This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32000L0022
Commission Directive 2000/22/EC of 28 April 2000 adapting to technical progress Council Directive 87/402/EEC on roll-over protection structures mounted in front of the driver's seat on narrow-track wheeled agricultural and forestry tractors (Text with EEA relevance)
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2000/22/KE tat-28 ta' April 2000 li tadatta għal progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 87/402/KEE dwar strutturi ta' protezzjoni kontra l-qlib, li jitwaħħlu quddiem is-sedil tas-sewwieq ta' tratturi bir-roti għall-agrikoltura u għall-foresterija, b'karreġjata dejqa (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2000/22/KE tat-28 ta' April 2000 li tadatta għal progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 87/402/KEE dwar strutturi ta' protezzjoni kontra l-qlib, li jitwaħħlu quddiem is-sedil tas-sewwieq ta' tratturi bir-roti għall-agrikoltura u għall-foresterija, b'karreġjata dejqa (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 107, 4.5.2000, p. 26–27
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2015; Imħassar b' 32013R0167
Official Journal L 107 , 04/05/2000 P. 0026 - 0027
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2000/22/KE tat-28 ta' April 2000 li tadatta għal progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 87/402/KEE dwar strutturi ta' protezzjoni kontra l-qlib, li jitwaħħlu quddiem is-sedil tas-sewwieq ta' tratturi bir-roti għall-agrikoltura u għall-foresterija, b'karreġjata dejqa (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 74/150/KEE tal-4 ta' Marzu 1974 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' tratturi bir-roti għall-agrikoltura u għall-foresterija [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2000/2/KE [2], u b'mod partikulari l-Artikolu 11 tagħha, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 87/402/KEE tal-25 ta' Ġunju 1987 dwar strutturi ta' protezzjoni kontra l-qlib, li jitwaħħlu quddiem is-sedil tas-sewwieq ta' tratturi bir-roti għall-agrikoltura u għall-foresterija, b'karreġjata dejqa [3], kif l-aħħar emendata bl-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja, u b'mod partikulari l-Artikolu 11 tagħha, Billi: (1) Biex sabiex tittejjeb is-sigurtà, huwa meħtieġ li jiġu kjarifikati l-metodi għall-ittestjar ta' strutturi ta' protezzjoni, li jitwaħħlu quddiem is-sedil tas-sewwieq ta' tratturi bir-roti għall-agrikoltura u għall-foresterija, b'karreġjata dejqa, billi jingħata kont ta' firxa wiesa' ta' tagħmir. (2) Il-metodi wżati biex jiġu ittestjati dawn l-istrutturi għandhom ikunu konformi ma' dawk stabbiliti fil-Kodiċi 6 tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiku (OECD) dwar testijiet uffiċjali fuq strutturi ta' protezzjoni għal tratturi ta' l-agrikoltura. (3) Id-Direttiva 87/402/KEE għandha tkun emendata kif ġej. (4) Il-miżuri li għalihom tipprovdi din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Adattament għall-Progress Tekniku stabbilit skond l-Artikolu 12 tad-Direttiva 74/150/KEE, ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 L-Anness I sa V u VII li jinsabu mad-Direttiva 87/402/KEE huma b'dan hekk emendati skond l-Anness li jinsab ma' din id-Direttiva. Artikolu 2 1. Mill-1 ta' Lulju 2001, l-Istati Membri m'għandhomx: - jirrifjutaw, għal tip ta' trattur, milli jagħtu l-approvazzjoni tat-tip tal-KE jew joħorġu d-dokument stabbilit fit-tielet inċiż ta' l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 74/150/KEE, jew milli jagħtu l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali, jew - jipprojbixxu l-ewwel dħul fis-servizz ta' tratturi, jekk dawk it-tratturi jkunu jikkonformaw mal-kriterji tad-Direttiva 87/402/KEE, kif emendata b'din id-Direttiva. 2. Mill-1 ta' Jannar 2002, l-Istati Membri: - m'għandhomx joħorġu aktar id-dokument li għalih jipprovdi t-tielet inċiż ta' l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 74/1500/KEE għal tip ta' trattur jekk dan ma jkunx jikkonforma mal-kriterji tad-Direttiva 87/402/KEE, kif emendata b'din id-Direttiva, - jistgħu jirrifjutaw milli jagħtu l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali għal tip partikulari ta' trattur, jekk dan ma jkunx jikkonforma mal-kriterji tad-Direttiva 87/402/KEE, kif emendata b'din id-Direttiva. Artikolu 3 1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regoli u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2001. Għandhom minnufih javżaw b'dan lill-Kummissjoni. Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-disposizzjonijiet, irid ikun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikollhom magħhom din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir dik ir-referenza. 2. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bid-disposizzjoniet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva. Artikolu 4 Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Artikolu 5 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fit-28 ta' April 2000. Għall-Kummissjoni Erkki Liikanen Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 84, tat-28.3.1974, p. 10. [2] ĠU L 21, tas-26.1.2000, p. 23. [3] ĠU L 220, tat-8.8.1987, p. 1. -------------------------------------------------- ANNESS L-Annessi I sa V u VII tad-Direttiva 87/402/KEE huma b'dan emendati kif ġej: 1. Fl-Anness I il-punt 1 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej: "1. Il-ħtiġiet tal-punt 1 tal-Kodiċi 6 ta' l-OECD (Deċiżjoni C(87) 53 finali tal-24 ta' Novembru 1987, kif l-aħħar emendata fit-3 ta' Marzu 1999), bl-eċċezzjoni tal-punt 1.1 għandhom jiġu applikati." 2. L-Anness II huwa sostitwit b'dan li ġej: ANNESS II ĦTIĠIET TEKNIĊI Il-ħtiġiet tekniċi għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE għal strutturi ta' protezzjoni kontra l-qlib li jitwaħħlu quddiem is-sedil tas-sewwieq ta' tratturi bir-roti għall-agrikoltura u għall-foresterija, b'karreġjata dejqa, għandhom ikunu dawk stabbiliti fil-punt 3 tal-Kodiċi 6 ta' l-OECD (Deċiżjoni C(87) 53 finali ta' l-24 ta' Novembru 1987, kif l-aħħar emendata fit-3 ta' Marzu 1999). Dawn il-ħtiġiet tekniċi m'għandhomx japplikaw għall-kapitoli tal-punt 3 li jirrelataw mal-bulettin tat-test, modifikazzjonijiet u identifikazzjonijiet żgħar . 3. L-Annessi III, IV u V huma mħassra. 4. Fl-Anness VII, l-ewwel inċiż huwa sostitwit b'dan li ġej: "— rettangolu li jdawwar l-ittra żgħira "e", segwit bin-numru distintiv ta' l-Istat Membru li jkun ta' l-approvazzjoni tat-tip ta' komponent: 1 għall-Ġermanja, 2 għal Franza, 3 għall-Italja, 4 għall-Olanda, 5 għall-Isvezja, 6 għall-Belġju, 9 għal Spanja, 11 għar-Renju Unit, 12 għall-Awstrija, 13 għall-Lussemburgu, 17 għall-Finlandja, 18 għad-Danimarka, 21 għall-Portugall, 23 għall-Greċja, 24 għall-Irlanda," . --------------------------------------------------