Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31999D0558

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta' Lulju 1999 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE u d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 92/160/KEE u 93/195/KEE fir-rigward ta' żwiemel reġistrati mill-Ekwador (notifikata permezz tad-dokument numru C(1999) 2438)Test b'relevanza ŻEE

ĠU L 211, 11.8.1999, p. 53–54 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/09/2018; Impliċitament imħassar minn 32018R0659

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1999/558/oj

31999D0558



Official Journal L 211 , 11/08/1999 P. 0053 - 0054


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tas-26 ta' Lulju 1999

li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE u d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 92/160/KEE u 93/195/KEE fir-rigward ta' żwiemel reġistrati mill-Ekwador

(notifikata permezz tad-dokument numru C(1999) 2438)

(Test b'relevanza ŻEE)

(1999/558/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/426/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta' l-annimali tar-razza taż-żwiemel [1], kif l-aħħar emendata bl-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-Awstrija, il-Fillandja u l-Isvezja, u b'mod partikolari l-Artikolu 17, it-tieni paragrafu tagħha,

(1) Billi d-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE [2], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/301/KE [3], lista ta' pajjiżi terzi ġiet stabbilita li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni ta' l-annimali tal-fart, il-majjali, tar-razza taż-żwiemel, in-nagħaġ u l-mogħoż, tal-laħam frisk u tal-prodotti tal-laħam; billi l-Ekwador huwa inkluż fil-Parti 2, il-kolonna speċjali għaż-żwiemel reġistrati, fl-Anness ta' dik id-Deċiżjoni;

(2) Billi, bid-Deċiżjoni 92/160/KEE [4], il-Kummissjoni kienet stabbilit ir-reġjonalizzazzjoni ta' ċerti pajjiżi terzi għall-importazzjoni ta' l-annimali tar-razza taż-żwiemel, kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 1999/236/KE [5]; billi b'din id-Deċiżjoni l-Ekwador huwa reġjonalizzat biex jirrestrinġi d-dħul lura wara l-esportazzjoni temporanja ta' żwiemel reġistrati għaż-żona metropolitana ta' Quito biss;

(3) Billi, bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/195/KEE [6], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 1999/228/KE [7], il-kondizzjonijiet tas-saħħa u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja kienu ġew stabbiliti għad-dħul lura ta' żwiemel reġistrati wara l-esportazzjoni temporanja lejn l-Ekwador;

(4) Billi, matul iż-żjara ta' l-ispezzjoni tal-Kummissjoni fl-Ekwador, ġew fid-dawl nuqqasijiet serji fil-monitoraġġ tas-saħħa taż-żwiemel, tas-sorveljanza veterinarja, tar-rapportaġġ tal-mard u tal-proċeduri għall-importazzjoni u l-esportazzjonijiet ta' l-annimali tar-razza taż-żwiemel; billi b'dana kollu minn mindu ġiet adottata d-Deċiżjoni 92/160/KEE l-ebda żiemel ma ġie esportat mill-ġdid mill-Ekwador lejn il-Komunità;

(5) Billi, b'mod partikolari u minħabba l-kontrolli u n-notifikazzjoni insuffiċjenti ta' mard, is-sitwazzjoni fir-rigward ta' l-enċifalomelitis tal-Venezwela taż-żwiemel u dourine fl-Ekwador mhix ċara;

(6) Billi d-dħul lura ta' żwiemel reġistrati wara l-esportazzjoni temporanja lejn iż-żona metropolitana ta' Quito fl-Ekwador għandha tkun ipprojbita; billi għalhekk l-Ekwador għandu jitħassar mill-lista ta' pajjiżi terzi fl-Anness li jinsab mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 790/542/KEE u konsegwentement id-Deċiżjonijiet 92/160/KEE u 93/195/KEE għandhom jiġu hekk emendati;

(7) Il-miżuri li tipprovdi dwarhom din id-Deċiżjoni huma bi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti Veterinarju,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fil-Parti 2 ta' l-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE, il-kolonna speċjali għal żwiemel reġistrati, il-linja li ġejja li tirrigwardja l-Ekwador hija mħassra:

KE | l-Ekwador | x | (1) |

Artikolu 2

Fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/160/KEE, il-kliem li ġejjin li jirrigwardaw l-Ekwador huma mħassra:

"L-Equador [8]

Iż-żona metropolitana ta' Quito."

Artikolu 3

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/195/EEC hija emendata kif ġej:

1. Fil-Grupp D fl-Anness I il-kliem "L-Equador [9]" huma mħassra;

2. Fil-Grupp D fl-Anness II il-kliem "L-Equador [10]" huma mħassra;

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, is-26 ta' Lulju 1999.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 224, tat-18.8.1990, pġ. 42.

[2] ĠU L 146, ta’ l-14.6.1979, pġ. 15.

[3] ĠU L 117, tal-5.5.1999, pġ. 52.

[4] ĠU L 71, tat-18.3.1992, pġ. 27.

[5] ĠU L 87, tal-31.3.1999, pġ. 13.

[6] ĠU L 86, tas-6.4.1993, pġ. 1.

[7] ĠU L 83, tas-27.3.1999, pġ. 77.

[8] ĠU L 224, tat-18.8.1990, pġ. 42.

[9] ĠU L 224, tat-18.8.1990, pġ. 42.

[10] ĠU L 224, tat-18.8.1990, pġ. 42.

--------------------------------------------------

Top