EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31997R0894

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 894/97 tad-29 ta' April 1997 li jippreskrivi ċerri miżuri tekniċi għall-konservazzjoni ta' riżorsi tas-sajd

ĠU L 132, 23.5.1997, p. 1–27 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 13/08/2019; Imħassar b' 32019R1241

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1997/894/oj

31997R0894

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 894/97 tad-29 ta' April 1997 li jippreskrivi ċerri miżuri tekniċi għall-konservazzjoni ta' riżorsi tas-sajd

Official Journal L 132 , 23/05/1997 P. 0001 - 0027
CS.ES Chapter 04 Volume 03 P. 156 - 182
ET.ES Chapter 04 Volume 03 P. 156 - 182
HU.ES Chapter 04 Volume 03 P. 156 - 182
LT.ES Chapter 04 Volume 03 P. 156 - 182
LV.ES Chapter 04 Volume 03 P. 156 - 182
MT.ES Chapter 04 Volume 03 P. 156 - 182
PL.ES Chapter 04 Volume 03 P. 156 - 182
SK.ES Chapter 04 Volume 03 P. 156 - 182
SL.ES Chapter 04 Volume 03 P. 156 - 182


Ir-Regolament tal-kunsill (KE) Nru 894/97

tad-29 ta' April 1997

li jippreskrivi ċerti miżuri tekniċi għall-konservazzjoni ta' riżorsi tas-sajd

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

(1) Billi r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3094/86 tas-7 ta' Ottubru 1986 li jippreskrivi ċerti miżuri tekniċi għall-konservazzjoni ta' riżorsi tas-sajd [3], gie emendat sikwit u b'mod sostanzjali; billi għal raġunijiet ta' kjarezza u razzjonalità dak ir-Regolament għandu jiġi kkodifikat;

(2) Billi, sabiex jiġi żgurat il-ħarsien ta' riżorsi bioloġiċi marini u l-esplojtazzjoni bbilanċjata ta' riżorsi tas-sajd fl-interessi kemm tas-sajjieda u tal-konsumaturi, għandhom jiġu preskritti miżuri tekniċi għall-konservazzjoni ta' riżorsi tas-sajd billi jiġi speċifikat fost l-oħrajn id-daqsijiet tal-ħoloq tax-xbieki, permezz ta' rati tal-qabda u daqsijiet tal-ħut permessi, kif ukoll limitazzjoni ta' sajd f'ċerti żoni u b'ċertu makkinarju;

(3) Billi jeġtieġ li jintlaħaq bilanċ bejn l-aġġustament ta' miżuri ta' konservazzjoni tekniċi għad-diversità ta' l-industriji tas-sajd u l-bżonn ta' regoli omoġenji li huma eħfef biex tapplikahom;

(4) Billi r-regoli li jirregolaw operazzjonijiet ta' sajd fl-iSkagerrak u l-Kattegat, miftehmin bejn il-Komunità u n-Norveġja u l-Isvezja, għandhom jiġu inklużi f'dan ir-Regolament; billi, meta jitqies parir xjentifiku, huwa għalhekk meħtieġ illi jitwaqqfu limitazzjonijiet staġjonali fuq ċerti attivitajiet tas-sajd fl-iSkagerrak u l-Kattegat;

(5) Billi d-direzjoni ta' miżuri li jirrigwardaw is-sajd fil-Baħar Baltiku għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni Internazzjonali tas-Sajd tal-Baħar Baltiku;

(6) Billi dak li jintrema fil-preżent jammonta għal ħela fuq skala kbira mhux aċċettabbli; billi projbizzjoni ta' sajd li juża tekniċi li mhumiex selettivi biżżejjed jew li huwa pprattikat f'zoni fejn hemm konċentrazzjoni ta' ħut żgħir, flimkien ma' tkabbir fid-daqs tat-toqob tax-xbieki u l-projbizzjoni ta' makkinarju li jwassal għar-rimi, jikkostitwixxu l-ewwel pass lejn l-eliminazzjoni totali ta' prattiki li mhumiex kompatibbli ma' konservazzjoni u l-użu xieraq ta' riżorsi; billi jeħtieġ li tiġi introdotta sistema koerenti ta' tmexxija u esplojtazzjoni li tnaqqas ir-rimi għal minimu;

(7) Billi huwa xieraq li jiġi ddefinit directed fishing għal ċerti speċji ta' ħut kif ukoll qabdiet kollaterali u speċji protetti;

(8) Billi provi estensivi wrew li l-użu ta' pannelli bir-roqob tax-xibka kwadra quddiem u fuq il-cod-end jistgħu jilagħbu parti sinifikattiva fit-tnaqqis ta' qbid ta' ħut żgħir;

(9) Billi s-sajd industrtijali huwa attività kontinwa u billi, għalhekk, il-kondizzjonijiet li jirregolawh għandhom ikunu stabbli wkoll;

(10) Billi l-qbid ta' ċerti speċji biex jiġu mibdulin f'ikel għall-ħut jew żejt jista' jsir b'dqas ta' xibka b' toqob derogatorji sakemm tali operazzjonijiet ta' qbid ma jkollhomx influenza negattiva fuq stocks oħra ta' qiegħ il-baħar, b'mod partikolari bakkaljaw u haddock;

(11) Billi qed tikber it-tendenza li jintużaw daqsijiet dejjem iżgħar ta' toqob għax-xbieki għal bottom set gillnets, pariti u gangmu, li qed tirriżulta f'żieda fir-rata ta' mortalità għal ħut żgħir ta' l-ipeċiji fil-mira għall-industriji tas-sajd ikkonċernati;

(12) Billi din it-tendenza għandha tiġi kkontrollata u d-daqsijiet tat-toqob tax-xibka użati għall-makkinarju passiv bħal bottom set gillnets pariti u gangmu għandhom ikunu iddisinjati sabiex jiksbu qabdiet selettivi ta' l-ispeċji fil-mira jew grupp ta' speċji fil-mira;

(13) Billi l-parametri bioloġiċi għall-ispeċji involuti jvarjaw bejn żoni ġeografiċi; billi dawn id-differenzi jiġġustifikaw l-applikazzjoni ta' miżuri differenti f'dawk iż-żoni;

(14) Billi sabiex is-sajjieda jkollhom żmien xieraq sabiex jadattaw makkinarju eżistenti għar-rekwiżiti l-ġodda, għandu jingħata perjodu ta' transizzjoni suffiċjenti;

(15) Billi l-mod li bih jiġi mkejjel id-daqs ta' krostaċeji u molluski għandu jiġi ddefinit;

(16) Billi r-regoli li jirrigwardaw sajd fiż-żona kostali ta' 12-il mil għandhom jiġu mfissrin fit-termini li jistgħu jiġu infurzati;

(17) Billi f'dan ir-rigward, għadha ssir disposizzjoni għall-ħarsien ta' żoni nursery fiż-żona kostali ta' l-Istati Membri, billi jitqiesu l-kondizzjonijiet biologiċi speċjifiċi f'dawk iż-żoni varji;

(18) Billi l-użu mhux selettiv ta' purse seines fuq gruppi ta' tonn u speċji oħra ta' ħut li jinsabu f'assoċjazzjoni ma' jew qrib ta' mammiferi marini jista' jirriżulta fi qbid bla bżonn u l-qtil ta' tali mammiferi;

(19) Billi, meta jsir kif suppost u b'mod responsabbli l-użu ta' purse seines huwa mod effettiv ta' sajd għall-ispeċji mmirat mixtieq biss; billi taħt tali ċirkustanzi huwa ma jibqax ikun ta' thedida għall-konservazzjoni ta' mammiferi marini;

(20) Billi fit-22 ta' Diċembru 1989 l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti adottat ir-Resoluzzjoni 44/225 dwar sajd fuq skala kbira bid-driftenet palaġiku u l-impatt tiegħu fuq riżorsi marini ħajjin ta' l-oċejani u l-ibħra tad-dinja;

(21) Billi bid-Deċiżjoni 82/72 KEE [4] il-Kunsill approva l-Konvenzjoni dwar il-konservazzjoni tal-ħajja selvaġġa Ewropea u ta' l-ambjenti naturali (Konvenzjoni ta' Berna);

(22) Billi l-Komunità ffirmat il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar li teħtieġ li l-membri tal-komunità internazzjonali jikkooperaw fil-konservazzjoni u t-tmexxija ta' riżorsi ħajjin tal–baħar il-kbir;

(23) Billi l-espansjoni u tkabbir mhux ikkontrollat ta' drift-netting jista' jfisser żvantaġġi serji f'termini ta' żieda fl-isforz ta' sajd u żieda fil-qabdiet kollaterali ta' speċji oħra minbarra l-ispeċji mmirata; billi għalhekk huwa mixtieq li s-sajd bid-driftnets jiġi rregolat;

(24) Billi, sabiex ma tiġix imfixkla r-riċerka xjentifika, dan ir-Regolament m'għandux japplika għall-operazzjonijiet li jistgħu jinħtieġu, anki inċidentalment, bil-kondotta ta' tali riċerka;

(25) Billi, fejn il-konservazzjoni hija mhedda serjament, l-Istati Membri għandhom jitħallew jieħdu miżuri proviżorji xierqa;

(26) Billi miżuri nazzjonali addizzjonali ta' karattru strettament lokali m'għandhomx jiġu invalidati jew imfixkla minħabba l-adozzjoni ta' dan ir-Regolament;

(27) Billi, għalhekk, tali miżuri jistgħu jinżammu jew jiġu adottati soġġett għall-konsiderazzjoni mill-Kummissjoni rigward il-kompatibilità tagħhom mal-liġi tal-Komunità u l-konformità mal-politika tas-sajd komuni;

(28) Billi dan ir-Regolament għandu japplika mingħajr ħsara għal ċerti miżuri nazzjonali li jmorru lil hinn mir-rekwiżiti minimi li huwa jippreskrivi;

(29) Billi jistgħu jinħtieġu miżuri ta' konservazzjoni ġodda urġenti u regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament; billi tali miżuri u regoli għandhom jiġu adottati skond il-proċedura preskritta permezz ta' l-Artikolu 18 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3760/92 tal-20 ta' Diċembru 1992 li jwaqqaf sistema Komunitarja għas-sajd u l-akkwakultura [5],

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Definizzjoni ta' żoni

1. Dan ir-Regolament għandu japplika għat-teħid u l-ħatt ta' riżorsi tas-sajd li jseħħu fl-ilmijiet marittimi kollha taħt is-sovranità jew ġurisdizzjoni ta' l-Istati Membri, ħlief kif ipprovdut diversament fl-Artikolu 6(1)(b), l-Artikolu 10 (17) u l-Artikolu 11(3), u misjub f'wieħed mir-reġjuni li ġejjin:

Ir-Reġjun 1

L-ilmijiet kollha li jinsabu fit-tramuntana u l-punent ta' linja li jitlaq mill-punt latitudni 48° T lonġitudni 18° P; minn hemmhekk lejn it-tramuntana għal latitudni 60° T; minn hemmhekk lejn l-Lvant sal-lonġitudni 5° P; minn hemmhekk lejn it-tramuntana sal-latitudni 60° 30' T; minn hemmhekk lejn il-Lvant sal-lonġitudni 4° P; minnn hemmhekk lejn it-tramuntana sal-latitudni 64° T; minn hemmhekk lejn il-lvant sal-kosta tan-Norevġja.

Ir-Reġjun 2

L-Ilmijiet kollha li jinsabu fit-tramuntana tal-latitudni 48° T, minbarra l-ilmijiet fir-Reġjun 1 u d-diviżjonijiet ICES III b, III c u III d.

Ir-Reġjun 3

L-ilmijiet kollha li jikkorispondu għas-sub-żoni ICES VIII u IX.

Ir-Reġjun 4

L-ilmijiet kollha li jikkorispondu għas-sub-żona ICES X.

Ir-Reġjun 5

L-ilmijiet kollha li jinsabu f'dik il-parti ta' l-Atlantiku ċentrali tal-Lvant magħmula mid-diviżjonijiet 34.1.1, 34.1.2 u 34.1.3 u s-sub-żona 34 tar-reġjun FAO-Cecaf, minbarra l-ilmijiet taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta' Spanja li jinsabu madwar il-Gżejjer Kanarji.

Ir-Reġjun 6

L-ilmijiet kollha 'l barra mill-kosta tad-dipartiment Franċiż tal-Guyana.

Ir-Reġjun 7

L-ilmijiet kollha 'l barra mill-kosti tad-dipartimenti Franċiżi ta' Martinique u l-Guadeloupe.

Ir-Reġjun 8

L-ilmijiet kollha 'l barra mill-kosti tad-dipartiment Fraċiż ta' Réunion.

2. Iż-żoni ġeografiċi indikati f'dan ir-Regolament permezz ta' l-ittri "NAFO", "ICES" u "FAO" għandhom ikunu dawk iddefiniti mill-Organizazzjoni tas-Sajd tal-Majjistral ta' l-Atlantiku, l-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar tan-Nazzjonijiet Uniti, rispettivament. Huma deskritti, soġġett għal kwalunkwe emenda sussegwentti, fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3179/78 tat-28 ta' Diċembru 1978 dwar il-konklużjoni mill-Komunità Ekonomika Ewropea tal-Konvenzjoni dwar Koperazzjoni Multilaterali fil-Ġejjieni fl-Industriji tas-Sajd tal-Majjistral ta' l-Atlantiku [6], u l-komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni Numri 85/C 335/02 [7] u 85/C 347/05 [8].

3. Ir-reġjuni msemmijin fil-paragrafu 1 jistgħu jinqasmu f'żoni ġeografiċi skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18, u b'mod partikolari a bażi tad-definizzjonijiet msemmijin fil-paragrafu 2 tiegħu.

4. Minkejja l-paragrafu 2, għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament, il-Kattegat huwa limitat fit-tramuntana minn linja mkarkra mill-fanal tal-port Skagen sal-fanal tal-port f'Tistlarna, u minn hemm sa l-eqreb punt tal-kosta Svediża, u fin-nofs in-nhar minn linja mkarkra minn Ras Hasenore sa Gniben Point, minn Korshage sa Spodsbjerg, u minn Ras Gilbjerg sal-Kullen.

L-iSkagerrak huwa limitat fil-punent minn linja mkarkra mill-fanal tal-port ta' Hanstholm sal-fanal tal-port ta' Lindesnes u fin-nofs in-nhar minn linja mkarkra mill-fanal tal-port ta' Skagen sal-fanal tal-port ta' Tistlarna u minn hemm sa l-eqreb punt tal-kosta Svediża.

5. Minkejja l-Paragrafu 2, għall-għanijet ta' dan ir-Regolament, il-Baħar tat-Tramuntana għandu jinkludi mis-subżona IV tal-ICES diviżjoni III, u l-parti adjaċenti tad-diviżjoni II a tal-ICES li tinsab f'nofs in-nhar tal-latitudni 64° T, u dik il-parti tad-diviżjoni III a tal-ICES li mhijiex koperta mid-definizzjoni ta' l-iSkagerrak mogħtija fil-paragrafu 4.

TITOLU I

XBIEKI U L-KONDIZZJONIJIET GĦALL-UŻU TAGĦHOM

Artikolu 2

Daqsijiet minimi għat-toqob tax-xibka

1. Għal kull wieħed mir-reġjuni jew żoni ġeografiċi msemmijin fl-Anness I u skond, fejn applikabbli, il-perjodu u l-qawwa tal-magna, huwa ppprojbit li jintuża kwalunkwe trawl, Danish seine jew xibka li titkaxkar simili sakemm id-daqs tat-toqob tax-xibka f'dik il-parti tax-xibka li għandha l-iċken toqob huwa indaqs, jew akbar minn, wieħed mid-daqsijiet minimi għat-toqob tax-xibka elenkat f'dak l-Anness, hawn taħt magħruf bħala "id-daqs tat-toqob ta' xibka minimu ta' riferenza", u sakemm il-qabda meħuda b'dik ix-xibka u miżmuma abbord tinkludi:

- persentaġġ ta' speċji ta' mira indaqs jew akbar minn dak speċifikat fl-Anness I,

- persentaġġ ta' speċji mħarsa li ma tiskorrix dak speċifikat fl-Anness I,

għad-daqs tat-toqob ta' xibka minimu ta' riferenza.

Minkejja l-ewwel subparagrafu, l-persentaġġ minimu ta' speċji ta' mira jista' jinkiseb billi jiġu aggregati l-kwantitajiet ta' l-ispeċji ta' mira maqbuda, sakemm:

- huma kollha speċji ta' mira li għalihom il-persentaġġ massimu ta' speċji mħarsa huwa ta' 10 %,

- huma speċji fil-mira għal liema r-riferenza għad-daqs tat-toqob tax-xibka hija indaqs, jew inqas mid-daqs tat-toqob tax-xibka li qed tintuża,

- il-persentaġġ totali għall-ispeċji mħarsa kollha bħala proporzjon tal-piż totali ta' l-ispeċji fil-mira flimkien ma jiskorrix l-10 %.

Għall-għan ta' dan ir-Regolament, speċji mħarsa hija mfissra bħala dawk l-ispeċji li għalihom ġie preskritt daqs minimu fl-Anness II, jew li huma identifikati b' asterisk f'dak l-Anness għar-Reġjun involut.

Id-disposizzjonijiet ta' dan il-paragrafu għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet preskritti fil-paragrafi 2 sa 9.

2. Dredges huma eżentati mid-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1. Iżda, huwa ppprojbit li abbord ikun hemm jew li jinħattu iktar minn 10 % ta' speċji mħarsa meta jsir is-sajd bi dredges.

3. Il-persentaġġi msemmijin fl-Anness I għandhom jiġu kkalkulati bħala proporzjon skond il-piż tal-ħut kollu, krostaċeji u molluski abbord wara li jsir it-tqassim jew meta jinħattu, billi jitqiesu l-kwantitajiet kollha li ġew trasbordati.

Minkejja l-ewwel subparagrafu, meta jsir is-sajd għas-sallur tar-ramel bi xbieki li għandhom toqob iżgħar minn 16-il mm, il-persentaġġ jista' jitkejjel qabel ma jsir it-tqassim. Din id-disposizzjoni m'għandhiex tapplika fl-iSkagerrak u l-Kattegat.

Il-persentaġġi jistgħu jiġu kkalkulati a bażi ta' kampjun rappresentattiv wieħed jew aktar.Regoli għat-teħid ta' kampjuni għandhom jiġu abbozzati skond il-proċedura preskritti fl-Artikolu 18.

4. It-tqassim għandu jsir mill-ewwel wara li jittella' l-ħut. Qabdiet ta' speċji protteti li jiskorru l-persentaġġi preskritti fl-Anness I għandhom jintremew mill-ewwel fil-baħar.

5. Jekk il-qabdiet ikunu saru matul l-istess vjaġġ permezz ta' użu ta' xbieki differenti b'daqsijiet tat-toqob differenti, jew f'reġjuni, żoni ġeografiċi differenti jew taħt kondizzjonijiet addizzjonali differenti (bħal perjodui ta' żmien differenti), u jekk dawn il-kondizzjonijiet tas-sajd jimplikaw bidla fid-daqsijiet tat-toqob tax-xbieki (b'persentaġġi differenti) kif elenkati fl-Anness I, il-persentaġġi għandhom jiġu kkalkulati għal kull parti tal-qabda meħuda taħt kull ċirkostanza differenti.

Kull qabda għandha titqies li ttieħdet bix-xibka abbord li għandha l-iżgħar daqs tat-toqob sakemm ir-reġistru, miżmum skond l-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta' Ottubru 1993 li jwaqqaf sistema ta' kontroll applikabbli għall-politika tas-sajd komuni [9], u skond ir-regoli preskritti fl-implimentazzjoni ta' dak l-Artikolu, juri mod ieħor.

6. Il-qabdiet għandhom jiġu stmati bħala piż ħaj.

Għall-għan ta' dan l-Artikolu, l-piż ekwivalenti ta' awwista tan-Norveġja sħiħa għandu jinkiseb billi jiġi mmultiplikat għal tliet darbiet il-piż tad-dnub ta' awwista tan-Norveġja.

7. Xbieki bit-toqob iżgħar mid-daqs tat-toqob tax-xibka li qed tinuża in konformità mal-paragrafu 1 m'għandhomx jinżammu abbord ħlief jekk huma lashed u maħżunin kif suppost f'tali mod li ma jistax jintużaw fil-pront. Regoli speċjifiċi dwar l-istivar ta' makkinarju jistgħu jiġu abbozzati skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 18.

8. Il-qawwa tal-magna għandha tiġi ddefinita bħala l-qawwa massima kontinwa totali li tista' tinkiseb fil-flywheel ta' kull magna u li tista', permezz ta' mezzi mekkaniċi, eletriċi, idrawliċi jew mezzi oħra, jiġu applikati għall-propulsjoni tal-bastiment. Iżda, fejn gearbox hija inkorporata fil-magna, il-qawwa għandha tiġi mkejla fil-gearbox output flange.

L-ebda tnaqqis m'għandu jsir fir-rigward ta' magni awżiljarji misjuqa mill-magna.

L-unità li biha tiġi espressa l-qawwa tal-magna għandha tkun il-kilowatt (kW).

Il-qawwa tal-magna kontinwa għandha tiġi ddeterminata skond ir-rekwiżiti adottati mill-Organizazzjoni Internazzjonali għall-I standardazzjoni fl-I standard Internazzjonali fir-rakkomandazzjoni tiegħu ISO 3046/1, it-tieni edizzjoni, Ottubru 1981.

L-emendi meħtieġa għall-adattament tar-rekwiżiti, li hemm disposizzjoni għalihom fir-raba' subparagrafu, għall-progress tekniku għandhom jiġu adottati skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 18.

9. Huwa ppprojbit li jkun hemm abbord jew li jintuża kwalunkwe tartarun, Danish seine jew xibka mkarkra simili li d-daqs minimu tat-toqob tagħha huwa indaqs jew akbar minn 90 mm u li għandha iktar minn mitt-toqba fiċ-ċirkonferenza ta' l-inqas tal-cod-end sensu stricto, esklużi il-ġonot u ċ-ċmus.

Kwalunkwe tartarun, Danish seine jew xibka mkarkra simili li t-toqob tagħha huwa indaqs jew akbar minn 100 mm jista' jkun armat, fil-parti ta' fuq tal- cod-end, b'sezzjoni (b'pannell jew tieqa) ta' xibka b'toqob kwadri mehmuża mal-ġonot jew iċ-ċmus, li għandha d-daqs tat-toqob indaqs jew akbar minn 90 mm.

"Xibka b'toqob kwadri" għandha tfisser xibka li titqiegħed f'tali mod li ż-żewġ direzzjonijiet AB tat-toqob li jifformaw il-pannell huma, f'direzzjoni waħda, paralleli ma' l-assi lonġitudinali tal-cod-end sensu stricto u, fid-direzzjoni l-oħra, huma perpendikolari ma' l-assi lonġitudinali. Id-direzzjoni AB hija d-direzzjoni parallela mas-sekwenza rettilinejari tal-linji tat-toqob, kull waħda mit-toqba adjaċenti.

10. (a) Bottom set gillnets, pariti u gangmu b'daqsijiet tat-toqob li ma jikorrispondux għal kwalunkwe kategorija preskritta fl-Annessi V jew VI għandhom jiġu ppprojbiti u ma jistgħux jinżammu abbord bastimenti tas-sajd. Fil-każ ta' gangmu, id-daqs tat-toqob msemmi f'dan ir-Regolament huwa dak tal-biċċa xibka bl-iċken toqob.

(b) Meta jsiru qabdiet fir-Reġjuni 1 u/jew 2 minn bastimenti tas-sajd billi jintużaw bottom set gillnets, pariti u/jew gangmu b'daqsijiet li jikkorrispondu għal waħda mill-kategoriji preskritti fl-Anness V, il-persentaġġ ta' kwantitajiet miżmuma abbord mfissra f'piż ħaj, għal waħda jew kombinazzjoni ta' speċji jew grupp ta' speċji msemmijin fil-kategorija korrispondenti ta' daqsijiet tat-toqob tax-xibka, ma jistax ikun inqas minn 70 %.

(ċ) Meta jkun saru qabdiet fir-Reġjun 3 minn bastimenti tas-sajd billi intużaw bottom set gillnets, pariti u/jew gangmu b'daqsijiet tat-toqob li jikkorrispondu għal waħda mill-kategoriji preskritti fl-Anness VI, il-persentaġġ ta' kwantitajiet miżmuma abbord mfisser f'piż ħaj, għal speċje waħda jew kwalunkwe kombinazzjoni ta' speċji jew gruppi ta' speċji msemmijin fil-kategorija korrispondenti ta' daqsijiet tat-toqob tax-xibka, ma jistax ikun inqas minn 70 %.

(d) Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw t-tifsiriet li ġejjin:

(i) "bottom set gillnets jew pariti" : huma kwalunkwe attrezzatura magħmula minn biċċa sħiħa ta' xibka, mwaħħla bi kwalunkwe mezz mal-qiegħ;

(ii) "gangmu' huma" kwalunkwe attrezzatura magħmula minn żewġ biċċiet jew aktar ta' xibka mdendlin flimkien parallelment fuq headline wieħed, mwaħħlin b'kwalunkwe mezz ma' qiegħ il-baħar.

(e) L-ittri (a), (b), (c) u (d) m'għandhomx japplikaw għal qabdiet ta' salmonidae u agnatha.

Regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu, inkluż il-kejl tad-daqs tat-toqob, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 18, sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 1997.

Artikolu 3

Determinazzjoni tad-daqs tat-toqob

Ir-regoli tekniċi għad-determinazzjoni tad-daqs tat-toqob għandhom jiġu abbozzati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18.

Artikolu 4

Aċċessorji max-xbieki

L-ebda apparat m'għandu jintuża li permezz tiegħu it-toqob jinstaddu jew effettivament jiċċekknu fi kwalunkwe parti tax-xibka tas-sajd.

Din id-disposizzjoni m'għandhiex teskludi l-użu ta' ċerti mezzi, li lista u deskrizzjoni teknika tagħhom għandha tiġi abbozzata skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18.

TITOLU II

DAQS MINIMU TA' ĦUT, KROSTAĊJI U MOLLUSKI

Artikolu 5

1. Ħuta, krostaċju jew mollusk huwa taħt id-daqs kemm-il darba id-dimensjonijiet tiegħu huma iżgħar mid-dimensjonijiet minimi speċifikati fl-Anness II jew l-Anness III għall-ispeċji rilevanti u r-reġjun jew żona ġeografika partikolari, jekk speċifikata. Fejn hemm disposizzjoni għal aktar minn metodu wieħed ta' kejl tad-daqs minimu, il-ħut, krostaċju jew mollusk huwa meqjus li huwa tad-daqs minimu jekk ta' l-inqas wieħed mid-dimensjonijiet jinstab li huwa ikbar mid-dimensjoni minima korrispondenti.

2. (a) Id-daqs ta' ħuta għandu jitkejjel mill-ponta ta' quddiem sa tarf tal-ġewnaħ tad-denb.

(b) Id-daqs ta' l-awwista tan-Norveġja għandu jitkejjel, kif muri fl-Anness IV:

- bħala t-tul tal-qoxra, paralleli mal-linja tan-nofs minn wara tal-ħofra ta' kull għajn sat- tarf nett tal-qoxra,

- bħala t-tul totali, mill-ponta tal-munqar sat-tarf ta' wara, minbarra s-setae.

Dnieb imqaċċtin ta' l-awwista tan-Norveġja għandhom jitkejlu mit-tarf ta' quddiem ta' l-ewwel biċċa preżenti tad-denb sat-tarf ta' wara, minbarra s-setae. Id-denb għandu jitkejjel ċatt u mhux imġebbed.

(ċ) Id-daqs ta' ġranċijiet li jittieklu għandu jitkejjel, kif muri fl-Anness IV:

- bħala t-tul tal-qoxra mkejjel tul il-linja tan-nofs mill-ispazju interorbitali sat-tarf ta' wara tal-qoxra,

- bħala l-wisgħa tal-qoxra mkejjel perpendikolarment mal-linja tan-nofs tal-qoxra,

- bħala t-tul massimu ta' l-aħħar żewġ segmenti ta' kwalunkwe tnalja.

(d) Id-daqs ta' spinous spider crabs għandu jitkejjel, kif muri fl-Anness IV, tul il-linja tan-nofs mit-tarf tal-qoxra bejn l-imnaqar sat-tarf ta' wara tal-qoxra

(e) Id-daqs tal-mollusk b'żewġ valvi għandu jitkejjel kif muri fl-Anness IV tul l-itwal parti tal-qoxra

(f) Id-daqs ta' ċefalojdu għandu jitkejjel tul il-linja tan-nofs dorsali mill-ponta ta' wara tal-mantell sax-xifer ta' quddiem tal-mantell, għal klamar u cuttle fish, u sal-livell ta' l-għajnejn għall-qarnit.

3. Ħut, krostaċeji u molluski taħt id-daqs ma għandhomx jinżammu abbord jew ittrasportati bil-baħar, maħtuta, ttrasportati, maħżuna, mibjugħa, esposti jew offruti għall-bejgħ, iżda għandhom jintremew minnufih fil-baħar.

Iżda, din id-disposizzjoni m'għandhiex tapplika għal:

(a) qabdiet ta' speċji mħarsa li ttieħdu fi ħdan il-limiti speċifikati fl-Artikolu 2(1), li ma ġewx magħżula mill-ispeċji ta' mira awtorizzata u li mhumiex mibjugħa, esposti jew offruti għall-konsum uman;

(b) l-ispeċji msemmija hawn taħt, sa limitu ta' 10 % skond il-piż tal-qabdiet totali ta' dawn l-ispeċji:

- aringi maqbuda f'kull żona geografika,

- kavall maqbud fil-Baħar tat-Tramuntana,

- speċji elenkati fl-Anness II jew l-Anness III maqbuda fl-iSkagerrak jew il-Kattegat;

(ċ) sawrell ikħal (Trachurus spp.), kavall (Scomber spp.) u inċova (Engraulis encrasicholus) maħsub għall-użu bħala lixka ħajja.

Il-persentaġġ ta' ħut, krostaċeji u molluski taħt id-daqs għandu jiġi kkalkulat skond l-Artikolu 2 (3) sa (6).

4. Huwa pprojbit li jinħattu dnieb jew pinzetti ta' awwisti li jkunu nqalgħu mill-ġisem u li nqabdu fir-reġjuni jew żoni ġeografiċi msemmija fl-Anness III li għalihom jintwera daqs minimu għal dawn l-ispeċji.

Scallops (Pecten spp.) sħaħ biss jistgħu jinħattu.

5. Daqs minimu għal speċji mmarkati b'asterisk fl-Annessi II jew III għandu jiġi adottat skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 18.

TITOLU III

PROJBIZZJONI TA' SAJD

Artikolu 6

Salamun u trota tal-baħar

1. Is-salamun u t-trota tal-baħar ma jistgħux jinżammu abbord jew jiġu ttrasportati bil-baħar, maħtuta, maħżuna, mibjugħa, esposti jew offruti għall-bejgħ, iżda għandhom jintremew minnufih fil-baħar meta jinqabdu:

(a) fl-ilmijiet li jinsabu 'l barra mil-limitu tat-tnax-il mil imkejjel mil-linji ta' bażi fir-Reġjuni 1,2, 3 u 4;

(b) bħala deroga mill-Artikolu 1(1), barra mil-ilmijiet taħt is-sovranità jew ġurisdizzjoni ta' l-Istati Membri, fir-Reġjuni 1, 2, 3 and 4;

(ċ) meta jsir sajd bit-tartarun, Danish seine jew xibka mkarkra simili, b'toqob iżgħar minn 70 mm.

2. Fl-iSkagerrak u l-Kattegat, sajd għas-salamun u t-trota tal-baħar huwa pprojbit 'l barra mil-limitu ta' erba' mili mkejjel mil-linji ta' bażi.

Artikolu 7

L-Aringi

1. Sajd għall-aringi jkun ipprojbit kull sena mill-15 ta' Awissu sat-30 ta' Settembru fiż-żona ġeografika kkonfinata minn linja li tgħaqqad il-punti li ġejjin:

- il-Butt ta' Lewis,

- Cape Wrath,

- latitudni 58° 55' T, lonġitudni 5° 00' P,

- latitudni 58° 55' T, lonġitudni 7° 10' P,

- latitudni 58° 20' T, lonġitudni 8° 20' P,

- latitudni 57° 40' T, lonġitudni 8° 20' P,

- il-kosta tal-punent ta' Uist tat-Tramuntana fil-latitudni 57° 40' T, minn hemm tul il-kosta tat-tramuntana tal-gżira sal-latitudni 57° 40' 36 T, lonġitudni 7° 20' 39″ P

- latitudni 57° 50' 03 T, lonġitudni 7° 08' 06″ P

- grigal tul il-kosta tal-punent tal-kosta ta' Lewis sal-punt tat-tluq (Butt of Lewis).

2. Huwa pprojbit li abbord ikun hemm kwantità ta' aringi li tiskorri l-5 % tal-piż totali ta' ħut, krostaċeji u molluski abbord li inqabdu f'dik ż-żona matul il-perjodu speċifikat fil-paragrafu 1. Il-persentaġġ speċifikat għandu jiġi kkalkulat skond l-Artikolu 2 (3) sa (6).

3. Sajd ghall-aringi huwa pprojbit mill-1 ta' 1 Lulju sal-31 ta' Ottubru fi ħdan il-limiti taż-żona kkonfinata mill-kordinati li ġejjin:

- il-kosta tal-punent tad-Danimarka fil-latitudni 55° 30' T,

- latitudni 55° 30' T, lonġitudni 7° 00' L,

- latitudni 57° 00' T, lonġitudni 7° 00' L,

- il-kosta tal-punent tad-Danimarka fil-latitudni 57° 00' T.

4. Is-sajd għall-aringi huwa pprojbit fiż-żona li testendi minn 6 sa 12-il mil 'l barra mill-kosta tal-lvant tar-Renju Unit kif imkejla mil-linji ta' bażi bejn il-latitudnijiet 54° 10' T u 54° 45' T għall-perjodu 15 ta' Awissu sat-30 ta' Settembru u bejn il-latitudnijiet 55° 30' T u 55° 45' T għall-perjodu 15 ta' Awissu sal-15 ta' Settembru.

5. Is-sajd għall-aringi huwa pprojbit matul is-sena fil-Baħar Irlandiż (ICES diviżjoni VII a) fiż-żona marittima bejn il-kosti tal-punent ta' l-Iskozja, l-Ingilterra u Wales u linja miġbuda 12-il mil mil-linji ta' bażi ta' dawn il-kosti kkonfinati fin-nofs in-nhar mil-latitudni 53° 20' T u fil-majjistral minn linja mkarkra bejn il-Mull ta' Galloway (Skożja) u l-Ponta ta' Ayre (Isle of Man).

6. Is-sajd għall-aringi huwa pprojbit mill-21 ta' Settembru sal-31 ta' Diċembru fil-partijiet tal-Baħar Irlandiż (ICES diviżjoni VII a) kkonfinati mill-kordinati li ġejjin:

(a) - il-kosta tal-lvant ta' l-Isle of Man fil-latitudni 54° 20' T,

- latitudni 54° 20' T, lonġitudni 3° 40' P,

- latitudni 53° 50' T, lonġitudni 3° 50' P,

- latitudni 53° 50' T, lonġitudni 4° 50' P,

- il-kosta tal-lbiċ ta' l-Isle of Man fil-lonġitudni 4° 50' P;

(b) - il-kosta tal-lvant ta' l-Irlanda ta' Fuq fil-latitudni 54° 15' T,

- latitudni 54° 15' T, lonġitudni 5° 15' P,

- latitudni 53° 50' T, lonġitudni 5° 50' P,

- il-kosta tal-lvant ta' l-Irlanda fil-latitudni 53° 50' T.

Is-sajd għall-aringi huwa pprojbit matul is-sena kollha fil-Bajja ta' Logan, definita bħala l-ilmijiet fil-lvant ta' linja miġbuda mill-Mull ta' Logan li tinstab fil-latitudni 54° 44' T u l-lonġitudni 4° 59' P, sa Ras Laggantalluch, li tinstab sitwat fil-latitudni 54° 41' T u l-lonġitudni 4° 58' P.

7. Minkejja l-paragrafu 6, bastimenti b'tul li ma jiskorrix it-12,2 metru bbażati f'portijiet li jinstabu fuq il-kosta tal-lvant ta' l-Irlanda u l-Irlanda ta' Fuq bejn il-latitudnijiet 53° 00' T u 55° 00' T jistgħu jistadu għall-aringi fiż-żona pprojbita deskritta fil-paragrafu 6 (b). L-uniku metodu ta' sajd awtorizzat ikun dak tad-drift netting bi xbieki b'daqs minimu tat-toqob ta' 54 mm.

8. Is-sajd għall-aringi huwa pprojbit fiż-żona marittima li tinstab fil-grigal ta' linja miġbuda bejn il-Mull ta' Kintyre u l-Ponta ta' Corsewall mill-1 ta' Jannar sat-30 ta' April.

9. Iż-żoni u l-perjodi deskritti f'dan l-Artikolu jisgħu jitbiddlu skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 18.

Artikolu 8

Sardina l-ħadra

1. It-tkarkir għas-sardina l-ħadra bl-użu ta' xbieki bid-daqs tat-toqob ta' inqas minn 32 mm huwa pprojbit tul is-sena kollha fl-iSkaggerak u l-Kattegat.

2. Is-sajd għas-sardina l-ħadra huwa pprojbit:

(a) mill-1 ta' Lulju sal-31 ta' Ottubru fiż-żona konfinata bil-punti li ġejjin:

- il-kosta tal-punent tad-Danimarka f'55° 30' T,

- latitudni 55° 30' T, lonġitudni 7° 00' L,

- latitudni 57° 00' T, lonġitudni 7° 00' L,

- il-kosta tal-punent tad-Danimarka f'57° 00' T;

(b) fiż-żona ta' statistika tal-ICES 39E8, mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu u mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru. Għall-għan ta' dan ir-Regolament, din iż-żona ICES għandha tkun ikkonfinata minn linja lejn il-lvant mill-kosta ta' lvant tar-Renju Unit tul il-latitudni 55° 00' T sa punt fil-lonġitudni 1° 00' P, minn hemm lejn it-tramuntana sa punt fil-latitudni 55° 30' T u minn hemm lejn il-punent sal-kosta tar-Renju Unit,

(ċ) fl-ilmijiet ta' ġewwa ta' Moray Firth fil-punent tal-lonġitudni 3° 30' P u fl-ilmijiet ta' ġewwa ta' Firth ta' Forth fil-punent tal-lonġitudni 3° 00' P, mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu u mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru.

Artikolu 9

Kavall

1. Hu ipprojbit illi jinżamm abbord kavall li nqabad fi ħdan iż-żona ġeografika kkonfinata mill-kordinati li ġejjin:

- punt fil-kosta ta' nofsinhar ta' l-Ingilterra fil-lonġitudni 2° 00' P,

- latitudni 49° 30' T, lonġitudni 02° 00' P,

- latitudni 49° 30' T, lonġitudni 07° 00' P,

- latitudni 52° 00' T, lonġitudni 07° 00' P,

- punt fuq il-kosta tal-punent ta' Wales fil-latitudni 52° 00' T,

kemm-il darba l-piż tal-kavall ma jiskorrix 15 % skond tal-piż tal-kwantitajiet totali ta' kavall u speċji oħra abbord li jkunu nqabdu f'din iż-żona.

2. Il-paragrafu 1 m'għandux japplika:

(a) għal bastimenti li jistadu b'gillnets jew hand lines;

(b) għal bastimenti li jistadu bi xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ, Danish seines jew bi xbieki li jinġibdu oħra simili, sakemm abbord għandhom minimu ta' 75 % skond il-piż, ikkalkulat bħala persentaġġ tal-piż totali ta' l-ispeċji kollha abbord:

- ta' awwista tan-Norveġja, meta dawn il-bastimenti qed jużaw xbieki bid-daqs tat-toqob li huwa preskritt għar-reġjuni ġeografiċi jew żoni kkonċernati fl-Anness I,

- ta' awwista tan-Norveġja u speċji elenkati fl-Anness II, meta dawn il-bastimenti qed jużaw xbieki li d-daqs tat-toqob tagħhom huwa preskritt għal dawn l-ispeċji u għar-reġjuni jew żoni ġeografiċi kkonċernati fl-Anness I;

(ċ) għal bastimenti fi traġitt bejn din iż-żona, sakemm l-apparat kollu tas-sajd huwa stivat skond il-kondizzzjonijiet preskritti fl-Artikolu 2 (7);

(d) għal bastimenti li mhumiex armati għas-sajd u li qed jiġi ttrasferit kavall minn bastiment ieħor.

3. Il-kavall kollu li jinsab abbord għandu jitqies li nqabad fiż-żona li hemm disposizzjoni għaliha fil-paragrafu 1, ħlief għal dak li jkun ġie ddikjarat li jinsab abbord qabel il-bastiment jidħol f'dik iż-żona, taħt il-proċedura deskritta fis-subparagrafi li ġejjin.

Il-kaptan ta' bastiment li għandu l-ħsieb li jidħol f'dik iż-żona bil-għan li jistad, u li għandu kavall abbord, għandu jinnotifika l-awtorità ta' kontroll fl-Istat Membru fiż-żona ta' liema huwa bi ħsiebu jistad bil-ħin stmat u l-post tal-wasla f'din iż-żona mhux aktar minn 36 siegħa u mhux inqas minn 24 siegħa qabel il-bastiment jidħol f'dik iż-żona.

Mad-dħul fiż-żona, huwa għandu jinnotifika l-awtorità ta' kontroll kompetenti tal-kwantitajiet ta' kavall li hu għandu abbord u li huwa rreġistra fir-reġistru. Il-kaptan jista' jenħtieġ li jissottometti r-reġistru tiegħu u l-qabdiet abbord għall-verifika f'ħin u post li jiġu ddeterminati mill-awtorità ta' kontroll kompetenti. Il-ħin m'għandux ikun aktar tard minn sitt sigħat wara r-riċevuta mill-awtorità ta' kontroll tal-messaġġ li jinnotifika l-kwantitajiet ta' kavall abbord u l-post hu l-eqreb possibbli għall-punt tad-dħul fiż-żona.

Il-kaptan tal-bastiment tas-sajd li bi ħsiebu jidħol fiż-żona bil-għan li jittrasferixxi kavall minn bastiment ieħor għall-bastiment tiegħu għandu jinnotifika l-awtorità ta' kontroll, ta' l-Istat Membru fiż-żona ta' liema jkun ħa jseħħ it-trasferiment, tal-ħin u l-post maħsub tat-trasferiment mhux aktar minn 36 siegħa u mhux anqas minn 24 siegħa qabel ma jibda t-trasferiment. Minnufih ma' tmiem it-trasferiment, il-kaptan għandu jgħarraf lill-awtorità ta' kontroll kompetenti dwar il-kwantitajiet ta' kavall li ġew ittrasferiti lil dak il-bastiment.

L-awtoritajiet ta' kontroll kompetenti huma,

- għal Franza:

Mimer, telex: Pariġi 250823,

- għall-Irlanda:

Dipartiment Marittimu, telex: Dublin 91798 MRNE,

- għar-Renju Unit:

Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd u Ikel, telex: Londra 21274.

Xejn f'dan il-paragrafu m'għandu jiġi interpretat li jfisser li bastiment li jtajjar il-bandiera ta', jew irreġistrat fi, Stat Membru li m'għandux kwota ta' kavall mill-istokk eżistenti f'dik iż-żona, jew li l-kwota tiegħu ġiet eżawrita, huwa awtorizzat li jżomm kavall abbord, sakemm tali kavall huwa qabda kollaterali, maqbud flimkien ma' qabdiet ta' sawrella kaħla jew sardina, u l-kavall ma jiskorrix l-10 % tal-piż totali ta' kavall, sawrella kaħla u sardin abbord, ħlief fejn il-kaptan ma jistax jipprova li l-kavall inqabad minn stokk ieħor.

TITOLU IV

LIMITAZZJONIJIET GĦAL ĊERTI TIPI TA' SAJD

Artikolu 10

Limitazzjoni għall-użu ta' ċerti tipi ta' bastimenti u attrezzatura fis-sajd għal ċerti speċji matul ċerti perjodi u f'ċerti żoni ġeografiċi

1. Hu pprojbit illi jintużaw purse seines:

(a) għas-sajd ta' l-aringi fid-diviżjonijiet VII g sa K tal-ICES u fiż-żona ġeografika kkonfinata:

- fit-tramuntana bil-latitudni 52° 30' T,

- fin-nofs in-nhar bil-latitudni 52° T,

- fil-punent bil-kosta ta' l-Irlanda,

- fil-lvant bil-kosta tar-Renju Unit,

(b) għas-sajd ta' l-ispeċji elenkati fl-Anness II għar-reġjun jew żona ġeografika rilevanti

Meta jsir is-sajd bil-purse seines, hu pprojbit li abbord ikun hemm:

- kwantità ta' l-ispeċji elenkati fl-Anness II li tiskorri 5 % bil-piż tal-piż totali ta' ħut, krostaċeji u molluski abbord, u

- Meta jsir is-sajd fiż-żona deskritta ta' l-ewwel inċiż ta' l-ewwel subparagrafu, kwantità ta' aringi li tiskorri 5 % skond il-piż tal-piż totali ta' ħut, krostaċeji u molluski abbord.

Il-persentaġġi għandhom jiġu ikkalkulati skond l-Artikolu 2 (3) sa (6).

2. (a) Hu pprojbit li bastiment ikollu abbord jew li juża tartarun bit-travu li t-tul totali tat-travu, mkejjel bħala s-somma tat-tul ta' kull travu, huwa ikbar minn 24 metru jew li jista' jiġi estiż għal tul itwal minn 24 metri.

(b) L-użu ta' tartaruni bit-travu hu ipprojbit fil-Kattegat

3. (a) Ġewwa ż-żona sa 12-il mil tal-kosti ta' Franza, fit-tramuntana tal-latitudni 51° 00' T, il-Belġju, l-Olanda, il-Ġermanja u l-punent tad-Danimarka sal-Hirtshals Lighthouse, mkejla mil-linji ta' bażi li minnhom jitkejlu l-ilmijiet territorjali, l-ebda bastiment li b'kollox jiskorri tmien metri ma jista' jistad billi juża kwalunkwe travi jew tkarkir ieħor.

Għall-perjodu mill-1 ta'April sat-30 ta' Settembru, iż-żona msemmija hawn fuq għandha tiġi estiża biex tinkludi ż-żona ġeografika kkonfinata b'linja li tgħaqqad il-kordinati li ġejjin:

- punt fil-kosta tal-punent tad-Danimarka fil-latitudni 57° 00' T,

- latitudni 57° 00' T, lonġitudni 7° 15' L,

- latitudni 55° 00' T, lonġitudni 7° 15' L,

- latitudni 55° 00' T, lonġitudni 7° 00' L,

- latitudni 54° 30' T, lonġitudni 7° 00' L,

- latitudni 54° 30' T, lonġitudni 7° 30' L,

- latitudni 54° 00' T, lonġitudni 7° 30' L,

- latitudni 54° 00' T, lonġitudni 6° 00' L,

- latitudni 53° 50' T, lonġitudni 6° 00' L,

- latitudni 53° 50' T, lonġitudni 5° 00' L,

- latitudni 53° 30' T, lonġitudni 5° 00' L,

- latitudni 53° 30' T, lonġitudni 4° 15' L,

- latitudni 53° 00' T, lonġitudni 4° 15' L,

- punt fuq il-kosta ta' l-Olanda fil-latitudni 53° 00' T

(b) Bħala deroga mill-paragrafu 3 (a), bastimenti li l-ismijiet u l-karatteristiċi tekniċi tagħhom jinsabu f'lista li ssir skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 18 huma awtorizzati li jistadu fiż-żona msemmija billi jużaw tartarun tat-travu matul dawk il-perjodi meta l-użu tat-tratarun tat-travu normalment ikun ipprojbit.

Bastimenti li jistgħu jidhru fuq il-lista msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandhom jikkonformaw mal-kriterji li ġejjin:

- bdew jaħdmu qabel l-1 ta' Jannar 1987,

- ħlief għal bastimenti li jistadu għall-krostaċejiji, l-qawwa tal-magna ma tiskorrix 221 kW u, fil-każ ta' magni vvalutati inqas, ma skorrewx 300 kW qabel ma sar it-tnaqqis fil-valutazzjoni.

Bastiment fuq il-lista jista' jitbiddel b'kull bastiment li l-magna tiegħu ma ġietx żvalutata, il-qawwa tal-magna ta' liema ma tiskorrix 221 kW, u t-tul globali ta' liema, kif imfisser fil-paragrafu 13, ma jiskorrix 24 metru.

Magna ta' bastiment fuq il-lista tista' titbiddel sakemm l-magna ma' liema qed tinbidel ma tkunx żvalutata u li l-qawwa tagħha ma tiskorrix 221 kW.

(ċ) Iżda, hu ipprojbit illi jintużaw tartarun bit-travu li t-tul totali tat-travu tiegħu, imkejjel bħala s-somma tat-tul ta' kull travu, huwa akbar minn disa' metri jew jista' jiġi estiż għal tul akbar minn disa' metri ħlief meta jopera b'attrezzatura mfassla u użata għall-qbid ta' gambli (Crangon ssp.) jew gambli kbar (Pandalus montagui).

Madankollu, bastimenti li l-attività ewlenija tagħhom hija s-sajd għall-gambli (Crangon spp.) għandhom jitħallew jużaw travi li t-tul totali tagħhom jiskorri disa' metri meta jistadu għal ingwata, sakemm jidhru fuq il-lista li tiġi abbozzata kull sena.

(d) Minkejja s-subparagrafu 3 (a), otter trawlers li l-qawwa tal-magna tagħhom ma tiskorrix 221 kW u, fil-każ ta' magni żvalutati, ma kinitx tiskorri 300 kW qabel ma saret l-iżvalutazzjoni, jistgħu jistadu fiż-żona msemmija f'dak il-paragrafu.

(e) Minkejja s-subparagrafu 3 (a), bastimenti li l-qawwa tal-magna tagħhom tiskorri 221 kW jistgħu jistadu fiż-żona msemmija f'dak il-paragrafu billi jużaw otter trawls, sakemm qabdiet ta' barbut tat-tbajja' u lingwata li tiskorri 5 % skond il-piż tal-qabda totali abbord jintremew minnufih fil-baħar.

Il-persentaġġ għandu jiġi kkalkulat skond l-Artikolu 2(3) sa (6).

4. Ġewwa ż-żona sa 12-il mil tal-kosti tar-Renju Unit u l-Irlanda, mkejla mil-linji ta' bażi li minnhom jitkejlu l-ilmijiet territorjali, l-ebda bastiment m'għandu jistad billi juża tartarun tat-travu.

Madankollu, bastimenti f'kwalunkwe mill-kategoriji li ġejjin jistgħu jistadu billi jużaw tartaruni tat-travu:

- bastiment li beda jaħdem qabel l-1 ta' Jannar 1987 u, ħlief għal bastimenti li jistadu għal krostaċeji, li l-qawwa tal-magna tagħhom ma tiskorrix 221 kW u, fil-każ ta' magni żvalutati, ma kinitx tiskorri 300 kW qabel ma saret l-iżvalutazzjoni,

- bastiment li beda jaħdem wara l-31 ta' Diċembru 1986 li l-magna tiegħu mhijiex żvalutata, li l-qawwa tal-magna ma tiskorrix 221 kW u li t-tul totali kif imfisser fil-paragrafu 13 ma jiskorrix 24 metru,

- bastiment li titbidlitlu l-magna tiegħu wara l-31 ta' Diċembru 1986 b'magna li mhijiex żvalutata u l-qawwa tal-magna ma tiskorrix 221 kW.

Madankollu, hu ipprojbit li jintużaw tartaruni tat-travu li t-tul totali tagħhom, imkejjel bħala s-somma tat-tul ta' kull travu, huwa akbar minn disa' metri, ħlief meta jiġi mħaddem b'attrezzatura mfassla u użata għal qbid ta' gambli (Crangon spp.) jew gambli kbar (Pandalus montagui).

5. Bastimenti tas-sajd li ma jissodisfawx il-kriterji li jippermettulhom li jitniżżlu fil-listi stabbiliti skond il-paragrafi 3 u 4 għandhom ikunu pprojbiti milli jimpenjaw ruħhom fl-attivitajiet ta' sajd imsemmija f'dawk il-paragrafi.

6. Regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-paragrafi 3 u 4, inklużi regoli għat-twaqqif tal-listi msemmija fil-paragrafu 3, għandhom jiġu abbozzati skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 18.

7. Il-qawwa ta' magna għandha tiġi ddefinita bħal fl-Artikolu 2(8).

8. Id-data tal-bidu ta' ħidma għandha tkun id-data ta' l-ewwel ħruġ ta' ċertifikat ta' sigurtà uffiċjali.

Jekk ma jinħariġx ċertifikat ta' sigurtà uffiċjali, id-data tal-bidu ta' ħidma għandha tkun id-data ta' l-ewwel reġistrazzjoni fir-reġistru uffiċjali ta' bastimenti tas-sajd.

Madankollu, fil-każ ta' bastimenti tas-sajd li bdew jaħdmu qabel l-14 ta' Ottubru 1986, id-data tal-bidu ta' ħidma għandha tkun id-data ta' l-ewwel reġistrazzjoni f'reġistru uffiċjali ta' bastimenti tas-sajd.

9. Hu pprojbit li jintużaw tartaruni li għandhom daqs tat-toqob ta' inqas minn 32 mm mill-1 ta' Lulju sal-15 ta' Settembru fl-ilmijiet li jinstabu fi tliet mili mil-linji ta' bażi fl-iSkagerrak u l-Kattegat.

Madankollu, fit-tkarkir f'dawn l-ilmijiet u matul dan il-perjodu:

- għall-gambli kbar tal-baħar fond (Pandalus borealis), jistgħu jintużaw xbieki b'daqs tat-toqob minimu ta' of 30 mm,

- għall-eelpout (Zoarces viviparus), għall-mazzun (Gobiidae) jew għall-iskorfna (Cottus spp.) li se jintużaw bħala lixka, jistgħu jintużaw xbieki b'kull daqs ta' toqob.

10. Hu ipprojbit s-sajd għall-inċova bl-użu ta' tartaruni pelaġiċi fid-diviżjoni VII C tal-ICES.

11. Fiż-żoni msemmijin f'dan l-Artikolu, fejn tartaruni, tartaruni tat-travu, Danish seines jew xbieki simili li jitkarkru ma jistgħux jintużaw, hu ipprojbit illi abbord jinġarru tali xbieki sakemm mhumiex marbuta u stivati skond l-Artikolu 2(7).

12. Hu ipprojbit illi jintużaw splussivi, sustanzi velenużi jew stupefaċenti u pistoli għall-għan tas-sajd. Madankollu, jistgħu jintużaw ħarpuni biex jinqabdu t-tonn u l-gabdoll.

Hu ipprojbit illi jintuża l-kurrent elettriku fl-iSkagerrak u l-Kattegat biex jinqabad ħut ieħor minbarra t-tonn u l-gabdoll.

13. It-tul ta' bastiment hu t-tul totali mfisser bħala d-distanza f'linja dritta bejn il-ponta ta' quddiem nett tal-pruwa u l-ponta ta' wara nett tal-poppa.

Il-pruwa għandha titqies li tinkludi l-istruttura tal-qafas impermejabbli, forecastle, il-poppa u l-bulwark ta' quddiem, jekk imwaħħal, iżda għandha teskludi bowsprits u sbarer ta' sigurtà.

Il-poppa għandha tittieħed li tinkludi l-istruttura tal-qafas impermejabbli, it-transom, il-poop, it-tartarunramp u l-bulwark, iżda għandha teskludi l-isbarer ta' sigurtà, il-bumkins, il-makkinarju ta' propulsjoni, t-tmumijiet u attrezzaturi ta' manuvrar u slielem ta' l-għadddasa u pjattaformi.

It-tul totali għandu jitkejjel f'metri bi preċiżjoni ta' żewġ postijiet deċimali.

14. It-tul tat-travu tat-tartarun għandu jitkejjel bejn l-estremitajiet, inklużi l-aċċessorji kollha tiegħu.

15. (a) Mill-1 ta' Settembru sal-31 ta' Diċembru, hu pprojbit is-sajd b' kull tartarun, Danish seine jew xibka li tinġibed simili fiż-żoni ġeografiċi kkonfinati minn linja li tgħaqqad il-kordinati li ġejjin:

- il-punt il-kosta tat-tramuntana ta' Spanja msejjaħ Cabo Prior (latitudni 43° 34' T, lonġitudni 8° 19' P),

- latitudni 43° 50' T, lonġitudni 8° 19' P,

- latitudni 43° 25' T, lonġitudni 9° 12' P,

- il-punt fuq il-kosta tal-punent ta' Spanja msejjaħ Cabo Villano (latitudni 43° 10' T, lonġitudni 9° 12' P).

(b) Mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru, hu pprojbit is-sajd b'kull tartarun, Danish seine jew xibka mkarkra simili fiż-żoni ġeografiċi kkonfinati b'linja li tgħaqqad il-kordinati li ġejjin:

- il-punt fuq il-kosta tal-punent ta' Spanja msejjaħ Cabo Corrubedo (latitudni 42° 35' T, lonġitudni 9° 05' P),

- latitudni 42° 35' T, lonġitudni 9° 25' P,

- latitudni 43° 00' T, lonġitudni 9° 30' P,

- il-punt fuq il-kosta tal-punent ta' Spanja fil-latitudni 43° 00' T.

(ċ) Mill-1 ta' Diċembru sa l-aħħar jum ta' Frar fis-sena ta' wara, hu pprojbit is-sajd b'kull tartarun, Danish seine jew xibka mkarkra simili fiż-żoni ġeografiċi kkonfinati b'linja li tgħaqqad il-kordinati li ġejjin:

- punt fuq il-kosta tal-punent tal-Portugall fil-latitudni 37° 50' T,

- latitudni 37° 50' T, lonġitudni 9° 03' P,

- latitudni 37° 00' T, lonġitudni 9° 06' P,

- punt fuq il-kosta tal-punent tal-Portugall fil-latitudni 37° 00' T.

16. Hu pprojbit għal bastimenti li jużaw purse seines jew attrezzatur li tinġibed b'daqs tat-toqob permess eċċezzjonalment għas-sajd tal-kavall, l-aringi u s-sawrell ikħal, li jġorru makkinarju ta' tqassim awtomatiku abbord.

Minkejja s-subparagrafu preċedenti, bastimenti friża għandhom ikunu awtorizzati li jġorru makkinarju ta' tqassim awtomatiku abbord, sakemm il-funzjoni unika tagħhom hija l-gradazzjoni kummerċjali tal-ħut kollu maqbud u maħsub għall-friża. Makkinarju ta' tqassim awtomatiku għandu jiġi stallat b'tali mod li l-qabda li toħroġ mill-gradazzjoni hija ffriżata minnufih għal bejgħ u ma tistgħax tintrema faċilment fil-baħar.

17. Hu pprojbit illi jinħolqu aċċerkjamenti b' purse seines fuq gruppi ta' mammiferi marini meta t-tir huwa li jinqabad tonn jew speċji oħra ta' ħut.

Minkejja l-Artikolu 1(1), dan il-paragrafu għandu japplika għall-bastimenti kollha li jtajru l-bandiera ta', jew li huma rreġistrati fi, Stat Membru fl-ilmijiet kollha taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta' l-Istat Membru, kif ukoll barra minn dawk l-ilmijiet.

18. It-tkarkir u purse seines għal kavalli, għas-sardina l-ħadra u l-aringi hu pprojbit fl-iSkagerrak minn nofs il-lejl tas-Sibt sa nofs il-lejl tal-Ħadd u fil-Kattegat minn nofs il-lejl tal-Ġimgħa sa nofs il-lejl tal-Ħadd.

19. Purse seines m'għandhomx jintużaw għall-qbid ta' tonn tropikali (pelamit, tonn big-eye u tonn long-finned) f'ilmijiet taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzzjoni tal-Portugall fid-diviżjoni tal-ICES X fit-tramuntana ta' 36° 30' T jew fiż-żoni Cecaf fit-tramuntana ta' 31° T u fil-lvant ta' 17° 30' P.

Artikolu 11

Limitazzjonijiet fuq l-użu ta' driftnets

1. L-ebda bastiment ma jista' jżomm abbord, jew juża għas-sajd, waħda jew aktar xbieki tat-tip driftnet li t-tul totali tagħha hija aktar minn 2,5 kilometru.

2. Waqt is-sajd imsemmi fil-paragrafu 1, ix-xibka għandha, jekk hi itwal minn kilometru, tibqa' mqabbda mal-bastiment. Madankollu, fi ħdan il-faxxa kostali tat-12-il mil, bastiment jista' jinqata' mix-xibka, sakemm iżommha taħt osservazzjoni kostanti.

3. Minkejja l-Artikolu 1(1), dan l-Artikolu għandu japplika fl-ilmijiet kollha, bl-eċċezzjoni tal-Baħar Baltiku, il-Belts u s-Sound, taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta' l-Istati Membri, u ' l barra minn dawk l-ilmijiet, għall-bastimenti kollha li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru jew irreġistrati fi Stat Membru.

Artikolu 12

L-ebda bastiment m'għandu juża driftnets għall-qbid ta' tonn f'ilmijiet taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta' Spanja jew il-Portugall fis-suddiviżjonijiet tal-ICES VIII, IX jew X jew, minkejja l-Artikolu 1, fl-ilmijiet taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta' Spanja fiż-żoni Cecaf 'l barra mill-Gżejjer Kanarji.

Artikolu 13

Operazzjonijiet ta' pproċessar

Hu pprojbit li abbord bastiment tas-sajd jiġi esegwit kwalunkwe pproċessar fiżiku jew kimiku ta' ħut biex jiġi prodott ikel tal-ħut, żejt jew prodotti simili. Din il-projbizzjoni m'għandhiex tapplika għall-ipproċessar ta' l-interjuri.

Artikolu 14

Riċerka xjentifika

Dan ir-Regolament m'għandux japplika għal ċerti operazzjonijiet ta' sajd li jsiru unikament għall-għan ta' investigazzjonijiet xjentifiċi li jiġu esegwiti bil-permess u taħt l-awtorità ta' l-Istat Membru jew Stati Membri involuti, u li bihom ġew infurmati bil-quddiem il-Kummissjoni u l-Istat Membru jew Stati Membri li fl-ilmijiet tagħhom ssir ir-riċerka.

Ħut, krostaċeji u molluski maqbuda għall-għanijiet speċifikati fl-ewwel subparagrafu jistgħu jinbiegħu, jinħażnu, jiġu esposti jew offruti għall-bejgħ, sakemm:

- jilħqu l-istandards preskritti fl-Annessi II u III u l-livelli ta' marketing adottati skond l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3759/92 tas-17 ta' Diċembru 1992 dwar l-organizazzjoni komuni tas-suq ta' prodotti tas-sajd u l-akkwakultura [10],

jew

- huma mibjugħin direttament għall-għanijiet oħra minbarra l-konsum uman.

Artikolu 15

Stokkjar mill-ġdid artifiċjali u transplantazzjoni

Dan ir-Regolament m'għandux japplika għal operazzjonijiet ta' sajd li jiġu esegwiti matul l-istokkjar mill-ġdid artifiċjali jew transplantazzjoni ta' ħut, krostaċeji jew molluski.

Ħut, krostaċeji u molluski maqbuda għall-għanijiet msemmija fl-ewwel subparagrafu jistgħu jinbiegħu għall-konsum uman biss jekk id-disposizzjonijiet l-oħra tar-Regolament huma sodisfatti.

IT-TITOLU V

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 16

1. Meta l-konservazzjoni ta' l-istokk tal-ħut, il-krostaċeji u l-molluski teħtieġ azzjoni immedjata, il-Kummissjoni tista', minbarra li jew bħala deroga minn dan ir-Regolament, tadotta kull miżura meħtieġa skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18.

2. Fejn il-konservazzjoni ta' ċerti speċji jew postijiet ta' sajd huma mhedda serjament, u fejn kull dewmien jirriżulta fi ħsara li diffiċilment tissewwa, l-Istat kostali jista' jieħu l-miżuri xierqa mhux diskriminatorji fir-rigward ta' l-ilmijiet taħt il-ġurisdizzjoni tiegħu.

3. Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 2, flimkien ma' memorandum ta' spegazzjoni, għandhom jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra malli jiġu adottati.

4. F'għaxart ijiem mid-data tar-riċevuta ta' tali notifika l-Kummissjoni għandha tikkonferma l-miżuri msemmija fil-paragrafu 2 jew teħtieġ il-kanċellazzjoni jew l-emenda tagħhom. Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni għandha tiġi kkomunikata minnufih lill-Istati Membri.

5. L-Istati Membri jistgħu jirreferu d-deċiżjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill fi żmien għaxart ijiem mir-riċevuta tan-notifika msemmija fil-paragrafu 4.

6. Il-Kunsill, li jimxi fuq maġġoranza kkwalifikata, jista' jadotta deċiżjoni differenti fi żmien xahar.

Artikolu 17

1. L-Istati Membri jistgħu jieħdu miżuri għall-konservazzjoni u l-ġestjoni ta' l-istokks:

(a) fil-każ ta' stokks strettament lokali li huma ta' interess biss għas-sajjieda ta' l-Istat Membru involut, jew

(b) fl-għamla ta' kondizzjonijiet jew arranġamenti dettaljati mfassla biex jillimitaw qabdiet permezz ta' miżuri tekniċi:

(i) li jissuplimentaw dawk preskritti fil-leġislazzjoni tal-Komunità dwar l-industriji tas-sajd, jew

(ii) li jmorru lil hinn mir-rekwiżiti preskritti fil-leġislazzjoni msemmija,

sakemm tali miżuri japplikaw biss għas-sajjieda ta' l-Istat Membru involut, huma kompattibli mal-liġi tal-Komunità, u huma konformi mal-politika tas-sajd komuni.

2. Il-Kummissjoni għandha tiġi infurmata, fil-ħin sabiex tippreżenta l-osservazzjoni tagħha, bi pjanijiet biex jiġu introdotti jew emendati miżuri tekniċi nazzjonali.

Jekk il-Kummissjoni tirrikjedi dan fi żmien xahar minn tali notifika, l-Istat Membru involut għandu jissospendi d-dħul fis-seħħ tal-miżuri ppjanati sa meta jgħaddu tliet xhur mid-data ta' tali notifika, sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tiddeċidi f'dak il-perjodu jekk il-miżuri in kwistjoni humiex konformi mad-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1

Jekk il-Kummissjoni ssib, permezz ta' deċiżjoni li hija għandha tinnotifika lill-Istati Membri kollha, li miżura ppjanata ma tikkonformax mad-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1, l-Istat Membru involut ma jistax idaħħalha fis-seħħ mingħajr ma jagħmlilha l-emendi meħtieġa.

L-Istat Membru involut għandu jgħarraf minnufih lill-Istati Membri l-oħra u l-Kummissjoni bil-miżuri adottati, wara li jkun għamlilhom kull emenda meħtieġa.

3. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni, fuq talba, bil-partikolari meħtieġa għal valutazzjoni ta' kemm-il darba l-miżuri tekniċi nazzjonali jikkonformaw mad-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1.

4. Fuq istigazzjoni tal-Kummissjoni, jew fuq talba ta' kwalunkwe Stat Membru, il-kwistjoni ta' jekk miżura teknika nazzjonali applikata minn Stat Membru tikkonformax mal-paragrafu 1 jista' jkun is-soġġett ta' deċiżjoni meħuda skond il-proċeduri preskritti fl-Artikolu 18. Jekk tittieħed tali deċiżjoni, it-tielet u r-raba' subparagrafi tal-paragrafu 2 għandhom japplikaw mutatis mutandis.

5. Miżuri li għandhom x'jaqsmu ma' sajd mix-xatt għandhom jiġu kkomunikati mill-Istat Membru involut lill-Kummissjoni għal għanijiet ta' informazzjoni biss.

Artikolu 18

Regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 18 tar-Regolament (KEE) Nru 3760/92.

Artikolu 19

Ir-Regolament (KEE) Nru 3094/86 huwa mħassar permezz tal-preżenti.

Referenzi għall-imsemmi Regolament għandhom jinftehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skond it-tabella ta' korrelazzjoni preskritta fil-Parti A ta' l-Anness VII.

Artikolu 20

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata meta jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Madankollu, id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 2 (10) u ta' l-Annessi V u VI għandhom jidħlu fis-seħħ fil-31 ta' Diċembru 1997.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul il-Lussemburgu, fid-29 ta' April 1997.

Għall-Kunsill

Il-President

H. Van Mierlo

[1] ĠU C 362, tat-2.12.1996, p. 318.

[2] ĠU C 30, tat-30.1.1997, p. 93.

[3] ĠU L 288, tal-11.10.1986, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar permezz tar-Regolament (KE) Nru 3071/95 (ĠU L 329, tat-30.12.1995, p. 14).

[4] ĠU L 38, ta' l-10.2.1982, p. 1.

[5] ĠU L 389, tal-31.12.1992, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar permezz ta' l-Att tad-Dħul ta' l-1994.

[6] ĠU L 378, tat-30.12.1978, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar permezz tar-Regolament (KEE) Nru 654/81 (ĠU L 69, ta' l-14.3.1981, p. 1).

[7] ĠU C 335, ta' l-24.12.1985, p. 2.

[8] ĠU C 347, ta' l-31.12.1985, p.14.

[9] ĠU L 261, ta' l-20.10.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar permezz tar-Regolament (KEE) Nru 2870/95 (ĠU L 301, ta' l-14.12.1995, p. 1).

[10] ĠU L 388, tal-31.12.1992, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat skond ir-regolament (KE) Nru 3318/94 (ĠU L 350, tal-31. 12. 1994, p. 15)

--------------------------------------------------

ANNESS I

Reġjun | Żoni ġeografikċi | Kondizzjonijiet addizzjonali | Daqs minimu tal-malja (mm) | Speċji awtorizzati mmirati għalihom | Persentaġġ minimu ta' speċji mmirati għalihom | Persentaġġ massimu ta' speċji protetti |

| |

1 u 2 | Reġjuni kollha | 100 djamant [1] | Kollha | 100 |

Baħar tat-tramuntana, nofsinhar ta' latitudni 55° N | | 80 [2] | Lingwat (Solea vulgaris) | 5 | 100 li minnhom mhux iktar minn 10 % bakkaljaw, bakkaljaw żgħir u saithe |

Il-punent ta' l-Iskozja u Rockall (ICES sotto-erja VI [3] | | 80 | Kollha | 100 |

ICES sotto-erja VII | | 80 | Kollha | 100 |

Reġjuni kollha | | 70 | Awwist norveġiż (Nephrops norvegicus) | 30 | 60 |

ICES sotto-erji II, IV, V u VI tramuntana ta' latitudni 56° N | [9] | 90 [10] | Merlangu (Merlangius merlangus) | 70 [11] | 100 li minnhom mhux iktar minn 10 % bakkaljaw, bakkaljaw żgħir u saithe u mhux iktar minn 10 % ta' barbun tat-tbajja' |

Reġjuni kollha apparti Skagerrak u Kattegat | | 32 | Kavalli (Scomber scombrus) | 50 | jew 80 kumulattiv | 10 |

| Kavalli (Trachurus trachurus) | 50 |

| Aringi (Clupea harengus) | 50 |

| Pelagic cephalopods | 50 |

| Sardina (Sardina pilchardus) | 50 |

| Merlingu ikħal [4] Imsell (Micromesistius poutassou) | 50 |

Reġjuni kollha apparti Skagerrak u Kattegat | | 35 | Gambli (Pandulus spp. esklużi Pandalus montagui) | 30 | 50 |

Skagerrak u Kattegat | | 32 | Aringi (Clupea harengus) | 50 | 10 |

| Sardin (Spratturs sprattus) |

Reġjuni kollha | | 30 | Argentines (Argentina spp.) | 50 | 10 |

Reġjuni kollha apparti Skagerrak u Kattegat | | 20 | Gambli/gambli żgħar (Pandalus montagui u Crangon spp.) | 30 | 50 |

Reġjuni kollha apparti Skagerrak u Kattegat | | 16 | Sprat (Sprattus spattus) | 50 | 10 |

Reġjuni kollha | | 16 | Sallura (Anguilla anguilla) | 20 | 10 |

Skagerrak u Kattegat barra erba' mili mill-linji bażi | | 35 | Gambli/Gambli kbar (Crangon spp. u Palaemon adspersus) | 20 | 50 |

Skagerrak u Kattegat minnġewwa erba' mili tal-linji bażi | | 16 | Gambli/Gambli kbar (Crangon spp. u Palaemon adspersus) | 20 | 50 |

| 16 | Greater weever (Trachinus draco) | 50 | 10 |

| Molluski ħlief siċċa (Sepia officinalis) |

| Garfish(Belone belone) |

| Grey gurnard(Eutrigla gumardus) |

Skagerrak u Kattegat | | 16 | Blue whiting(Micromesistius poutassou) | 50 | 10 |

Skagerrak | Mill-ewwel ta' Novembru sa l-aħħar ġurnata ta' Frar | 16 | Sallur tar-ramel (Ammodytidae) | 50 | 10 |

Kattegat | Mill-ewwel ta' Awwissu sa l-aħħar ġurnata ta' Frar | 16 | Sallur tar-ramel (Ammodytidae) | 50 | 10 |

Mill-ewwel ta' Marzu sal-31 ta' Lulju | - | Sallur tar-ramel (Ammodytidae) | 50 | 10 |

Reġjun sħieħ ħlief għas-settur tas-sajd għal-pout tan-Norveġja [5] | | 16 | Pout Norveġiż(Trisopterus esmarkii) | 50 | 15, li minnhom mhux aktar minn 5 % ta' bakkaljaw u bakkaljaw żgħir |

Il-Baħar tat-Tramuntana | Mill-ewwel ta' Novembru sa l-aħħar ġurnata ta' Frar | 16 | Sallur tar-ramel (Ammodytidae) | 50 | 10 |

Mill l-ewwel ta' Marzu sa l-31 ta' Ottubru | - | Sallur tar-ramel (Ammodytidae) | 50 | 10 |

Reġjun sħieħ ħlief il-Baħar tat-Tramuntana u Skagerrak u Kattegat | | - | Sallur tar-ramel (Ammodytidae) | 50 | 10 |

Skagerrak u Kattegat | | 90 | Kollha | 100 |

| 70 | Merlangu (Merlangius merlangus) | 50 | 30 apparti l-merlangu |

| 35 | Gambli (Pandalus borealis) | 20 | 50 |

| 32 | Kavalli (Scomber scombrus) | 50 | 10 |

| Sawrell (Trachurus trachurus) |

3 | Reġjuni kollha | | 65 | Kollha | 100 |

| 40 | Kavalli (Scomber spp.) | 50 | jew 80 kumulattiv | 10 |

| Imsell (Micromesistius poutassou) | 50 |

| Eringi (Clupea harengus) | 50 |

| Pelagic cephalopods | 50 |

| Sawrell (Trachurus spp.) | 50 |

Xbieki tat-tkarkir selettivi | 65 [6] 50 [6] | )Awwist norveġiż (Nephrops novegicus) | 30 [7] | 60 |

Xbieki tat-tkarkir mhux selettivi | 55 | Awwist Norveġiż (Nephrops norvegicus) | 30 [7] | 60 |

| 55 | Gambli (Parapenaeus longirostris, Aristeus antennatus u Aristaeomorpha foliacea) | 30 | 50 |

Gulf ta' Cadiz [8] | | 40 | L-ispeċji kollha apparti dawk imniżżla fl-Anness II għal Reġjun 3 | 50 | 10 |

Reġjuni kollha | | 20 | Saraga (Sardina pilchardus) | 50 | 10 |

| Sallur (Anguilla anguilla) |

Fi ħdan 12 il-mil tal-bażi linji ta' l-Istati Membri | 20 | Gambli (Crangon spp. u Palaemon spp.) | 30 | 50 |

| 16 | Sardin (Sprattus sprattus) | 50 | 10 |

| Inċova (Engraulis encrasicholus) |

| Sallur tar-ramel (Ammodytidae) |

4 | Reġjuni kollha | | |

5 | Reġjuni kollha | | 65 | Kollha | 100 |

| 40 | Kavalli (Scomber spp.) | 80 | 10 |

| u Sawrell (Trachurus spp.) |

| 20 | Vopi (Boops boops) | 50 | 10 |

| Saraga (Sardina pilchardus) |

6 | Reġjuni kollha | | 100 | Kollha | | | 100 |

| 45 | Gambli (Penaeus subtilis, Penaeus brasiliensis, Xiphopenaeus kroyeri) | 30 | 50 |

7 | Reġjuni kollha | | | | | | |

8 | Reġjuni kollha | | | | | | |

[1] In-nofs ta' fuq tax-xibka tat-tkaxkir tat-tarf tal-bakkaljaw jista' jinkludi taqsima (panew jew tieqa) ta' xbieki kwadri b'daqs tal-malja ndaqs jew akbar minn 90 mm mwaħħla maċ-ċmus u taqbid.

[2] Huwa pprojbit li jinġarr abbord kwalunkwe xibka tat-tkaxkir jew xbieki b'daqs tal-malja iżgħar minn dak tax-xibka li tkun użata għas-sajd.

[3] Nofsinhar ta' linja li tiġri għall-punent mill-kosta tal-lvant tal-Ħoss ta' Jura fl-latitudni ta' 56° 00' T.

[4] Merlingu ikħal li mhux speċji immirat għalih awtorizzat fl-erja imdawra għat-tramuntana bil-latitudni 52° 30' T u l-lvant bil-latitudni 7° 00' P.

[5] Is-settur tas-sajd għall-budakkra Norveġiża huwa mifhum bħall-parti tal-Baħar tat-Tramuntana taħt is-sovranitá jew il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru u mdawra għan-nofsinhar bl-linja li tibda minn punt 56° T fil-kosta ta' lvant ta' l-Iskozja sa 2° L, mbagħad tiġri lejn it-tramuntana għal 58° T, punent għal 0° 30' P, tramuntana għal 59° 15' T, lvant għal 10 L, tramuntana għal 60° T, punent għal lonġitudni 0° 00', minn hemm tramuntana għal 60° 30' T, punent għall-kosta tal-Gżejjer Shetland, mbagħd punent minn 60° T fuq il-kosta tal-punent ta' Shetlands għal 3° P, nofsinhar għal 58° 30' T u finalment punent għall-kosta ta' l-Iskozja.

[6] Xbieki tat-tkaxkir silettivi għandhom jikkomprendu n-naħa ta' fuq tal-bakkaljaw b'daqs tal-malja minimu ta' 65 mm u n-naħa ta' isfel tal-bakkaljaw b'daqs minimu tal-malja ta' 50 mm, isseparati b'panewwa orizzontali tax-xibka.

[7] 25 % bejn l-1 ta' Jannar u l-31 ta' Marzu.

[8] Il-Gulf ta' Cadiz huwa definit bħala ż-żona fl-ICES taqsima IX a, lvant ta' linja mfassla lejn in-nofsinhar minn punt ta' lonġitudni 7° 52' P fuq il-kosta tan-nofsinhar tal-Portugall.

[9] Il-qabdiet kollha għandhom ikunu kkunsidrati kif realizzati max-xibka ta' l-iżgħar daqs tal-malja misjub abbord. Id-distribuzzjoni ta' l-ispeċji maqbuda u miżmuma abbord, wara l-ħażna, jew matul it-trasferiment tagħhom jew it-tniżżil tagħhom, għandhom jirrispettaw id-disposizzjonijiet li japplikaw għad-daqs minimu tal-malja rilevanti. Għall-vetturi li jaħdmu flimkien sabiex jerfa' x-xibka, l-kompożizzjoni tal-qabda abbord kull wieħed minn dawn il-vetturi għandhom jikkonformaw max-xibka tal-vettura li għalihom id-daqs tal-malja huwa l-iżgħar.

[10] Huwa pprojbit li jġorru abbord kwalunkwe xibka tat-tkarkir jew xbieki b'daqs tal-malja iżgħar minn 90 mm.

[11] Il-persentaġġ ta' merluzz huwa kkalkulat bi qbil ma' l-qbid ikkumulat ta': merlangu + bakkaljaw żgħir + saithe + merluzz.

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

Daqs minimu ta' speċi protetti kif imsemmija fl-Artikolu 2(1) u l-Artikolu 5.

(f'ċm) |

Speċji | Reġjun 1 | Reġjun 2 | Reġjun 3 | Reġjun 4 | Reġjun 5 |

Minbarra Skagerrak u Kattegat | Skagerrak u Kattegat |

Sturġun (Acipensen sturio) | — | — | — | 145 | [3] | — |

Shad (Alosa spp.) | — | 30 | — | 30 | [3] | [3] |

Salamun (Salmo solar) | — | [3] | [3] | 50 | [3] | — |

Salamun (Salmo trutta) | — | [3] | [3] | 25 | [3] | — |

Sallur (Anguilla anguilla) | — | [3] | [3] | [3] | [3] | — |

Conger eel (Conger conger) | — | 58 | — | 58 | [3] | [3] |

Bakkaljaw (Gadus morhua) | 35 | 35 | 30 | 35 | — | — |

Ling (Molva molva) | — | [3] | — | 63 | [3] | [3] |

Ling ikħal (Molva dypterygia) | — | 70 | — | 70 | — | — |

Bakkaljaw żgħir (Melanogrammus aeglefinus) | 30 | 30 | 27 | 30 | — | — |

Saithe (Pollachius virens) | 35 | 35 | 30 | 35 | — | — |

Pollakkju (Pollachius pollachius) | — | 30 | — | 30 | — | — |

Merlangu (Merlangius merlangus) | 27 | 23 | 23 | 23 | [3] | — |

Merluzz (Merluccius merluccius) | 30 | 30 | 30 | 27 | [3] | — |

Mullet griż (Mugil spp.) | — | 20 | — | 20 | [3] | [3] |

Spnotta (Dicentrarchus labrax) | — | 36 | — | 36 | [3] | [3] |

Pagru Ħamrani (Pagellusbogaraveo) | — | 25 | — | 25 | [3] | [3] |

Pagru iswed (Spondyliosoma cantarus) | — | 23 | — | 23 | — | — |

Awrata (Sparus aurata) | — | — | — | 19 | — | — |

Trilja tal-faxxi (Mullus surmuletus) | — | 15 | — | 15 | [3] | [3] |

Barbun tat-tbajja' (Pleuronectes platessa) | 25 | 25 [1] | 27 | 25 | [3] | [3] |

Witch flounder (Glyptocephalus cynoglossus) | 28 | 28 | 28 | 28 | — | — |

Barbun dab (Limanda limanda) | 15 | 15 [2] | 23 | 23 | [3] | — |

Lingwata lemon sole (Microstomus kitt) | 25 | 25 | 25 | 25 | [3] | — |

Barbun t'għajnejh imbiegħda (Platichtys flesus) | — | 25 | 20 | 25 | [3] | — |

Lingwata (Solea vulgaris) | 24 | 24 | 24 | 24 | [3] | [3] |

Lingwawta wedge (Dicologoglossa cuneata) | — | — | — | 15 | — | — |

Megrim (Lepidorhombus spp.) | 25 | 25 | 25 | 20 | [3] | [3] |

Rombu lixx (Scolphthalmus rhombus) | 30 | 30 | 30 | 30 | [3] | — |

Barbun imperjali (Psetta maxima) | 30 | 30 | 30 | 30 | [3] | [3] |

Petriċa Kbira (Lophius piscatorus, Lophius buegassa) | — | [3] | — | [3] | [3] | [3] |

Siċċa (Sepia spp.) | [3] | [3] | — | [3] | [3] | [3] |

[1] Apparti fil-Baħar tat-Tramuntana fejn id-daqs minimu għandu jkun 27 ċm.

[2] Apparti fil-Baħar tat-Tramuntana fejn id-daqs minimu għandu jkun 23 ċm.

[3] Id-daqs sabiex ikun stabbilit (ara l-Artikolu 2(1)).

--------------------------------------------------

L-ANNESS III

Daqs minimu msemmi fl-Artikolu 5

Speċji | Reġjun | Erja ġeografikali | Daqs minimu |

Aringi (Clupea harengus) | 1 | ICES taqsima V b (Żona KE) | 20 ċm |

2 | Apparti Skagerrak u Kattegat | 20 ċm |

Skagerrak u Kattegat | 18 ċm |

3 | | 20 ċm |

Kavalli (Scomber spp.) | 1, 2, 3 u 5 | Apparti l-Baħar tat-Tramuntana | 20 ċm |

2 | Baħar tat-Tramuntana | 30 ċm |

Kavalli (għall-għanijiet industrijali) | 2 | Skagerrak u Kattegat biss | 30 ċm |

Budakkra (Trisopterus luscus) | 3 | | [1] |

Inċova (Engraulis encrasicholus) | 3 | Apparti ICES taqsima IX a | 12 ċm |

3 | ICES taqsma IX a | 10 ċm |

Sardin (Sardina pilchardus) | 3 | | [1] |

Kavalli (Trachurus spp.) | 1, 2, 3 u 5 | | 15 ċm |

Awwist sħiħ norveġiż (Nephrops norvegicus) | 2 | Skagerrak u Kattegat biss | 40 mm tul tal-qoxra 130 mm tul ta' kollox |

2 | Apparti l-punent ta' l-Iskozja u l-Baħar Irlandiż (ICES taqsimiet VI a u VII a) u Skagerrak u Kattegat | 25 mm tul tal-qoxra 85 mm tul ta' kollox |

2 | Il-punent ta' l-Iskozja u l-Baħar Irlandiż (ICES taqsimiet VI a u VII a) | 20 mm tul tal-qoxra 70 mm tul ta' kollox |

3 | | 20 mm tul tal-qoxra 70 mm tul ta' kollox |

Dnub ta' l-awwist Norveġiż | 2 | Skagerrak u Kattegat biss | 72 mm |

2 | Apparti l-punent ta' l-Iskozja u l-Baħar Irlandiż (ICES taqsimiet VI a u VII a) u Skagerrak u Kattegat | 46 mm |

2 | Il-punent ta' l-Iskozja u l-Baħar Irlandiż (ICES taqsimiet VI a u VII a) | 37 mm |

3 | | 37 mm |

Awwist (Homarus gammarus) | 2 | Apparti Skagerrak u Kattegat | 85 mm tul tal-qoxra 24 ċm tul totali |

2 | Skagerrak u Kattegat biss | 78 mm tul tal-qoxra 22 ċm tul totali |

Granċ bix-xewk (Maia squinado) | 2 | | 120 mm |

3 | | 120 mm |

Granċ li jittiekel (Cancer pagurus) | 2 | | Wisgħa [1] |

| Tul [1] |

| Difer [1] |

3 | | Wisgħa [1] |

| Tul [1] |

| Difer [1] |

Arzelli (Pecten maximus) | 2 u 3 | Apparti ICES taqsima VII d | 100 mm |

2 | ICES taqsima VIId | 110 mm |

Calm (Venus verrucosa) | 2 | ICES taqsimiet VII d u VII e biss | 40 mm |

Klamari (Loligo vulgaris) | 3 | | [1] |

[1] Id-daqs sabiex ikun stabbilit.

--------------------------------------------------

L-ANNESS IV

Metodu għad-determinazzjoni tad-daqs tal-krostaċji u molluski

(Homarus) Awwista | (Nephrops) Awwista tan-Norveġja |

+++++ TIFF +++++

(a) Tul tal-qoxra

(b) Tul totali

+++++ TIFF +++++

(a) Tul massimu tal-qoxra

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

(a) Wisgħa massima tal-qoxra

(b) Tul tal-qoxra

ċ) Tul tal-pinza

--------------------------------------------------

L-ANNESS V

Reġjuni 1 u 2

Speċji/malja | 10-30 mm | 50-70 mm | 90-99 mm | 100-119 mm | 120-219 mm | ≥ 220 mm |

Sardin (Sardines pilchardus) | * | * | * | * | * | * |

Sallur (Anguilla anguilla) | * | * | * | * | * | * |

Sardin (Spratturs sprattus) | * | * | * | * | * | * |

Sawrell (Trachurus rachurus) | | * | * | * | * | * |

Aringi (Clupea harengus) | | * | * | * | * | * |

Kavalli (Scober scombrus) | | * | * | * | * | * |

Muletti ħomor (Mullidae) | | * | * | * | * | * |

Msella (Belone spp.) | | * | * | * | * | * |

Spnott (Disentrarchus labrax) | | | * | * | * | * |

Mulletti griżi (Muglidae) | | | * | * | * | * |

Barbun dab (Limanda limanda) | | | | * | * | * |

Bakkaljaw żgħir (Melanogrammus aeglefinus) | | | | * | * | * |

Sallur (Merlangius merlangus) [2] | | | | * | * | * |

Barbun t'għajnejh imbiegħda (Platichthys flesus) | | | | * | * | * |

Lingwetta (Solea vulgaris) | | | | * | * | * |

Barbun tat-tbajja' (Pleuronectes platessa) | | | | * | * | * |

Siċċa (Sepia spp.) | | | | * | * | * |

Bakkaljaw (Gadus morhua) | | | | | * | * |

Pollakkju (Pollachius pollachius) [3] | | | | | * | * |

Ling (Molva molva) | | | | | * | * |

Saithe (Pollachius vrens) | | | | | * | * |

Merluzz (Merluccius merluccius) [3] | | | | | * | * |

Spurdog (Squalus acanthias) | | | | | * | * |

Mazzola tat-tbajja' (Scyliorhinus spp.) | | | | | * | * |

Megrim (Lepidorhombus spp.) | | | | | * | * |

Lumpfish (Cyclopterus lumpus) | | | | | * | * |

Oħrajn | | | | | | * [1] |

[1] Qabdiet ta' anglerfish (Lophius spp.) meħuda minn ICES taqsimiet VI u VII u miżmuma abbord iktar minn 30 % tal-qabda totali abbord minn dawk iż-żoni għandhom ikunu meħuda b’daqs minimu tal-malja ta' 250 mm jew akbar.

[2] Fl-ICES taqsimiet VII e u VII d, għall-perjodu ta' sentejn li jiġu wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, id-daqs minimu għandu jkun ta' 90 mm.

[3] Fl-ICES taqsimiet VII e u VII d, għall-perjodu ta' sentejn li jiġu wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, id-daqs minimu għandu jkun ta' 110 mm.

--------------------------------------------------

L-ANNESS VI

Reġjun 3

Speċji/daqs tal-malja | < 40 mm | 40-49 mm | 50-59 mm | 60-79 mm | 80-99 mm | ≥ 100 mm |

Sardin (Sardina pilchardus) | * | * | * | * | * | * |

Gambli (Palaemon spp.) | * | * | * | * | * | * |

Rainbow wrasse (Coris julis) | * | * | * | * | * | * |

Vopi (Boops boops) | * | * | * | * | * | * |

Gambli żgħar (P anaeus spp.) | | * | * | * | * | * |

Mantis shrimp (Squilla mantis) | | * | * | * | * | * |

Mulletti ħomor (Mullidae) | | * | * | * | * | * |

Lingwata wedge (Dicologoglossa cuneata) | | * | * | * | * | * |

Wrasses (Labridae) | | * | * | * | * | * |

Sawrell (Trachurus trachurus) | | | * | * | * | * |

Kavalli (Scomber scombrus) | | | * | * | * | * |

Budakkra (Trisopterus luscus) | | | * | * | * | * |

Siċċa (Sepia spp.) | | | * | * | * | * |

Gurnardi (Triglidae) | | | * | * | * | * |

Sparli tal-baħar (Sparidae) | | | | * | * | * |

Ċipullazz ta' l-Għajn (Scorpaenidae) | | | | * | * | * |

Lingwata ta' l-Għajnejn (Microchirus acevia) | | | | * | * | * |

Klamari tal-ġwienaħ qosra (Ommastrephidae) | | | | * | * | * |

Gringu (Conger conger) | | | | * | * | * |

Forkbeards (Phycis spp.) | | | | * | * | * |

Rombu lixx (Scophtalmus rhombus) | | | | * | * | * |

Weavers (Trachinidae) | | | | * | * | * |

Picarels (Centracanthidae) | | | | * | * | * |

Spnott (Dicentrarchus labrax) | | | | | * | * |

Merlangu (Merlangius merlangus) | | | | | * | * |

Barbun imperjali (Psetta maxima) | | | | | * | * |

Pollakkju (Pollachius pollachius) | | | | | * | * |

Barbuni t'għajnejhom imbiegħda (Pleuronectidae) | | | | | * | * |

Lingwata (Solea vulgaris) [1] | | | | | | * |

Merluzz (merluccius merluccius) [1] | | | | | | * |

Oħrajn [2] | | | | | | * |

[1] Fl-ICES taqsimiet VIII ċ u IX, id-daqs minimu tal-malja għandu jkun ta' 80-99 mm. Madankollu, għall-perjodu ta' sentejn li jiġu wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, id-daqs minimu tal-malja għandu jkun ta' 60 mm,

[2] Qabdiet ta' Petriċ (Lophius spp.) u miżmuma abbord iktar minn 30 % tal-qabda totali abbord għandha tittieħed b'daqs minimu tal-malja ta' 220 mm jew akbar.

--------------------------------------------------

L-ANNESS VII

PARTI A

Tabella ta' korrelazzjoni

Regolament (KEE) Nru 3094/86 | Regolament Preżenti |

Artikolu 1 | Artikolu 1 |

Artikolu 2(1) | Artikolu 2(1) |

Artikolu 2(2) | Artikolu 2(2) |

Artikolu 2(3) | Artikolu 2(3) |

Artikolu 2(4) | Artikolu 2(4) |

Artikolu 2(5) | Artikolu 2(5) |

Artikolu 2(6) | Artikolu 2(6) |

Artikolu 2(7) | Artikolu 2(7) |

Artikolu 2 (10) | Artikolu 2(8) |

Artikolu 2 (11) | Artikolu 2(9) |

Artikolu 2 (12) | Artikolu 2 (10) |

Artikolu 3 | Artikolu 3 |

Artikolu 4 | Artikolu 4 |

Artikolu 5(1) | Artikolu 5(1) |

Artikolu 5(2) | Artikolu 5(2) |

Artikolu 5(3)(a) | Artikolu 5(3)(a) |

Artikolu 5(3)(b) l-ewwel inċiż | Artikolu 5(3)(b) l-ewwel inċiż |

Artikolu 5(3)(b) t-tieni inċiż | Artikolu 5(3)(b) t-tieni inċiż |

Artikolu 5(3)(b) t-tielet inċiż | Artikolu 5(3)(b) t-tielet inċiż |

Artikolu 5(3)(b) r-raba' inċiż | - |

Artikolu 5(3)(ċ) | Artikolu 5(3)(ċ) |

Artikolu 5(4) | Artikolu 5(4) |

Artikolu 5(5) | Artikolu 5(5) |

Artikolu 6 | Artikolu 6 |

Artikolu 7 | Artikolu 7 |

Artikolu 7a | Artikolu 8 |

Artikolu 8 | Artikolu 9 |

Artikolu 9(1) | Artikolu 10(1) |

Artikolu 9(2) | Artikolu 10(2) |

Artikolu 9(3) | Artikolu 10(3) |

Artikolu 9(4) | Artikolu 10(4) |

Artikolu 9 (4a) | Artikolu 10(5) |

Artikolu 9(5) | Artikolu 10(6) |

Artikolu 9(6) | Artikolu 10(7) |

Artikolu 9(7) | Artikolu 10(8) |

Artikolu 9(8) | Artikolu 10(9) |

Artikolu 9(9) | Artikolu 10 (10) |

Artikolu 9 (10) | Artikolu 10 (11) |

Artikolu 9 (11) | Artikolu 10 (12) |

Artikolu 9 (12) | Artikolu 10 (13) |

Artikolu 9 (13) | Artikolu 10 (14) |

Artikolu 9 (14) | Artikolu 10 (15) |

Artikolu 9 (15) | Artikolu 10 (16) |

Artikolu 9 (16) | Artikolu 10 (17) |

Artikolu 9 (17) | Artikolu 10 (18) |

Artikolu 9 (18) | Artikolu 10 (19) |

Artikolu 9 (19) | Artikolu 11(1) |

Artikolu 9a (1) | — |

Artikolu 9a (2) | Artikolu 11(2) |

Artikolu 9a (3) | Artikolu 11(3) |

Artikolu 9a (4) | Artikolu 12 |

Artikolu 9b | Artikolu 13 |

Artikolu 10 | Artikolu 14 |

Artikolu 11 | Artikolu 15 |

Artikolu 12 | Artikolu 16 |

Artikolu 13 | Artikolu 17(1) |

Artikolu 14(1) | Artikolu 17(2) |

Artikolu 14(2) | Artikolu 17(3) |

Artikolu 14(3) | Artikolu 17(4) |

Artikolu 14(4) | — |

Artikolu 14(5) | — |

Artikolu 14(6) | Artikolu 17(5) |

Artikolu 14(7) | Artikolu 18 |

Artikolu 15 | Artikolu 19 |

— | Artikolu 20 |

— | ANNESS I |

ANNESS I | ANNESS I - nota ta' qiegħ il-paġna (1) |

ANNESS I - nota ta' qiegħ il-paġna (1) | ANNESS I - nota ta' qiegħ il-paġna (2) |

ANNESS I - nota ta' qiegħ il-paġna (2) | ANNESS I - nota ta' qiegħ il-paġna (3) |

ANNESS I - nota ta' qiegħ il-paġna (3) | ANNESS I- nota ta' qiegħ il-paġna (4) |

ANNESS I- nota ta' qiegħ il-paġna (4) | ANNESS I - nota ta' qiegħ il-paġna (5) |

ANNESS I - nota ta' qiegħ il-paġna (5) | ANNESS I - nota ta' qiegħ il-paġna (6) |

ANNESS I - nota ta' qiegħ il-paġna (6) | ANNESS I - nota ta' qiegħ il-paġna (7) |

ANNESS I - nota ta' qiegħ il-paġna (7) | — |

ANNESS I - nota ta' qiegħ il-paġna (8) | ANNESS I - nota ta' qiegħ il-paġna (8) |

ANNESS I - nota ta' qiegħ il-paġna (9) | — |

ANNESS I- nota ta' qiegħ il-paġna (10) | ANNESS I - nota ta' qiegħ il-paġna (9) |

ANNESS I - nota ta' qiegħ il-paġna (11) | ANNESS I- nota ta' qiegħ il-paġna (10) |

ANNESS I - nota ta' qiegħ il-paġna (12) | ANNESS I - nota ta' qiegħ il-paġna (11) |

ANNESS I nota ta' qiegħ il-paġna (13) | — |

ANNESS II - nota ta' qiegħ il-paġna (2) | — |

ANNESS II - nota ta' qiegħ il-paġna (3) | — |

ANNESS II - nota ta' qiegħ il-paġna (4) | ANNESS I - nota ta' qiegħ il-paġna (1) |

ANNESS II - nota ta' qiegħ il-paġna (5) | ANNESS II- nota ta' qiegħ il-paġna (2) |

ANNESS II -nota ta' qiegħ il-paġna (6) | ANNESS II - nota ta' qiegħ il-paġna (*) |

ANNESS II - nota ta' qiegħ il-paġna (*) | ANNESS III |

ANNESS III | ANNESS VI |

ANNESS IV | ANNESS V |

ANNESS VI | ANNESS VI |

ANNESS VII | ANNESS VII |

ANNESS V | |

PARTI B

Ir-Regolamenti li jemendaw ir-Regolamenti imhassra (KEE) Nru 3094/86

| Ġurnal Uffiċċjali |

| Nru | paġna | data |

Regolament (KEE) Nru 4026/86 | L 376 | 1 | tal-31.12.1986 |

Regolament (KEE) Nru 2968/87 | L 280 | 1 | 03.10.1987 |

Regolament (KEE) Nru 3953/87 | L 371 | 9 | tat-30.12.1987 |

Regolament (KEE) Nru 1555/88 | L 140 | 1 | 07.06.1988 |

Regolament (KEE) Nru 2024/88 | L 179 | 1 | 09.07.1988 |

Regolament (KEE) Nru 3287/88 | L 292 | 5 | tas-26.10.1988 |

Regolament (KEE) Nru 4193/88 | L 369 | 1 | tal-31.12.1988 |

Regolament (KEE) Nru 2220/89 | L 211 | 6 | tat-22.07.1989 |

Regolament (KEE) Nru 4056/89 | L 389 | 75 | tat-30.12.1989 |

Regolament (KEE) Nru 3500/91 | L 331 | 2 | 03.12.1991 |

Regolament (KEE) Nru 345/92 | L 42 | 15 | tat-18.02.1992 |

Regolament (KEE) Nru 1465/92 | L 155 | 1 | 06.06.1992 |

Regolament (KEE) Nru 2120/92 | L 213 | 3 | tad-29.07.1992 |

Regolament (KEE) Nru 3034/92 | L 307 | 1 | tat-23.10.1992 |

Regolament (KEE) Nru 3919/92 | L 397 | 1 | tal-31.12.1992 |

Regolament (KE) Nru 1796/94 | L 187 | 1 | tat-22.07.1994 |

Regolament (KE) Nru 1173/95 | L 118 | 15 | tal-25.05.1995 |

Regolament (KE) Nru 1909/95 | L 184 | 1 | 03.08.1995 |

Regolament (KE) Nru 2251/95 | L 230 | 11 | tas-27.09.1995 |

Regolament (KE) Nru 3071/95 | L 329 | 14 | tat-30.12.1995 |

--------------------------------------------------

Top