat-triq A6(T); Derbyshire: dik il-parti ta l-awtorita unitarja li tinsab lejn it-tramuntana tal-limiti tat-Tramuntana tat-triq A52 flimkien ma dik il-parti ta’ l-awtorita unitarja li tinsab lejn it-tramuntana tat-triq A6(T); Derbyshire: dik il-parti tat-triq li tinsab lejn il-lvant tal-limiti tal-Lvant tat-Triq Rumana Fosse; Leicestershire: dik il-parti tal-kontea li tinsab lejn il-lvant tallimiti tal-Lvant tat-triq Rumana Fosse, flimkien ma’ dik il-parti talkontea li tinsab lejn il-lvant tal-limiti tal-lvant tat-triq B4114, u dik il-parti tal-kontea li tindab lejn il-lvant tal-limiti tal-;vant tal-motorway M1; Yorkshire tat-Tramuntana: il-kontea kollha. Għajr dik il-parti tal-kontea li fiha d-distrett ta’ Craven; Gloucestershire tan-Nofs in-Nhar: dik il-parti ta’ l-awtorita unitarja li tinsab lejn in-nofs in-nhar tal-limiti ta’ nofs in-nhar ta’ l-M4; Warwickshire: dik il-parti tal-kontea li tinsab lejn il-lvant tal-limiti tal-lvant tat-triq Rumana Fosse; Wiltshire: dik il-parti tal-kontea li tinsab lejn in-nofs in-nhar tal-limiti tan-nofs in-nhar tal-motorway M4, u dik il-parti tal-kontea li tinsab lejn il-lvant tal-limiti tal-lvant tat-triq Rumana Fosse)." . 5. Fil-punt 5 tal-Parti B(a) ta’ l-Anness 1, it-test fil-kolonna tal-lemin jiġi mibdul b’dan li ġej: "EL, P (l-Azores; id-distrett ta’ Beja: il-concelhos kollha; id-distrett ta’ Casatelo Branco: il-concelhos ta’ Castelo Branco, Fundão u Penamacôr, Idanha-a-Nova; id-distrett ta’ Évora bl-eċċezzjoni tal-concenlhos de Montemor-O-Novo, Mora u Vendas Novas; id-distrett ta’ Faro: il-concelhos kollha; id-distrett ta’ Porta Alegre: il-concelhos ta’ Arronches, Campo Maior, Elvas, Fronteira, Monforte u Sousel)." 6. Fil-Parti B(a) ta’ l-Anness II, jitħassar il-punt 8. 7. Fil-punt 2 tal-Parti (B)(b) ta’ l-Anness II, it-test fil-kolonna tal-lemin jiġi mibdul b’dan li ġej: "E, F (Corsica), IRL, I (l-Abruzzi; Basilicata; il-Calabria; il-Campania; l-Emilia-Romagna; il-provinċji ta’ Forlí-Cesena, Parma, Piacenza u Rimini; il-Friuli-Venezia Giulia; il-Lazio; il-Liguria; il-Lombardija; il-Marche; il-Molise; il-Piemonte; l-Apulia, Sardinia, Sqallija; it-Toscana; it-Trentino-Alto Adige: il-provinċji awtonomi ta’ Bolzano u Trento; l-Umbria; il-Valle d’Aosta; il-Veneto), A (Burgenland, Corinthia, L-Awstrija tan-Nofs in-Nhar, it-Tirol tal-Lvant, Styria, Vjenna), P, FI, UK (l-Irlanda ta’ Fuq, l-Isle of Man u ċ-Channel Islands)." 8. Fil-punt 1 tal-Parti B ta’ l-Anness III, it-test fil-kolonna tal-lemin jiġi mibdul b’dan li ġej: "E, F (Corsica), IRL, I (l-Abruzzi; il-Basilicata; il-Calabria; il-Campania; l-Emilia-Romagna; il-provinċji ta’ Forlí-Cesena, Parma, Piacenza u Rimini; il-Friuli-Venezia Giulia; il-Lazio; il-Liguria; il-Lombardija; il-Marche; il-Molise; il-Piemonte; l-Apulia, Sardinia, Sqallija; it-Toscana; it-Trentino-Alto Adige il-provinċji awtonomi ta’ Bolzano u Trento; l-Umbria; il-Valle d’Aosta; il-Veneto), A (Burgenland, Corinthia, l-Awstrija tan-Nofs in-Nhar, it-Tirol tal-Lvant, Styria, Vjenna), P, FI, UK (l-Irlanda ta’ Fuq, l-Isle of Man u ċ-Channel Islands)." 9. Fil-punti 1, 7 u 14.1 tal-Parti B ta’ l-Anness IV, it-test fil-kolonna tal-lemin jiġi mibdul b’dan li ġej: "EL, IRL, UK (L-Iskozja, l-Irlanda ta’ Fuq, Jersey, l-Ingilterra: il-pajjiżi, distretti u awtoritajiet unitarji li ġejjin: Barnsley, Bath u Somerset tal-Grigal, Bedfordshire, Bournemouth, Bracknell Forest, Bradford, Bristol, Brighton u Hove, Buckinghamshire, Calderdale, Cambridgeshire, Cornwall, Cumbria, Darlington, Devon, Doncaster, Dorset, Durham, l-East Riding ta’ Yorkshire, Sussex tal-Lvant, Essex, Gateshead, London fil-kobor tagħha, Hampshire, Hartlepool, Hertfordshire, Kent, Kingston fuq ix-xmara Hull, Kirklees, Leeds, Leicester City, Lincolnshire, Luton, il-Kunsill ta’ Medway, Middlesbrough, Milton Keynes, Newbury, Newcastle fuq ix-xmara Tyne, Norfolk, Northamptonshire, Northumberland, Lincolnshire tat-Tramuntana, Lincolnshire tal-Grigal, it-Tyneside tat-Tramuntana, Somerset tal-Majjistral, il-Belt ta’ Nottingham, Nottinghamshire, Oxfordshire, Peterborough, Plymouth, Poole, Portsmouth, Reading, Redcar u Cleveland, Rochdale, Rotherham, Rutland, Sheffield, Slough, Somerset, Southend, Southampton, it-Tyneside tan-Nofs in-Nhar, Stockton fuq ix-xmara Tees, Suffolk, Sunderland, Surrey, Swindon, Thurrock, Torbay, Wakefield, Sussex tal-Punent, Windsor u Maidenhead, Wokingham, York, l-Isle of Man, l-Isle of Wight, il-Gżejjer Scilly, u l-partijiet tal-kontej, distretti u awtoritajiet unitarji li ġejjin: il-Belt ta’ Derby: dik il-parti ta’ l-awtorità unitarja li tinsab lejn it-tramuntana tal-limiti tat-tramuntana tat-triq A52(T) flimkien ma’ dik il-parti ta’ l-awtorità unitarja li tinsab lejn it-tramuntama tal-limiti tat-tramuntana tat-triq A52(T), u dik il-parti tal-kontea li tinsab fil-limiti tat-tramuntana tat-triq A6(T); Gloucestershire: dik il-parti tat-triq li tinsab lejn il-lvant tal-limiti tal-lvant tat-Triq Rumana Fosse; Leicestershire: dik il-parti tal-kontea li tinsab lejn il-lvant tal-limiti tal-lvant tat-triq Rumana Fosse, flimkien ma’ dik il-parti tal-kontea li tinsab lejn il-lvant tal-limiti tal-lvant tat-triq B4114, u dik il-parti tal-kontea li tinsab lejn il-lvant tal-limiti tal-lvant tal-motorway M1; Yorkshire tat-Tramuntana: il-kontea kollha, għajr dik il-parti tal-kontea li fiha d-distrett ta’ Craven; Gloucestershire tan-Nofs in-Nhar: dik il-parti ta’ l-awtorità unitarja li tinsab lejn in-nofs in-nhar tal-limiti tan-nofs in-nhar ta’ l-M4; Warwickshire: dik il-parti tal-kontea li tinsab lejn il-lvant tal-limiti tal-lvant tat-triq Rumana Fosse; Wiltshire: dik il-parti tal-kontea li tinsab lejn in-nofs in-nhar tal-limiti tan-nofs in-nhar tal-motorway M4, u dik il-parti tal-kontea li tinsab lejn il-lvant tal-limiti tal-lvant tat-triq Rumana Fosse)" . 10. Fil-Parti B ta’ l-Anness IV, jitħassru l-punti 6.1, 13 u 14.8. 11. Fil-punt 19 tal-Parti B ta’ l-Anness IV, it-test fil-kolonna tal-lemin jiġi mibdul b’dan li ġej: "EL, P (l-Azores; id-distrett ta’ Beja: il-concelhos kollha; id-distrett ta’ Casatelo Branco: il-concelhos ta’ Castelo Branco, Fundão u Penamacôr, Idanha-a-Nova; id-distrett ta’ Évora bl-eċċezzjoni tal-concenlhos de Montemor-O-Novo, Mora u Vendas Novas; id-distrett ta’ Faro: il-concelhos kollha; id-distrett ta’ Portalegre: il-concelhos de Arronches, Campo Maior, Elvas, Fronteira, Monforte u Sousel)" . 12. Fil-punt 21 tal-Parti B ta’ l-Anness IV, it-test fil-kolonna tal-lemin jiġi mibdul b’dan li ġej: "E, F (Corsica), IRL, I (l-Abruzzi; il-Basilicata; il-Calabria; il-Campania; l-Emilia-Romagna; il-provinċji ta’ Forlí-Cesena, Parma, Piacenza u Rimini; il-Friuli-Venezia Giulia; il-Lazio; il-Liguria; il-Lombardija; il-Marche; il-Molise; il-Piemonte; l-Apulia, Sardinia, Sqallija; it-Toscana; it-Trentino-Alto Adige: il-provinċji awtonomi ta’ Bolzano u Trento; l-Umbria; il-Valle d’Aosta; il-Veneto), A (Burgenland, Corinthia, L-Awstrija tan-Nofs in-Nhar, it-Tirol tal-Lvant, Styria, Vjenna), P, FI, UK (l-Irlanda ta’ Fuq, l-Isle of Man u ċ-Channel Islands)" . 13. Fil-punt 24 tal-Parti B ta’ l-Anness 1V, titħassar id-"DK" fil-kolonna tal-lemin. --------------------------------------------------